Tista’ tgħin billi:
- Ftakar fihom fit-talb tiegħek, għaliex huma jiftakru fina fit-talb tagħhom!
- Intenzjoni għal Quddiesa – €5
- Tkabbir ta’ fażola ħadra, spinaċi, indivja u ħaxix ieħor – €24
- Ħlas għal stipendju ta’ ġimgħa għal qassis fil-missjoni – €35
- Ikla nutrittiva lil seminarista għal ġimgħa – €36
- Kotba għal semester lil seminarista f’seminarju – €43
- Paga ta’ għalliem fis-seminarju għall-formazzjoni tas-seminaristi – €48
- Għotja ta’ rota lil katekist biex imur jgħallem – €60
- Ħlas għal trasport biex seminaristi jagħmlu xogħol pastorali f’postijiet imbiegħda – €115
- Viżta ta’ tabib f’seminarju għal xahar sħiħ biex jipprovdi għajnuna ta’ saħħa – €143

Eluf ta’ żgħażagħ qed jiġu msejħa biex jaqdu lil Alla bħala qassisin, imma ħafna minnhom jiġu minn familji u parroċċi li huma fqar wisq biex iħallsulhom is-snin twal ta’ formazzjoni u ordinazzjoni. Inti tista’ tgħinhom jilħqu komunitajiet li għadhom ma jafux b’Ġesù billi tħallas borża ta’ studju jew parti minnha. L-għajnuna tiegħek, flimkien ma’ dik ta’ ħafna persuni ġenerużi bħalek, tagħmel differenza kbira.
- Borża ta’ Studju għall-edukazzjoni ta’ seminarista fl-aħħar 4 snin:
– €480 (parti mill-ispejjeż) – €600 (kwart tal-ispejjeż) – €2400 (l-ispejjeż kollha)
Ibgħat id-donazzjoni tiegħek lil Missio: Nru. 138/140, Triq Lorenzo Gafà, il-Mosta MST 4128
Jew żur: www.missio.org.mt
Għal aktar dettalji ċemplu 2123 6962 fil-ħinijiet tal-uffiċċju.
GRAZZI MILL-QALB!

