(Regardez l’Humilitè de Dieu, talba ta’ San Franġisk t’Assisi.
Mużika ta’ Anne-Sophi Rahm)
Kobor tal-għaġeb,
Tjubija bla qies,
Il-Mulej tal-univers,
Li ċċekken għalina
Inħeba mill-għajnejn
Fi ċkejkna ostja, ħobż qaddis.
R. Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
u b’qalb mimlija ferħ agħtuh kull ġieħ.
Ibqgħu dejjem umli
Quddiem il-Mulej,
Biex tkunu mgħollija ’l fuq.
Iżżommu xejn għalikom
Offru kollox għalih
Lill-Mulej li ingħata lilkom.
R. Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
Ħarsu lejn l-umiltà tal-Mulej,
u b’qalb mimlija ferħ agħtuh kull ġieħ.



