Ġwanni Pawlu II waqt quddiesa għall-Ġustizzja u Paċi fil-Kanada. 20/09/1984

VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-KANADA
QUDDIESA GĦALL-ĠUSTIZZJA U L-PAĊI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Spianata “La Bretone” (Ottawa)
Il-Ħamis, 20 ta’ Settembru 1984

1. “Ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja . . .
Ħenjin dawk li jġibu l-paċi
” (Mt 5,6.9).

Fi tmiem il-pellegrinaġġ tiegħi fl-art Kanadiża, fil-kapitali tagħkom Ottawa, f’din il-quddiesa, ejjew nitolbu għall-ġustizzja u l-paċi.

Nitolbu għall-ġustizzja u l-paċi fid-dinja kontemporanja, billi nirreferu għall-beatitudni imxandra minn Kristu, skont il-Vanġelu ta’ San Mattew. Nitolbu għall-paċi, u t-triq tal-paċi tgħaddi mill-ġustizzja. Għal dan, dawk li sinċerament għandhom il-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, huma fl-istess ħin operaturi tal-paċi.

Irrid li dan is-suġġett, li jorjenta t-talb tagħna tallum matul is-Sagrifiċċju ewkaristiku, jgħaqqad lil dawk li qegħdin jieħdu sehem, miġbura I ejla  ma’ eluf f’riġlejn il-muntanji splendidi Gatineau, fuq xtut ix-xmara Ottawa, madwar Monsinjur Joseph-Aurèle Plourde, arċisqof tal-belt tagħkom, li nsellem b’mod fratern, mal-abitanti ta’ Ontario, mas-sinjura gvernatur u l-awtoritajiet ċivili l-oħra; mal-abitanti tar-reġġjun tal-kapitali, il-Kanadiżi kollha u dawk kollha li, mbegħdin,  jingħaqdu magħna.  Fi żmien ilu din ix-xmara kienet it-triq tad-dħul fil-qalba tal-kontinent tagħkom, meta kienu jiltaqgħu l-kulturi Ewropej mal-kulturi tal-ewwel abitanti. Illum, jien fostkom Pelegrin ta’ paċi u nixtieq, f’din l-aħħar omelija, intawwal dak kollu li għidt  fil-kwadru tal-missjoni pastorali tiegħi fl-art Kanadiża. U din hija sintesi finali li rrid nagħmel, billi nibbaża ruħi fuq it-tminn bejatitudni ta’ Kristu.

2. Fit-tminn bejatitudni tippreżenta ruħha lilna, qabel kollox, persuna: il-persuna tal-Imgħallem Divin. Huwa dwaru li jitkellem il-profeta Iżaija meta jħabbar li dawl kbir idda fuq dawk li kienu jgħammru l-art mudlama.

L-istess kliem jidwi fil-lejl tal-Milied: “Tweldiln iben, Ingħatalna Iben. Is-setgħa tkun fuq spallejh” (Is 9, 5).

Il-poteri li bihom mgħobbija spallejn it-tifel imwieled fil-lejl ta’ Betlem, jikkonfermawlu l-majjestà tas-salib. Il-Kurċifiss iġorr tassew fih il-qawwa kollha tal-fidwa tad-dinja.

U huwa hu, il-kurċifiss, li kien iddisinjat bl-ismijiet mħabbra minn Iżaija: ‘Kunsillier tal-għaġeb, Alla setgħan għal dejjem, Prinċep tal-paċi” (Is 9, 5).

Alla wettaq għal dejjem il-qawwa tar-redenzjoni posseduta minn Kristu Mislub, meta qajmu mill-imwiet. Ir-Redentur, imqajjem mill-imwiet, meta kien se jinfired minn ma’ l-appostli tiegħu jgħid: “Ingħatatli kull setgħa fis-sema u fl-art. Morru mela u għallmu lill-ġnus kollha . . .” (Mt 28, 18-19).

Hekk Kristu jibqà dejjem f’nofs l-umanità bħala dan “id-dawl kbir” ta’ Iżaija, li jiddi “fuq dawk li kienu jgħammru l-art mudlama”.

Huwa qatt ma jaqtà jkun il-“Prinċep tal-paċi” u fl-istess ħin “kunsillier tal-għaġeb”. Il-punt tat-tluq tat-toroq li jwasslu għall-ġustizxzja u għall-paċi jinsab fir-redenzjoni tad-dinja, li Kristu wettaq permezz tal-qawwa tas-salib tiegħu u tal-qawmien mill-imwiet.

3. Dan il-fatt huwa ta’ importanza primarja fl-epoka tagħna li fiha l-bniedem, in-nazzjonijiet u l-umanità kollha tfittex b’mod iddisprat it-toroq tal-paċi. “Genus humanum arte et ratione vivit”; il-bniedem jgħix bl-għerf, b’kultura, b’moralità. Il-vjolenza tikkontraduċi għal kollox tali triq. Il-vjolenza tnissel ukoll l-bżonn ġust tad-difiża. U fl-istess ħin, il-vjolenza thedded  bil-qerda dak li bih tgħix l-umanità. Din thedded bil-mewt il-bnedmin, miljuni ta’ bnedmin, imma thedded bil-mewt dak kollu li hu uman.

Fiċ-ċentru tal-familja umana mhedda, Kristu jidher dejjem bħala l-Prinċep tal-paċi, bħala difensur ta’ dak li hu uman.

Il-Vanġelu tat-tminn beatitudni mhux ħaġ’oħra għajr difiża ta’ dak li huwa fundamentalment l-iktar uman, l-iktar sabiħ fil-bniedem, dak li hu qaddis fil-bniedem:

“Ħenjin il-foqra fl-ispirtuo . . .

Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa . . . 

Ħenjin l-imnikkta afflitti . . . 

Ħenjin dawk li jħennu . . . 

Ħenjin dawk ta’ qalbhom safja . . . 

Ħenjin l-ippersegwitati minħabba l-ġustizzja . . . 

Ħenjin intom meta jgħajrukhom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Hekk infatti ippersegwitaw lill-profeti” (Mt 5, 3-12).

4. Il-Vanġelu tat-tminn beatitudni huwa affermazzjoni kostanti ta’ dak li huwa l-iktar profondament uman, ta’ dak li huwa erojku fil-bniedem. Il-Vanġelu tat-tminn bejatitudni huwa marbut b’mod solidu mas-salib u mal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu. U huwa biss fid-dawl tas-salib u tal-qawmien mill-imwiet li dak li huwa uman, isib il-qawwa u l-potenza tiegħu. Ebda forma tal-materjaliżmu storiku ma ttih la sies u linqas garanzija. Il-materjaliżmu jistà biss iqiegħed fid-dubju, inaqqas, jikkalpesta, jeqred, ikisser dak li  huwa l-iktar profondament uman.

Il-Vanġelu tat-tminn beatitudni huwa sa minn għeruqu stess, marbut mal-misteru: mar-realtà tar-redenzjoni tad-dinja  .

Iva, ir-realtà biss tal-qawmien mill-imwiet tad-dinja jikkostitwixxi is-sies tal-beatitudni, u ta’ dawn iż-żewġ beatitudni realment importanti f’dan iż-żmien ta’ theddid:

“Ħenjin dawk li għandhom il-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja . . .

Ħenjin dawk li jaħdmu għall-paċi . . .”.

Il-kuxjenza tar-redenzjoni tippenetra fil-profond tal-qalb tal-bnedmin ittentati mit-theddid li llum jagħfsu fuq id-dinja.

Jekk nagħrfu nilqgħu l-Vanġelu tal-beatitudni ta’ Kristu, ma nibżgħux niffaċċjaw dan it-theddid.

5. Il-kuxjenza morali tal-umanità tiskopri, permezz ta’ toroq differenti, ir-rabta eżistenti bejn il-ġustizzja u l-paċi. Jinħtieġ inwettqu l-isforzi kollha meħtieġa sabiex din il-kuxjenza misjuba mill-ġdid akkost ta’ sagrifiċċji kbar sa mill-aħħar gwerra dinjija, ma ssibx ruħha mgħaddsa mill-ġdid mill-ispjegament tal-vjolenza.

Il-bniedem kontemporanju, in-nazzjonijiet, l-umanità, ifittxu bla serħan it-toroq li jwasslu għall-ġustizzja u għall-paċi. Bla mistrieħ, il-Knisja tieħu sehem f’din l-intrapriża kbira. Il-Knejjes partikolari, episkopati jieħdu sehem fiha. Is-sedja apostolika tieħu sehem fiha. Dan huwa dmir uman, nisrani, apostoliku.

6. Papa Ġwannii XXIII indirizza  lid-dinja appell straordinarju bl-enċiklika III Pacem in terris. Hawn huwa analizza fit-tul il-kondizzjonijiet tal-paċi, u stedinna biex insiru arkitetti tal-paċi u l-ġustizzja fl-oqsma kollha li fihom taħdem il-komunità umana.

Min-naħa tiegħu l-Konċilju Vatikan II, waqt li kkonsidra l-post li l-Knisja tokkupa fil-kuntest tad-dinja moderna, reġa qabad din ir-riflessjoni; iħeġġiġna biex nissalvagwardjaw il-paċi u biex nibnu l-komunità tan-Nazzjonijiet (Gaudium et Spes, II, V).

Papa Pawlu VI qatt ma waqaf jaħdem fit-tali sens. Fl-assemblea ġenerali tal- Ġnus Magħquda  vara dan l-appell profetiku: “Mhux iktar il-gwerra”! Enfasizza l-irbit bejn il-paċi u l-iżvilupp tal-popli,  li dwarhom tkellimt xi jiem ilu f’Edmonton. Papa Pawlu VI istitwixxa wkoll, l-ewwel ta’ Jannar ta’ kull sena, il-Jum Mondjali tal-paċi. Minn hemm ‘il quddiem, fil-bidu ta’ kull sena. Kulħadd huwa msejjaħ biex jitlob u jaġixxi favur il-paċi; din hija l-okkażjoni għall-Papa li jġedded l-appell tiegħu lill-popli kollha, sabiex dawn jagħżlu l-paċi u jaddottaw il-miżuri meħtieġa biex jissuperaw it-tensjonijiet u jferrxu l-perikli li jkunu qegħdin jikbru.

Ftit wara l-elezzjoni tiegħi, kien possibbli għalija li naċċetta l-istedina tal-Ġnus Magħquda biex niddikjara quddiem il-komunità internazzjonali mhux biss li s-Santa Sede tappoġġja l-isforzi tagħhom, imma li l-“Knisja kattolika, fil-postijiet kollha tad-dinja, ixxandar messaġġ ta’ paċi, titlob għall-paċi, teduka l-bniedem għall-paċi” (Ioannis Pauli PP. II, Allocutio ad Nationum Unitarum Legatos habita, 10, die 2 oct. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II/2 [1979] 528).

Illum inġedded l-appell tiegħi, għaliex nafu li, wara l-gwerra dinjija, it-tensjonijiet u l-konflitti ma waqfux, u dawn jiġġeneraw gwerer li, fejn ifaqqgħu, mhuma xejn inqas imdemmin. U nafu li l-oriġni tal-konflitti insibu kullimkien l-inġustizzja toqtol, jew kullimkien id-dinjità tal-bniedem hija miżmuma ftit li xejn. Biex nibnu l-paċi hemm bżonn noħolqu ġustizzja.

Liema kuxjenza morali tistà tirrassenja ruħha, mingħajr ma tirrejaġixxi, meta jeżistu “differenzi terribbli minn naħa, u mill-parti l-oħra fost il-bnedmin u l-gruppi għonja b’mod eċċessiv minn naħa, u minn naħa l-oħra l-maġġoranza numerika tal-fqar jew saħansitra tal-miżerabbli . . .?” (Ibid.,  536).

Liema kuxjenza morali tistà tirrassenja ruħha għal soluzzjonijiet superfiċjali li jgħattu l-inġustizzji, sakemm f’xi post tal-pjaneta l-bniedem huwa ferut “fil-konvinzjonijiet l-iktar personali tiegħu, fil-konċezzjoni tiegħu tad-dinja, fil-fidi reliġjuża tiegħu, hekk bħal fl-isfera tal-hekk imsejħin libertajiet ċivili” (Ibid.)?

Nistgħu aħna nkunu operaturi tal-paċi  mġewħa tal-ġustizzja, jekk nippermettu bla ma nirrejaġixxu “għall-ispiral bla rażan tal-armamenti . . .” ippreżentat bħala “servizz għall-paċi tad-dinja”? (Ibid., 539), waqt li t-tellieqa għall-armament hija theddida reali tal-mewt u waqt li l-ispejjeż ekonomiċi tagħhom iċaħħdu tant Pajjiżi mill-mezzi effettivi għall-iżvilupp tagħhom?

Id-dmir tagħna huwa urġenti f’dawn iż-żminijiet. Aħna nkunu operaturi tal-paċi jekk il-kuxjenza tagħna tirrendina konxji tal-perikli, enerġiċi fli nippromwovu d-djalogu u l-koperazzjoni, attenti fir-rispett tal-punt-di-vista tal-oħrajn fil-waqt stess li fih aħna niddefendu d-drittijiet tagħna, fidili lejn l-imħabba għall-umanità, u rispettużi tad-don ta’ Alla!

Aħna nkunu dixxipli ta’ Kristu u tassew aħwa ta’ xulxin jekk flimkien nieħdu sehem fl-ispinta lejn i1-1ivelizzazzjoni, li għal sekli ilha tiġbed lejn direzzjoni waħda: dik li tiggarantixxi “id-drittijiet oġġettivi tal-ispirtu , tal-kuxjenza umana, tal-krejattività umana, inkluża r-relazzjoni tal-bniedem ma’ Alla” (Ibid.,  537).

Aħna nkunu operaturi tal-paċi jekk l-aġir kollu tagħna jkun ibbażat fuq ir-rispett ta’ dak li jsejħilna biex ngħixu skont il-liġi tas-saltna tiegħu, u li minnu jiġi kull poter” (cf. Ġw 19, 11).

7.B’dan il-mod, mela, mhemmx bżonn nippermettu li l-kuxjenza morali tal-umanità ċċedi għall-vjolenza. Huwa meħtieġ li nżommu ħajja r-rabta stretta li tgħaqqad il-paċi u l-ġustizzja, il-paċi u d-drittijiet  sagri tal-individwi u tan-nazzjonijiet!

Huwa meħtieġ li nipproteġu lill-popli – miljuni ta’ persuni – mill-mewt nuklejari u mill-mewt minħabba l-ġuħ. Huwa meħtieġ li nipproteġu mill-mewt dak kollu li hu uman!

Skont din l-intenzjoni, it-talba tagħna tallum għall-ġustizzja u l-paċi hija meħuda mill-Vanġelu tat-tminn beatitudni.

F’kelma waħda xi jħabbar il-Vanġelu? Ejjew naqrawh għal darb’oħra:

“Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, għaliex tagħhom hija s-saltna tas-smewwiet./

Ħenjin l-immnikkta, għax huma jkunu mfarrġa. /

Ħenjin ta’ qalbhom ħelwa, għax huma jkollhom b’wirthom l-art. /

Ħenjin dawk li huma bil-ġuħ u l-għatx tal- ġustizzja, għax huma jkunu mxebbgħin. /

Ħenjin dawk li jħennu, għax huma jsibu ħniena. /

Ħenjin dawk li huma safja f’qalbhom. Għax huma jaraw ‘l Alla. /

Ħenjin dawk li jġibu l-paċi, għax huma jissejħu wlied Alla. /

Ħenjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. /

Ħenjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija. Ifirħu u thennew għax ħlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5, 3-12).

Ejjew inħallu lilna nfusna nintlew bl-Ispirtu ta’ Kristu. Jalla huwa jimlina bil-verità, ta’ dan il-kliem, bil-qawwa tal-imħabba li tispirah! Jalla l-talba tagħna tagħmel iva li aħna nkunu kapaċi mhux biss li nfittxu l-paċi, imma li naġġustaw ir-rieda tagħna mar-rieda ta’ Alla, kif Kristu irrivelahielna. Ladarba l-paċi fost il-bnedmin se tkun dejjem fraġli jekk aħna ma nkunux paċi ma’ Alla, jekk ma naġġustawx lilna nfusna fl-intimu tagħna mal-pjan ta’ Alla għall-istorja tad-dinja. Jalla l-ġustizzja tagħna tkun rifless tal-ġustizzja tiegħu! Waqt li nagħrfu li aħna midimbin, ejjew inħallu li Alla jwassalna li nirrikonċiljaw ruħna miegħu, il-ħallieq tal-ħajja, u, fl-istess ħin, ma’ ħutna. Din ir-rikonċiljazzjoni, li ma nistgħux inwettqu b’mod sħiħ weħidna, aħna niksbuha bil-ġrazzja, jekk bil-fidi ningħaqdu mal-appell immens ta’ dawk li jitolbu.

8. Mela, f’kelma waħda, xi jħabbar il-Vanġelu tat-tminn beatitudni?

Dan jgħid li l-foqra fl-ispirtu, l-imnikkta, dawk li jħennu, dawk li għandom il-ġuħ u l-għatx tal-ġustizzja, l-opersaturi tal-paċi, dawn kollha huma inviżibbli! Dan jgħid li r-rebħa aħħarija tkun tagħhom! Tagħhom  hija s-saltna tal-verità tal- ġustizzja, tal-imħabba u tal-paċi! Li d-dgħufija tagħhom, id-diffikultajiet tagħhom fis-superament ta’ dak li jifred u jikkuntrasta ma jaqtgħulhomx qalbhom. Il-forzi umani mhumiex biżżejjed biex napplikaw il-Vanġelu, imma l-poter ta’ Kristu jirrendi possibbli l-purifikazzjoni u l-konverżjoni tal-qlub, għaliex huwa ta lilu nnifsu sabiex l-umanità tkun tistà jkollha l-paċi tiegħu!

U din hija l-prospettiva li Kristu, bil-Vanġelu tiegħu u l-fidwa, effettivament fetaħ lil dawk li jqegħedu fil-prattika l-beatitudni tiegħu.

Isimgħuni, intom li, f’diversi partijiet tad-dinja, qegħdin tbatu l-persekuzzjoni minħabba fi Kristu! Intom foqra, li fuqkom tagħfas l-oppressjoni u l-inġustizzja, bħala dawk li ta’ kuljum tbatu minn sistemi li jgħaffġu!

Intom ilkoll li intom tassew bnedmin ta’ rieda tajba!

Aħna ngħidu li Kristu huwa kunsillier tal-għaġeb.

Aħna ngħidu li Kristu huwa l-Prinċep tal-paċi.

Aħna ngħidu li Kristu huwa l-imsallab u l-irxuxtat.

“Is-setgħa tkun fuq spallejh”.

“Kbira tkun setegħtu . . . fuq is-saltna li huwa jiġi biex iwettaqha u jsaħħaħha bil-ħaqq u s-sewwa” ( 9, 6).

Tiġi saltnatek!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading