VJAĠĠ APPOSTOLIKU FIL-KANADA
KONĊELEBRAZZJONI EWKARISTIKA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Monasteru tal-Qaddejja ta’ Ġesù u Marija (Hull)
L-Erbgħa, 19 ta’ Settembru 1984
Għeżież sorijiet.
1. “L-Ispirtu u l-għarusa jgħidu”: “Ejja”… Ejja, Mulej Ġesù” (Ap 22, 17.20).
Il-Knisja, ispirata mill-Ispirtu fiha preżenti, ma tonqosx li tagħmel dan l-appell lill-Mulej Ġesù. Hija hi mixħuta lejn il-miġja lura tiegħu. Hija tistennieh, kif għarusa tistenna lill-għarus għażiż tagħha, mgħolli għal-lemin tal-Missier. Hija diġa “ħaslet libsitha” f’demmu li fdiha. Hija tittama li “tiddisponi mis-siġra tal-ħajja”. Hija taf li diġa tieħu sehem f’ħajtu, b’mod misterjuż u parzjali, fil-fidi, fis-sagramenti, fit-talb, fil-karità. Huwa miegħu li taħdem biex iġġedded din id-dinja skont l-Ispirtu tiegħu. Imma hija bla sabar għal tiġdid sħiħ, tal-viżjoni sħiħa tal-għarus tagħha. Għal issa ħajjitha hija bħal telgħa f’Alla. Il-Knisja kollha trid tgħix f’din l-istennija u tkunilha xhieda. Imma l-erwieħ ikkonsagrati għamlu “għażla kariżmatika ta’ Kristu bħala għarus esklussiv. Tali għażla tippermetti diġa minnha nfiha li dawk li jagħżluha “jaħsbu dwar l-affarijiet tal-Mulej” imma minħabba li barra minn dan, din issir ukoll “minħabba s-saltna tas-smewwuet” din tirrendi din is-saltna eskatoloġika ta’ Alla iktar qrib lejn il-ħajja tal-bnedmin kollha … Il-persuni kkonsagrati iwasslu fid-dinja li tgħaddi l-aħbar tal-qawmien mill-imwiet li trid tiġi u tal-ħajja eterna” (cf. Ioannis Pauli PP. II, Redemptionis Donum, 11).
2. Ir-reliġjużi rġiel u nisa kollha għandhom din il-kariżma fi ħdan il-Knisja. Imma din hija iktar evidenti għas-sorijiet tal-klawsura li jiċċaħdu minn kull attività fost in-nies biex ikunu preżenti biss għall-Mulej. U f’dan il-post, huwa qabel kollox li lejkom indur, għeżież sorijiet kontemplattivi. Il-Knisja tqis postkom fil-kumpless tal-ġisem mistiku ta’ Kristu bħala essenzjali għall-ħajja tal-Knisja, għall-iżvilupp sħiħ tagħha, ukoll fil-Knejjes żgħażagħ assorbiti mid-dmirijiet tal-evanġelizzazzjoni È (Perfectae caritatis, 47; Ad Gentes, 40). Effettivament, it-talb tal-kontemplattivi kellu funzjoni konsiderevoli fl-approfondiment tal-fidi fil-Kanada. Tali kienet propju l-intuwizzjoni tal-abati Mangin u ta’ sor Maria Zita li waqqfu hawn, issa ilu kważi mitt sena, il-Qaddejja ta’ Ġesù u Marija. Dawn ir-reliġjużi onoraw b’mod partikulari il-Qalb Sagra ta’Ġesù fl-Ewkaristija li hija d-don suprem ta’ mħabbtu, li fiha jadurawh b’mod permanenti. L-apostolat spiritwali tagħkom, sorijiet tiegħi, mhuwiex forsi li ssostnu l-ministeru tas-saċerdoti u li tikkollaboraw fil-pjan etern tal-patt tal-kredenti (dawk li jemmnu) kollha: “Li jkunu ħaġa waħda!”? Naħseb ukoll f’dawk kollha li stabbilew it-triq kontemplattiva fil-Kanada, skont spiritwalità komplementari. “Il hemm mir-reliġjużi kollha hawn preżenti, jien nsellem b’imħabba u ninkuraġġixxi lis-sorijiet kollha tal-klawsura u lill-irħieb kollha ta’ dan in-nazzjon!
3. “Jiġri għas-saltna tas-smewwiet bħall-għaxar verġni li marru bil-lempa tagħhom biex jilqgħu lill-għarus. Ħeqq, ħamsa minnhom kienu boloh u ħamsa kienu għaqlin”. Sorijiet, stennew lill-għarus bħal dawn il-verġni għaqlin. Kunu dejjem lesti. Kunu disponibbli. Fl-istennija tal-Mulej, għassu.
L-ambjent tal-ħajja konventwali tagħkom huwa organizzat biex jiffavorixxi l-esperjenza ta’ Alla; l-irtirar tagħkom mid-dinja, bis-solitudni tiegħu; bis-silenzju tagħkom, li huwa silenzju ta’ smigħ, silenzju ta’ mħabba; l-axxetiżmu, il-penitenza, ix-xogħol li jagħmlukom pareteċipi fl-opra feddejja; il-komunjoni fraterna, imġedda bla waqfien; iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ta’ kuljum li tgħaqqad l-offerta tagħkom ma’ dik ta’ Kristu.
Jalla l-għejja, it-tran tran, il-monotonija ta’ ħajjitkom konventwali ma jraqqdukomx, jalla l-impressjonijiet possibbli ta’ nuqqas ta’ Alla, it-tentazzjonijiet jew sempliċement il-provi normali tal-progress ma jaqtgħulkomx qalbkom! Jalla il-lampa tat-talb tagħkom, ta’ mħabbitkom, ma jonqsu qatt! Agħmlu provista taż-żejt li jżommha tixgħel lejl u nhar.
4. Ladarba, ukoll fi ħdan komunità, il-mixja tibqà personali, bħalma l-verġni għaqlin ma setgħux jirrimedjaw għall-indifferenza tal-verġni boloh, ebda ħadd ma jistà jissostitwixxi lilkom milli tħaddnu l-komunjoni trinitarja fl-iktar intimu tal-persuna tagħkom, hemm fejn l-imħabba riċevuta twieġeb għall-imħabba fl-adorazzjoni, it-tifħir u l-gratitudni. Allura agħmlu intom tagħkom it-talba tas- salmista li qrajna ftit ilu: “O Alla, Alla tiegħi int, lilek ħerqan infittex, ma tlugħ ix-xemx infittxek, /Ruħi bilgħatx għalik, / għalik imxenqa jiena, / bħal art niexfa, / maħruqa, bla ilma. / Għalhekk ġejt narak fit-tempju mqaddes tiegħek, / biex nitgħaxxaq bis-setgħa u l-glorja tiegħek. / Għax it-tieba tiegħek aħjar mill-ħajja, / xuftejja jxandru t-tifħir tiegħek / Għalhekk imbierkek tul ħajti kollha… / Naħseb fik fis-sahriet tal-lejl… / għad-dell ta’ ġwenħajk ngħanni bil-ferħ. / Miegħek tingħaqad ruħi / int tweżinni bil-leminija tiegħek” (Sal 63, 2-5.7-9).
Din il-laqgħa li ma tistax titfisser bil-kliem ta’Alla l-ħaj u personali ma tistax tingħex jekk mhux fl-oskurità tal-fidi. L-għarus qiegħed wara l-bieb waqt li intom għadkom fil-lejl. Huwa dejjem fid-dawl tal-fidi li Alla jirregala lilu nnifsu. Imma s-sinjali ta’ Alla huma hekk distintifl-eżistenza ta’ kuljum irrilevanti mill-jiem tagħkom li huwa meħtieġ li tkunu għassa biex tkunu tistgħu tipperseveraw u tikbru fil-fidi, fl-iskola ta’ Marija. It-“teżor” li jistennikom fis-smewwiet mhu se jkun xejn jekk mhux it-twettiq eskatoloġiku ta’ dak li li hemm moħbi… fit-teżor intern tal-qalb (cf. Redemptionis Donum, 5).
5. Ħajjietkom għandhom fertilità sigrieta imma sikura. “Min jibqà fija u jiena fih, jagħmel ħafna frott” (Gv 15, 5). F’din is-solidarjetà li tgħaqqad il-membri kollha ta’ Kristu intom , skont il-kelma ta’ Santa Teresa tal-Bambin Ġesù, bħall-qalb. Mingħajr imħabbitkom, il-karità tiksaħ. Fil-Knisja li titlob, tbati u tevanġelizza, il-parti tagħkom hija ir-rendikont lil Alla. L-offertà tagħkom tirrendikom kompjaċentigħal Kristu sabiex ikun jistà jutilizza l-esseri tagħkom kollu u jikkunsmah għall-opra feddejja, kif jogħġob lil imħabbtu. U Alla jismà t-talb ta’ tifħir u ta’ interċessjoni li jitlà minn qlubkom biex jiddispensa l-grazzja tiegħu, li mingħajrha la jkun hemm fil-Knisja konverżjoni għall-Vanġelu, linqas progress fil-fidi, linqas vokazzjonijiet ta’ ħaddiema apostoliċi (cf. Ad Gentes, 40).
6. Il-komunità nisranija ta’ Hull donnha fehmet sewwa l-vokazzjoni tagħkom, u l-istess il-popolazzjoni viċina tal-belt kbira ta’ Ottawa. In-nies huma marbuta mal-monasteru tagħkom, dawn isostnuh,, ma jaħsbuhiex li jafdaw magħkom il-pieni u l-ferħ tagħhom, il-proġetti u d-domandi għat-talb tagħhom.
Hemm dejjem iktar nies – u fosthom ħafna żgħażagħ – li jfittxu żoni ta’ gratuwità, ta’ talb, ta’ kontemplazzjoni, nies għatxana tal-assolut. Xi wħud jieqfu fil-monasteri tagħkom fit-tiftix tal-valuri spiritwali. Għal dawn ir-riċerkaturi kollha ta’ Alla, intom tixhdu, permezz tal-verità u t-trasparenza tal-persuni tagħkom, li l-appartenenza lil Kristu tirrendikom liberi u li l-esperjenza ta’ Alla tfawwarkom. Mingħajr ma tinqatgħu mill-esiġenzi tal-ħajja kontemplattiva, issibu l-ġesti suxxettibbli li tesprimu għall-kultura ta’ żminijietna l-għażla radikali tagħkom għal Alla. Lil dawk li jgħidulkom: “Aħna ma nafux nitolbu” twieġbu, permezz tal-eżistenza, li d-djalogu ma’ Alla huwa possibbli għaliex “l-ispirtu jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna” (Rm 8, 26). Lil dawk li jridu jagħmlu minn ħajjithom xi ħaġa kbira, ixhdu li l-mixja lejn il-qdusija hija l-isbaħ fost l-avventuri, opra mhux biss tal-isforzi tagħna, imma opra ta’ tenerezza nfinita ta’ Alla fl-immensa miżerja umana. Jalla l-monasteri tagħkom jippermettu lil min ikun għaddej li joqrob lejn is-sors ta’ ilma ħaj: “Min hu bil-għatx, ħa jiġi,. Ħa jieħdu b’xejn min irid l-ilma tal-ħajja” (Ap 22, 17)!
7. Il-meditazzjoni tiegħi kienet donnha riservata għas-sorijiet tal-klawsura. Fir-realtà kelli kontinwament preżenti n-nisa kollha li jikkonsagraw ruħhom lil Alla fil-ħajja reliġjuża tal-Kanada. Dawn huma madwar erbgħin elf! Dak li għidt dwar l-ispirtu tal-ħajja kkonsagrata jgħodd ugwalment għar-reliġjużi kollha tal-ħajja attiva jew apostolika. Iċ-ċirkustanzi għamlu li iva jien ma jkollix magħhom kollha laqgħa partikolari, u ddispjaċieni. Rajt ħafna fl-istadji kollha, mal-poplu ta’ Alla. Imma stennejt din l-okkażjoni, u l-lejla jiena kuntent li nsellmilhom kollha, minn dan il-post ta’ kontemplazzjoni, u li nindirizzalhom dan il-messaġġ.
Għeżież sorijiet, intom twettqu fi ħdan il-Knisja diversi servizzi li l-komunitajiet insara u d-dinja japprezzaw b’mod ħaj: intom tieħdu sehem, fost l-oħrajn, fil-katekeżi, fl-edukazzjoni, fil-kuri ospedalieri, fis-sosten tal-anzjani, fl-attivitajiet parrokkjali… Kuntenti dawk il-Pajjiżi, dawk l-ibliet li għadhom rassikurati mill-preżenza ta’ tali sorijiet! Insomma, intom għandkom ċerta attività professjonali, ta’ preferenza dik li tippermettilkom li tesprimu l-karità u x-xhieda tal-fidi, u dan b’mod komunitarju.
8. Imma mhuwiex dan il-misteru oriġinarju ta’ ħajjitkom. Intom kontu liberament ikkunsagrati lill-Mulej li, kien l-ewwel, li tefà fuqkom ħarsa ta’ predilezzjoni. Il-voti reliġjużi tagħkom għandhom għeruqhom intimament fil-konsagrazzjoni tal-Magħmudija, imma tesprimuhom b’milja ikbar (cf. Perfectae Caritatis, 5). Intom tieħdu sehem b’mod speċjali u permanenti fil-mewt fuq is-salib tar-Redentur u fil-qawmien mill-imwiet. Il-karattru paskwali ta’ ħajjitkom jingħaraf f’kull wieħed mill-“pariri evanġeliċi” li intom timpenjaw ruħkom biex tipprattikaw b’mod radikali. Fl-istess ħin intom issiru tassew liberi biex isservu aħjar. Intom tippuntaw mhux fuq li “jkollkom”, imma fuq il-kwalità tal-esseri, tal-persuna li tiġġedded f’Ġesù Kristu.
Id-dinja tagħna għandha bżonn daqs qatt qabel li tiskopri, fil-komunitajiet tagħkom u fl-istil ta’ ħajja tagħkom, il-valur ta’ ħajja sempliċi u fqira għas-servizz tal-foqra, il-valur tal-ħajja liberament impenjata fiċ-ċelibat kien li tikkonserva ruħha għal Kristu u, miegħu. Tħobb b’mod partikolari lil dawk maħbubin ħażin, il-valur ta’ ħajja li fiha l-ubbidjenza u l-komunità fraterna jikkuntestaw silenzjożament l-eċċessi ta’ ndipendenza kultant kapriċċuża u sterili.
Id-dinja għandha bżonn fuq kollox ta’ xhieda tal-gratuwità tal-imħabba ta’ Alla. Ħdejn dawk li jiddubitaw minn Alla jew li għandhom l-impressjoni tan-nuqqas tiegħu, intom il-manifestazzjoni li l-Mulej jimmerita li jkun imfittex u maħbub għalih innifsu, li s-saltna ta’ Alla, bil-ġenn appartenenti tagħha, timmerita li għaliha int tikkonsagra ħajtek. B’dan il-mod ħajjitkom isiru sinjal tal-fidi ndistruttibli tal-Knisja. Id-don gratwit ta’ ħajjitkom lil Kristu u lill-oħrajn huwa forsi l-kontestazzjoni l-iktar urġenti biex nopponu soċjetà li fih il-qligħ sar idolu. L-għażla tagħkom tgħaġġeb, timponi interrogattivi, tisseduċi jew tirrita din id-dinja, imma ma tħalliha qatt indifferenti. B’kull mod, il-Vanġelu huwa dejjem sinjal ta’ kontradizzjoni. Intom ma tkunu qatt mifhuma minn kulħadd. Imma tibżgħu qatt turu l-konsagrazzjoni tagħkom lill-Mulej. Tagħmlilkom unur! Huwa l-unur tal-Knisja! Intom għandkom post apeċifiku fil-ġisem ta’ Kristu. Li fih kull wieħed u waħda irridu nwettqu dmirna, il-kariżma tagħna.
Jekk tfittxu, mal-Ispirtu Santu, il-qdusija li tikkorrispondi mal-istat tal-ħajja tagħkom. La tibżgħux. Huwa ma jabbandunakomx. Il-vokazzjonijiet jiġu jilħqukhom. U intom stess tikkonservaw iż-żgħożija ta’ ruħkom, li m’għandha xejn x’taqsam mal-età. Iva, għeżież sorijiet, għixu fit-tama. Żommu għajnejkom fissi fuq Kristu u imxu b’pass sod fuq il-passi tiegħu fil-ferħ u fil-paċi.
9. Ma nistax intawwal iktar minn dan il-messaġġ lir-reliġjużi Kanadiżi kollha. Ktibt fil-25 ta’ Marzu li għadda ittra għalikom u għar-reliġjużi kollha, Redemptionis Donum.
Illejla fi tmiem kil-vjaġġ apostoliku tiegħi fil-Kanada, jiena kuntent li nkun,flimkien mal-Isqof ta’ din id-dijoċesi Adolphe Proulx, mistieden tas-sorijiet. Bħalma Ġesù kien iħobb jirtira f’Betanja f’dar Marija u Marta – waħda l-kontemplattiva u l-oħra iktar attiv – jien ġejt f’darkom biex nitlob magħkom. Bħalma Pietru u l-appostli kienu jirtiraw fiċ-ċenaklu, flimkien ma’ Marija, Omm Ġesù, jiena niġi biex insejjaħ l-Ispirtu Santu. Jalla hu idawwar id-dawl u l-poter tiegħu fuq l-abitanti ta’ dan in-nazzjon għażiż, sabiex il-Knisja hawn tkun tistà tikber fil-qdusija. Itolbu miegħi għar-reliġjużi kollha, għal dawk kollha li huma kkonsagrati, għall-irġiel u n-nisa li huma membri ta’ istituti sekolari. Ejjew nitolbu għas-saċerdoti, li huma ministri tal-Ewkaristija u gwidi tal-kuxjenzi. Ejjew nitolbu għal dawk li qegħdin ibatu l-persekuzzjonijiet għall-fidi tagħhom.
U, qrib Ottawa fejn illejla se niltaqà mar-responsabbli tal-ħajja politika, fejn għada se niċċelebra l-quddiesa għall-paċi, ejjew nitolbu għal dawk kollha li għandhom jikkontribwixxu għall-ilħuq ta’ ġustizzja, paċi u fraternità ikbar, fil-Kanada u fil-Pajjiżi inqas fortunati.
Tiġi saltnatek, Mulej Ġesù. Amen.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb