KONĊELEBRAZZJONI FIL-KONKLUŻJONI TAL-IRTIR
MONDJALI TAS-SAĊERDOTI
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Bażilika Vatikana
It-Tlieta, 9 ta’ Ottubru 1984
1. “Ġisem wieħed u ruħ waħda, l-istess kif kontu msejħa għal tama waħda, dik tal-vokazzjoni tagħkom” (Ef 4, 4). Il-kliem tal-appostlu Pawlu, mismugħ ftit ilu, jerġà lura spontanju fuq ix-xuftejn fil-kontemplazzjomi, għeżież ħuti fi Kristu, f’din l-assemblea tagħkom li tiġbor tant isqfijiet u saċerdoti, ġejjin minn kull parti tad-dinja. Lilkom ilkoll u lil kull wieħed minnkom nindirizza tislima kordjali: “Ġesù hu l-Mulej! Alleluia!”.
Intom tinsabu Ruma biex tieħdu sehem fl-irtir spiritwali organizzat mill-Uffiċċju internazzjonali tat-Tiġdid kariżmatiku kattoliku. Il-laqgħat tagħkom miżmuma fil-Vatikan, u din iċ-ċelebrazzjoni ewkaristika ħdejn il-qabar tal-Prinċep tal-appostli huma ndikazzjonijiet elokwenti tal-attakkament profond tagħkom mas-Sedja ta’ Pietru u mal-Knisja waħda, qaddisa, kattolika u apostolika. Il-Mulej irid iwettaqkom fil-fidi tagħkom u jkebbes nill-ġdid il-grazzja tas-saċerdozju, li hija fikom, matul il-waqfa f’din il-belt alma ta’ Ruma, ċentru tal-kattoliċeżmu.
2. Matul l-irtir intom immeditajtu fit-tul dwar il-vokazzjoni saċerdotali bħala sejħa partikolari għall-qdusija. Dan is-suġġett huwa ferm importanti u attwali. Id-dinja tallum, infatti, għandha bżonn is- saċerdoti, ħafna saerdoti, imma b’mod speċjali saerdoti qaddisin.
Il-vokazzjoni saċerdotali hija essenzjalment sejħa għall-qdusija, fil-forma li tiġi mis-sagrament tal-Ordni Sagri. Il-qdusija hija itimità ma’ Alla, u imitazzjoni ta’ Kristu, fqir, kast u umli; hija mħabba bla riservi għall-erwieħ u donazzjoni għall-ġid veru tagħhom; hija mħabba lejn il-Knisja li hija qaddisa u tridna qaddisin, għaliex tali hija l-missjoni li Kristu afdalha. Kull wieħed minnkom għandu jkun qaddis ukoll biex jgħin lil ħutu jsegwu l-vokazzjoni tagħhom lejn il-qdusija.
Kif tistà ma tirriflettix, fil-kuntest ta’ din il-laqgħa, dwar l-irwol essenzjali li l-Ispirtu Santu jiżvolġi fis-sejħa speċifika għall-qdusija, li hija propju tal-ministeru saċerdotali? Ejjew niftakru l-kliem tar-rit tal-Ordinazzjoni saċerdotali, li hu meqjus ċentrali fil-fodmula sagramentali: “Agħti, Missier li tistà kollox, lil dawn uliedek id-dinjità tal-presbiterjat. Ġedded fihom it-tiswib tal-Ispirtu tiegħek ta’ qdusija; iħalli jwettqu fedelmentm o Mulej, il-ministeru tat-tieni grad saċerdotali riċevut mingħandek u bl-eżempju tagħhom jiggwidaw lil kulħadd għal kondotta integra”.
Permzz tal-Ordinazzjoni, għeżież ħbieb. Irċivejtu l-istess Spirtu ta’ Kristu, li jirrendikom tixbħuh, biex tkunu tistgħu taġixxu f’isnu u tgħixu fikom l-istess sentimenti tiegħu. Din il-komunjoni ntima bl-Ispirtu ta Kristu, waqt li tiggarantixxi l-effettività tal-azzjoni sagramentali li intom timponu “in persona Christi”, titlob ukoll li tesprimu ruħkom fil- fervur tat-talb, fil-konsistenza tal-ħajja, fil-karità pastorali ta’ ministeru instankabilment estiż għas-salvazzjoni tal-aħwa. Jitlob f’kelma waħda, il-qdusuja personali tagħkom. Dan hu li saħaq il-Konċilju Vatikan II, waqt li ttratta l-argument minn angulatura li hija fl-istess ħin kristoloġika, mitoloġika u ekkleżjali: “waqt li neżerċitaw il-misteru tal-Ispirtu u tal-ġustizzja, dawn jiġu msaħħa fil-ħajja tal-Ispirtu, bil-kondizzjoni iżda li jkunu doċli għat-tagħlim tal-Ispirtu ta’ Kristu li jtihom il-ħajja u jmexxihom. Infatti, il-presbiteri huma ordnati għall-perfezzjoni tal-ħajja minħabba l-istess azzjonijiet sagri li jwettqu ta’ kuljum, kif ukoll bil-ministeru kollu tagħhom li jeżerċitaw f’komunjoni stretta mal-isqof u bejniethom” (Presbyterorum Ordinis, 12).
Hawn hi, mela, għeżież ħuti fis-saċerdozju: il-vokazzjoni speċifika tagħkom għall-qdusija tittraduċi ruħha fi program ta’ doċilità għall-Ispirtu, li jekk issekondat jopra fikom identifikazzjoni progressiva ma’ Kristu, bl-eżempju tiegħu, bit-tagħlim tiegħu, bil-persuna tiegħu, u jgħollikom għal koperaturi tal-pjan divin tas-salvazzjoni. Quddiem prospettiva hekk sublimi, kif tistà ma tħossx l-bżonn li tirrepeti ma’ San Pawl: “Inħeġġiġkom jien, il-priġunier tal-Mulej, biex timxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħin: billi bl-umiltà kollha, bil-ħlewwa u bis-sabar, taħmlu u tħobbu lil xulxin. Ħabirku biex iżżommu spirtu wieħed bir-rabta tas-sliem” (Ef 4, 1-3)?
3. Hija eżortazzjoni, din ta’ San Pawl, li ssir ukoll iktar insistenti u ħierġa mill-qalb bil-ħsieb tad-dmir fubdamentali li jmiss lilkom fil-bini tal-Knisja, ġisem ta’ Kristu u tempju ħaj tal-Ispirtu: intom imsejħin biex tlaqqgħu f’komunjoni mal-isqfijiet u taħt id-dipendenza tagħhom, il-familja ta’ Alla, bħala familja ta’ Alla, bħala fraternità animata mill-Ispirtu ta’ għaqda (cf. Lumen Gentium, 28).
F’nofs il-komunità nisranija, kif ukoll f’nofs id-diversi gruppi tar-Rinnovament fl-Ispirtu, il-presbiteru huwa msejjaħ biex ikun ragħaj u gwida spiritwali tal-fidili, garanti tad-duttrina vera tal-Knisja, responsabbli, f’għaqda mal-isqof, taċ-ċelebrazzjoni tal-Ewkaristija awtentika u tas-sagramenti, xhud u promutur tal-komunjoni ekkleżjali.
Hu għndu għalhekk jeduka lill-fidili għal dak is-“sens tal-Knisja”, li jittraduċi ruħu fi mħabba lejn id-duttrina tal-Knisja, b’qima għar-rgħajja, fi ħlewwa u ubbidjenza lejn id-direttivi tagħhom, fi ftuħ tal-moħħ u tl-qalb lejn il-membri tal-Knisja, fejn inklużi l-movimenti jew l-assoċjazzjonijiet ekkleżjali l-oħra, fi spirtu missjunarju u ekumeniku. Infatti, hemm bżonn li jevita il-periklu ta’ radikalizzazzjon tal-esperjenza propja bħallikieku kienet l-unika u l-isbaħ, u jinfetaħ fl-imħabba, li hija don tal-Ispirtu, għall-kollaborazzjoni mal-komponenti kollha ekkleżjali, billi jara fihom manifestazzjonijiet oħra tal-uniku Spirtu, li “stabilixxa wħud bħala appostli, oħrajn bħala profeti, oħrajn bħala evanġelisti, oħrajn bħala rgħajja u mgħallmin, Hekk jitrawmu l-qaddisin għax-xogħol tal-hidma tagħhom għall-bini tal-ġisem ta’ Kristu” (Ef 4, 11-12).
Huwa dan id-dmir li għalih is-saċerdot ma jistax jabdika minu billi jiddelegah lil oħrajn, għaliex dan joħroġ min-natura stess tal-ministeru tiegħu pastorali u jsib sosten kuljum fil-grazzja li l-Ispirtu jsawwab fih, bħala rappreżentant ta’ Kristu f’nofs il-komunità nisranija. Huwa, jistà, bla dubju, jistagħna b’kull don ġenwin li l-Ispirtu jqassam bil-kbir fil-poplu ta’ Alla, Imma ma jistax jinsa li huwa msejjaħ biex jeżerċita rit ta’ dixxerniment, ta’ gwida u ta’ pedagoġija spiritwali, fi twettiq ta’ dak il-ministeru ta’ tagħlim awtorevoli, ta’ qdusija sagramentali, ta’ tmexxija ekkleżjali, li huwa propju tiegħu inkwantu nvestit bil- “munus” triplu ta’ Kristu saċerdot.
4. Huwa hu, infatti, il-mudell li lejh għandu jħares: hu, Ġesù, li s-silta evanġelika mismugħa tippreżentalna fl-att ta’ mogħdija mill-“bliet u l-irħula kollha, jgħallem fis-sinagogi tagħhom, jippriedka l-Vanġelu tas-saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u lil kull min kien nieqes mis-saħħa” (Mt 9, 35). Is-saċerdot għandu jkollu b’mod kostanti quddiem għajnejh lill-Imgħallem divin biex propju jagħmel is-sentimenti profondi u biex jasal li jipprova, flimkien miegħu, “tiġih ħniena”, mill-persuni “għajjiena u sfiniti”, li spiss jimirħu fit-toroq tal-ħajja “bħal nagħaġ mingħajr ragħaj” (cf. Mt 9, 36).
Kull persuna trid tkun important għalih. L-attenzjoni tal-komunità ma teħilsux mill-attenzjoni premuruża għall-individwi, skont il-bżonnijiet spiritwali tagħhom u skont il-vokazzjoni speċifka ta’ kull wieħed u waħda. Illum iktar minn qatt qabel, b’mod partikolari permezz tad-dedikazzjoni ġeneruża għall-ministeru tal-Penitenza u għad-direzzjoni spiritwali, is-saċerdot huwa msejjaħ biex ikun edukatur fil-fidi ta’ kull wieħed u waħda mill-fidili tiegħu, billi jevita kull “massifikazzjoni” possibbli tal-kuxjenzi. Jekk kull wieħed u kull waħda singularment huma maħbuba minn Alla, jekk l-Ispirtu huwa msawwab fil-qalb ta’ kull fidil individwali (cf. Rm 5, 5) għandu jassigura l-personalità unika u l-vokazzjoni apeċifika għall-qdusija, is-saċerdot għandu jissekonda l-opra tal-Ispirtu, sabiex grazzi għat-tweġiba libera tal-individwi tkun arrikkita l-komunjoni ekkleżjali, f’mixja li, għalkemm konverġenti fl-għaqda tal-pjan ta’ Alla, tesiġi bdanakollu l-impenn personali ta’ kull wieħed u waħda.
5. Barra minn dan jeħtieġ niftakru li gwida mdawla tal-fidili fil-mixja tal-qdusija tinħtieġ pedagoġija tal-ħajja spiritwali armonjuża u integrali, li tmexxi mill-kontemplazzjoni u mit-talb għall-impenn kconkret fil-prattika tal-virtujiet evanġeliċi, u b’mod partikolari għall-impenn għat-twettiq tal-esiġenzi li jinqalgġu mill-ġustizzja u mill-karità. Mhijiex jewwilla din ir-rakkomandazzjoni I l-appostlu Ġakbu diġa kien għamel lill-ewwel insara tiegħu? “X’jiswa, ħuti, li wieħed jgħid li għandu l-fidi jekk dan ma jurihx fl-għemil tiegħu? Jaqaw tistà ssalvah din il-fidi?” (Ġk 2, 14), huwa kien staqsa. U t-tweġiba perentorja hija magħrufa biżżejjed: “Għax kif il-ġisem mingħajr ir-ruħ huwa mejjet, hekk ukoll hi mejta l-fidi mingħajr għemil” (Ġk 2, 26).
Il-fidi jeħtieġ li tkun mixgħuda fil-ħajja: mhux biss fil-ħajja privata, imma qkoll f’dik soċjali. In-nisrani, jiġifieri għandu jistudja li jkun preżenti u attiv ukoll fid-diversi strutturi soċjali u politiċi tad-dinja kontemporanja, biex jippromwovi kullimkien il-kondizzjonijiet taċ-“ċiviltà tal-imħabba”. Illum. Infatti l-opri tal-ħniena. Imfakkra minn Ġesù fid-diskors dwar l-aħħar ġudizzju (cf. Mt 25, 31-46), għandhom ikunu mwettqa mhux biss b’inizjattivi ta’ individwi, imma wkoll permezz ta’ inizjattivi opportuni fil-livell soċjali u politiku (cf. Gaudium et Spes, 26.30.31). Kif inhu miktub fl-istruzzjoni riċenti tal-Kongregazzjoni għad-duttrina tal-fidi dwar diversi aspetti tat-Tejoloġija tal-liberazzjoni, “iktar minn qatt qabel huwa meħtieġ li nsara numerużi, ta’ fidi mdawla u deċiżi li jgħixu l-ħajja nisranija fl-integralità tagħha, jimpenjaw ruħhom fit-taqtigħa għall-ġustizzja, il-libertà u d-dinjità tal-bniedem, b’imħabba lejn ħuthom diżereditati, maħqura u ppersegwitati” (S. Congr. pro Doctrina Fidei, De quibusdam elementis «Theologiae liberationis», Introd.)
6. Pedagoġija spiritwali għaqlija għandha, barra minn dan, iżżomm quddiem għajnejha li l-mixja lejn il-qdusija nisranija hija process ta’ tkabbir lejn il-maturità tà jew, kif jgħid l-Appostlu Pawlu, lejn “l-istat ta’ bniedem perfett, skont ma jixraq lill-maturità sħiħa ta’ Kristu” (Ef 4, 13). Diversi esperjenzi ta’ entużjażmu reliġjuż li l-Mulej kultant jippermetti huma biss grazzji inizjali u passiġġieri, li għandhom l-iskop li jimbuttaw lejn l-impenn deċiż tal-konverżjoni, billi jimxu b’mod ġeneruż fil-fidi, fit-tama u fl-imħabba.
Ikun aħjar sewwa, għal dan il-għan, li napprofondixxu d-duttrina tal-għalliema l-kbar tal-ħajja spiritwali, minn Santu Wistin sa San Bernard, minn Injazju ta’ Loyola sa Tereża ta’ Ġesù, sa Ġwanni tas-Salib: dawn jippreżentaw il-ħajja nisranija bħala mixja twila, li fiha l-avanzament huwa sostnut u ggwidat mill-Ispirtu, li jipprova lil kull nisrani u jmexxih minn iljieli mudlama u jiem imdawla lejn dik in-novità ta’ ħajja li hija l-qdusija. Fiha jiddu flimkien il-maturità umana, il-fedeltà evanġelika u l-fertilità apostolika, fl-aċċettazzjoni umli u ġeneruża mar-rieda ta’ Alla, milqugħa u attwata fin-normalità ta’ kuljum.
Fid-daqs li fih in-nisrani jirrendi ruħu trasparenti għal din l-azzjoni ħelwa u possenti tal-Ispirtu, huwa jisperimenta fih il-manifestazzjoni progressiva ta’ dak il-“frott tal-Ispirtu” li huwa “imħabba, ferħ, paċi, sabar, benevolenza, tjieba, fedeltà, umiltà, dominju tiegħu nnifsu” (Gal 5, 22) u ħajtu, ukoll jekk nieqsa minn singolaritajiet esterni, issir irradjazzjoni ta’ dawl u ta’ ħeġġa għal dawk li għandhom il-kuraġġ jersqu lejh.
7. Għeżież ħuti fil-grazzja tas-saċerdozju! Ftakru li intom imsejħa biex twasslu fid-dinja, lill-bnedmin kollha u lill-ambjenti kollha, il-konsolazzjoni tal-imħabba u tal-ħniena ta’ Alla.
Konvinti li l-vokazzjoni tagħkom twassalkom għal servizz insostitwibbli tal-bniedem. Fittxu li tifhmu u li tħobbu lill-bnedmin tallum, billi tikkomunikawlhom iċ-ċertezza li Alla jħobbhom.
Issostnikom u takkumpanjakom Marija Santissma, Omm Kristu sommu saċerdot, li lilha waqt dan l-irtir afdajtu s-saċerdozju tagħkom. Jalla hi tgħallimkom bħala omm lil uliedhha għeżież, biex dejjem tgħidu “fiat” għar-rieda ta’ Kristu, Binha, li għażilkom biex tkunu ministri tiegħu. Jalla hija tispirakom biex spiss tkantaw il-Magnificat għall-meravilji li Alla qiegħed iwettaq f’ħajjitkom saċerdotali u permezz tas-servizz pastorali tagħkom. Jalla Marija Santissma tikkonvinċikom timitaw l-i“stabat” tagħha maġemb is-salib, meta diffikultajiet, nuqqas ta’ fehim u tbatijiet jitqanqlu fil-mixja iebsa tagħkom lejn il-qdusija perfetta. Hekk tkunu tistgħu intom ukoll, magħha u bħalha, tiggustaw il-ferħ tal-qawmien mill-imwiet ta’ Kristu u tixhdu quddiem id-dinja kollha li Ġesù huwa il-Mulej! Amen.
Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb