Ġwanni Pawlu II f’Reggio Calabria

VIŻTA PASTORALI FIL-CALABRIA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Reggio Calabria
Il-Ħadd, 7 ta’ Ottubru 1984

1. “. . . Għaddejna max-xatt ix-xatt u wasalna Reggio” (At 28, 13).

Għeżież ħuti! Abitanti ta’ Regium Antica, illum Reggio Calabria!

Hekk hu, ninsabu fuq ir-rotta tal-appostlu tal-ġnus! Minn hawn għadda San Pawl. Hawn għall-ewwel darba medd siequ fuq artkom. Mess ix-xatt tal-peniżula Appenninika.

Ħenjin il-passi ta’ dak li jħabbar il-Vanġelu”!

Pawlu minn Siracusa, wara vjaġġ twil u avventuruż li kien ġegħlu jmiss bosta xtut, fosthom dak tal-gżira ta’ Malta, u dan kollu għaliex – kif nafu – biex jiddefendi ruħu mill-akkużi li kienu ressqu dwaru l-Lhud, huwa kien appella li jidher quddiem Ċesare. Kien għamel il-vjaġġ bħala priġunier, billi għeleb bosta riskji u diffikultajiet, imqawwi b’dik il-fidi esplossiva li tikkaratterizza hekk tajjeb il-personalità tiegħu, kollha mifruxa – bħala strument  f’idejn Alla – biex jixhed l-qawwa u l-opri tal-Ispirtu.

2. Pawlu ta’ Tarsu erħilha lejn Ruma, kapitali tal-Imperu u tad-dinja ta’ dak iż-żmien. Imur hemm, fejn ir-rieda tal-Mulej kienet ġa ħadet lil Xmun Pietru.

Xkien ġab f’qalbu?

Ġab il-veru misteru ta’ Alla.

Ġab il-kantiku ta’ Iżaja dwar l-għalqa tad-dwieli, dik l-għalqa tad-dwieli li l-Mulej u Sid etern ħawwel, għażel, ħabb u ikkultiva.

Imma l-għalqa tad-dwieli pproduċiet għeneb selvaġġ. Għal dan Alla bagħat il-profeti. Fl-aħħar bagħat lil Ibnu, għax ħaseb: li: “Ikollhom rispett lejn ibni”! (Mt 21, 37). Imma l-bdiewa, li lilhom kienet afdata l-għalqa tad-dwieli, sallbu lill-Iben!

Ġesù stess jitkellem dwar dan fil-parabbola, li fiha huwa jagħmel mistoqsija: “Mela meta jiġi s-sid tal-għalqa tad-dwieli x’jagħmel lil dawk il-bdiewa”? (Mt 21, 40).

Dawk li kienu jisimgħuh iwieġbu: “Huwa joqtol lil dawk is-slavaġ u jagħti l-għalqa tad-dwieli lil bdiewa oħra li jroddulu l-frott fi żmienu” (Mt 21, 41).

L-appostlu Pawlu – li darba kien Sawlu ta’ Tarsu – ġab f’qalbu t-tifkira ta’ dan il-kliem ta’ Kristu.

Minnu twieled sentiment ta’ niket, għaliex hu stess hu bin il-poplu tiegħu, huwa bin Iżrael. Fl-istess ħin, minn dan il-kliem titwieled sejħa.

Pawlu jmur ixandar lill-pagani l-parabbola dwar l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej, il-verità dwar l-elezzjoni divina u dwar is-salvazzjoni: iwassal din l-aħbar lill-ulied bniet u subien ta’ din il-peniżola. Lil ulied bniet u subien ta’ Ruma. ufuq kollox riġlejh messew artkom hawn f’Reggio  .

3. Minn hawn tħarrku il-passi tal-appostlu.

Minn hawn telaq il-Vanġelu., il-Bxara t-Tajba: lejn iċ-ċentru tad-dinja ta’ dak iż-żmien.

Pawlu ta’ Tarsu imur ixandar lil Ġesù Kristu lir-Rumani. Ġesù ta’ Nażżaret huwa l-ġebla “li warrbu l-bennejja”; din iżda “saret il-ġebla tax-xewka”: il-ġebla ewlenija.

“Bis-saħħa tal-Mulej seħħ dan: ħaġa tal-għaġeb f’għajnejna i” (Mt 21, 42).

Min huma dawn il-“bennejja” li warrbu l-“ġebla tax-xewka”? Dawk il-Lhud li ma ridux jemmnu f’Ġesù. Pawlu, mela, imur ifittex, fil-pagani – jiġifieri għand ir-Rumani – “bennejja” oħra, li jkollhom is-sens tajjeb li jibnu fuq art soda, jiġifieri fuq Kristu. Huwa kien fehem tajjeb is-sinifikat tal-profeziji u u tal-parabboli tal-Imgħallem, li kienu appuntu jħabbru din it-taqliba, drammatika u eżaltanti fl-istess ħin, fl-istorja tas-salvazzjoni. Pawlu mela jmur seren lejn dawn il-popli mhux magħrufa, b’fiduċja soprannaturali li tiġih mill-fatt li emmen fil-kelma tal-Mulej. U, għalkemm ukoll fost ħafna diffikultajiet is-suċċess ma jonqosx. Il-pagani wkoll jibdew jisimgħu l- messaġġ tas-salvazzjoni.

4. Il-waqfa tal-appostlu f’Reggio kienet qasira, imma din il-waqfa fissret il-bidu tal-Vanġelu u tal-Knisja f’artkom: dan huwa l-“implantatio ecclesiae” fil-Calabria li minnu ssalpa l-ewwel evanġelizzazzjoni u li għaliha jagħmlu referenza l-ewwel komunitajiet insara ta’ din l-art.

Il-bidu li għalih tirreferu bi gratitudni quddiem Alla u bi kburija nobbli. Il-bidu ta’ waħda mill-komunitajiet l-iktar antiki tad-dinja. X’għana ta’ esperjenza storika! Kemm gratitudni tafu lill-Providenza li ilha tant żmien tieħu ħsibkom! Tul il-kors tal-istorja tagħha kważi bimillenarja. Il-Knisja tagħkom u dik Kalabriża ġeneralment taw kontribut splendidu u kopjuż ħafna għall-iżvilupp tal-kristjaneżmu u tal-Knisja universali, permezz ta’ qaddisin numerużi, martri, papiet u membri oħra bla għadd, reliġjużi, saċerdoti u lajċi, irġiel u nisa, tal-poplu ta’ Alla!

L-għeruq tal-Knisja tagħkom mela huma f’fond sodissmu fi storja plurisekolari, twila fertili eċċezzjonalment, ta’ fedeltà lejn Kristu u lejn il-viiarji tiegħu fuq l-art. Il-patrimonju spiritwali akkumulat f’dan l-ark ta’ impen jistà u għandu jibni l-bażi u l-kriterju biex jiġġudika s-sitwazzjoni preżenti u biex jiffaċċja b’serenità kuraġġuża il-problemi, wisq jew xejn gravi, li din tippreżenta.

5. Tali problemi huma magħrufa sewwa. Jiena stess aċċennajt għalihom fl-okkażjoni tal-visita “ad limina” tal-episkopat Kalabriż fl-1981. Dwarhom titkellem l-ittra pastorali ppubblikata bi tħejjija ta’ din iż-żjara.  Dwarhom, mill-ġdid u b’mod wiesà, konna tkellimna fil-laqgħa ta’ Paola tal-1978. Hawn mela miniex se nieqaf nitkellem dwarhom, Ikun biżżejjed aċċenn żgħir. Problemi ekkleżjali bħall-bżonn ta’ żbokk iktar effettiv u iktar inċisiv fil-ħajja soċjali ta’ fidi u reliġjożità aktarx ferm iktar mifruxin; promozzjoni ulterjuri tal-formazzjoni nisranija; it-twettiq ta’ servizz pastorali iktar addattat għas-sitwazzjonijiet u għalhekk, fil-prattika, distribuzzjoni aħjar tal-kleru fil-parroċċi. Problemi soċjali: bħal dik persistenti u li għadha gravi bejn in-Nord u s-Sud, dik tad-diżokkupazzjoni, tal-emigrazzjoni, tal-kriminalità mafjuża, u dak li forsi huwa l-ewlieni: jiġifieri ta’ “falliment” u ta’ tkabbir awtonomu tar-reġġjun kollu, li l-qawwiet tiegħu, minbanda donnhom għadhom neqsin mill-fiduċja fihom infushom, mill-banda l-oħra għadhom l-oġġett ta’  fehim dejjem inqas min-naħa ta’ komponenti oħra, b’mod speċjali nordiċi, tal-kumpaniji nazzjonali.

6. Sar ħafna u qiegħed isir ħafna, kemm min-naħa tal-knisja kif ukoll mis-soċjetà ċivili, biex jittaffa dan l-istat tal-affarijiet gravi. L-attività ekkleżjali, b’mod partikolari, fuq il-bażi ta’ għarfien iktar ċar tas-sitwazzjoni, qegħda tipprovdi rimedji iktar xierqa li jidħlu fil-kompetenza tagħha: promozzjoni tal-katekeżi, svilupp ikbar u koordinament aħjar tal-assoċjaniżmu u tal-“movimenti”, iż-żieda tal-ministeri lajkali: kollha inizjttivi mill-aqwa li, waqt li joħolqu kostum komunitarju, jimbuttaw biex dak li jkun ma jħossux waħdu u allura ttentat li jaqà f’rassenjazzjoni sterili jew li jħalli li jintrebaħ mill-biżà.

Ħafna, madankollu, jistà u għandu jkompli jsir. Il-vittimiżmu, il-klijentaliżmu u l-ispirtu ta’ indenizzazzjoni, kif ukoll l-egoiżmu, l-ispirtu ta’ soprafazzjoni u d-disprezz tad-drittijiet tal-oħrajn, mill-bqija, jistgħu u għandhom ikunu gradwalment mirbuħa, kif tgħallem l-istorja taċ-ċiviltà nisranija. Hemm bżonn mela li nemmnu bil-kbir fl-effettività tal-mezzi offruti lilna mill-Vanġelu u mill-Knisja. Hemm bżonn li nemmnu bil-kbir fl-enerġiji morali propji u tal-oħrajn, b’mod speċjali billi nikkunsidraw – kristjanament – li l-grazzja divina tħabbat il-bieb ta’ kull kuxjenza, ukoll ta’ dawk l-iktar imwebbsa fid-dnub u fl-inġustizzja.

Hemm bżonn niftakru, iżda, li l-lejaltà, l-imħabba, is-solidarjetà, ir-rispett tad-dritt u tal-liġi, jistabilixxu ruħhom fil-livell soċjali u jsiru stil komuni ta’ ħajja, meta, waqt li jserrħu fuq l-għajnuna tal-Ispirtu tal-Mulej, nimpennjaw ruħna l-ewwel nies – bħall-ħmira fl-għaġna – f’dawn il-valuri, mingħajr ma nistennew li jibdew l-oħrajn.

Din. Bla dubju mhix – kważi mċaqilqin minn prużunzjoni bla sens – biex inwettqu eroiżmu vojt. Din għal kuntrarju hija li nagħtu spazju b’qalb pura, lill-parti li jrid tiżvolġi l-Ispirtu ta’ għerf u ta’ qawwa.

F’din l-opra wiesgħa ta’ qawmien ġdid spiritwali u morali l-Knisja kollha tal-Calabria għandha tkun taf tirrejalizza u torjenta l-enerġiji kollha disponibbli; għandha hi stess tagħti xhieda ta’ għaqda u komunjoni permezz ta’ programmi pastorali komuni u forom komuni ta’ presenza fis-soċjetà, b’mod speċjali meta jkollu x’jaqsam ma’ promozzjoni ta’ drittijiet fundamentali tal-bniedem, li jibdew mid-dritt tal-ħajja, tal-ġustizzja, tal-paċi.

Din ix-xhieda ta’ għaqda u komunjomi għandha dejjem tkun iktar qawwija, bejn l-isqfijit tar-reġġjun pastorali Kalabru, u mbagħad bejn is-saċerdoti, ir-reliġjużi rġiel u nisa, u bejn l-espressjonijiet il-qodma u l-ġodda tal-assoċjazzjoniżmu lajkali, li huma sinjal tal-vivaċità reliġjuża ta’ din l-art imbierka.

7. Għeżież ħuti! Abitanti tal-Antica Regium!

Ulied il-Knisja!

Niżżi ħajr lill-Providenza divina li llum ingħatali li ninsab fostkom, f’dan il-post, fejn riġlejn l-appostlu tal-ġnus għall-ewwel darba messew ix-xtut tal-Italja.

“Ħenjin il-passi ta’ dak li jxandar il-Vanġelu tas-salvazzjoni”. Flimkien magħkom niżżi ħajr hawn l-elfejn sena tal-għalqa tad-dwieli tal-Mulej fuq artkom.

Hekk hu, “l-għalqa tad-dwieli tal-Mulej” infirxet mal-art kollha u mal-popli kollha. L-antenati tagħkom saru l-“għalqa tad-dwieli tal-Mulej tal-eżerċti”; il-bnedmin ta’ din il-peniżola, id-dar ta’ “Iżrael il-ġdid”.

“Alla  tal-eżerċti, dawwar ħarstek, / ħares mis-sema u ara / u żur lil din l-għalqa tad-dwieli, / ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek, / ir-rimja li int kabbart għalik. / Reġġagħna għalli konna, Alla tal-eżerċti, / itfà fuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi” (Sal 80, 15-20).

Dan il-kliem tas-salmista jitwettaq fuq xuftejn l-Isqof ta’ Ruma, li jiġi għandkom f’isem il-qaddisin appoatli Pietru u Pawlu.

Għeżież ħuti! Insellmilkom ilkoll minn qalb kbira, billi nindirizza ħsieb speċjali lill-arċisqof metropolitan tagħkom, Monsinjur Aurelio Sossentino, lill-isqfijiet kollha tal-Calabria hawn preżenti, lill-awtoritajiet ċivili, lis-sindki tal-provinċja, lis-saċerdoti, lir-reliġjużi rġiel u nisa, lill-insara kollha mpennjati b’interess partikolari għall-morda, għaċ-ċkejknin u għal dawk l-iktar fil-bżonn.

Tislima mill-ġdid lill-fidili tad-dijoċesijiet viċini ta’ Bova, ta’ Oppido-Palmi, ta’ Gerace-Locri, kif ukoll lill-Messineżi numerużi li ngħaqdu magħna f’din iċ-ċelebrazzjoni.

Lilkom ilkoll ngħid flimkien ma’ San Pawl: “Il-paċi ta’ Alla, li taqbeż kull intelliġenza, ta’ qlubkom u ħsibijietkom f’Ġesù Kristu” (Fil 4, 7).

Amen.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading