Bil-Magħmudija nsiru Tempju tat-Trinità Qaddisa

Kitba ta’ P. Juan De Bono ocd

Illum il-Knisja tfakkar il-Konsagrazjoni tal-Knisja Omm tal-Knejjes kollha, il-Knisja li fiha l-Papa għandu dik li tissejjaħ il-Katidra tiegħu, f’kelma waħda l-Knisja tal-Papa, li mhix kif bosta jaħsbu l-Vatikan, imma hija l-Bażilika ta’ San Ġwann il-Laterano (dik li tinsab qrib l-Iscala Santa).

Bħallum 1701 kienet ġiet ikkonsagrata dik il-Knisja. Dan ifisser li dik il-binja ġdida mibnija fuq biċċa art tal-Imperatur Kostantinu kienet se tibda tiġi wżata biss biex fiha jiġu ċċelebrati s-Sagramenti.

Din il-Festa tfakkarna f’dak li jgħallem Ġesu’ u li jfakkarna dwaru Missierna San Pawl, LI AĦNA TEMPJU TAT-TRINITA’.

Illum 9 ta’ Novembru, eżattament fis-545 ta’ filgħodu taret lejn is-Sema Santa Eliżabetta tat-Trinita’. Din hija PROFETA li tfakkarna li AĦNA TEMPJU TAT-TRINITA’.

ALLA GĦAŻEL LIL QALBEK BIEX HEMM HUWA JIĠI JGĦAMMAR.

INT IĠĠOR ĠEWWA FIK LIT-TLIET PERSUNI DIVINI.

Mhux ta’ b’xejn li Santa Eliżabetta saħansitra kienet tinżel arkuptejha quddiem tarbija li tkun irċeviet il-magħmudija.

Illum b’niket kbir ninnutaw li xi mindaqqiet xi ġenituri jħallu xhur sa ma jgħammndu lil uliedhom.

X’BIŻA MA’……..

Bil-magħmudija l-ġenituri qegħdin jidilku lit-tarbija tagħhom biż-żejt imqaddes, u dik it-tarbija tkun PROTETTA MINN KULL ATTAKK TAD-DEMONJU.

Tgħiduli, u le dik innoċenti, dik id-demonju ma jista’ jagħmillha xejn.

L-AĦWA LIL MIN TAFU SSAQSIX GĦALIH.

U lil ‘missier il-gideb u l-omiċida sa mil bidunett’ JIENA MA NAFDAHX.

Bħalissa l-aħbarijiet internazjonali u dawk tal-Inghilterra qegħdin iduru madwar l-iskandlu ta’ Andrew Mountbatten Winsor li huwa t-tieni wild tar-Reġina Eliżabetta.

Lil dan neħħewlu t-titli, keċċewh minn binja importanti, u ħafna jixtiequ li jiġi mtella’ l-qorti, filwaqt li oħrajn jixtiequ li jkun eżiljat.

Araw kif timxi d-dinja jekk int tiżbalja, tiddisasoċja ruħha minnek, ara ALLA MA JAGĦMILX HEKK META AĦNA NIDIMBU.

AĦNA TA’ ALLA, U NIBQGĦU TIEGĦU ANKI META NIŻBALJAW GĦAX ID-DEMM MA JSIRX SEMM.

AĦNA TEMPJU TAT-TRINITA’ QADDISA.

NAPPREZZAW DAN ID-DON LI L-ĠENITURI FETĦULNA L-BIEB GĦALIH.

Il-flus jitilfgħu l-valur bl-inflazjoni, id-deheb jista’ jinsteraq, IMMA LIL ALLA LI JINSAB ĠEWWA FIK MA JEĦODULEK ĦADD.

Hemm uħud imorru f’postijiet partikolari ta’ Malta biex wara ħin ta’ talb jippruvaw jikkomunikaw mal-Ufoes, u INT GĦANDEK LINJA DIRETTA MA’ ALLA, LI JGĦAMMAR ĠEWWA FIK, U SPISS MA TIKKOMUNIKAX MIEGĦU.

Għandek il-ġuħ, għandek fridge mimlija ikel u lanqas biss tiftaħ il-fridge u tindenja tieħu xi ħaġa u titrejjaq.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading