Xi ftit tas-snin ilu, xi bugħaddasa kienu qegħdin jgħoddsu f’baħar in-naħa ta’ fuq tal-Irlanda u kumbinazzjoni ltaqgħu ma’ bastiment, kien għereq xi erba’ mitt sena qabel. Daħlu f’dan il-bastiment u bdew jiltaqgħu issa ma’ ħaġa, issa ma’ oħra. Fost l-oħrajn sabu jewel box mdaqqsa miksija bil-ħass. Fetħuha u sabu fiha diversi oġġetti prezzjużi: ktajjen tad-deheb, brazzuletti tal-fidda, ċrieket…Insomma dak kollu li tista’ ssejjaħlu prezzjuż. Xi ħaġa oħra prezzjuża li sabu kien hemm ċurkett tad-deheb, fuqu kien hemm imnaqqxa id qegħda toffri qalb u l-kelmiet: “Qed nagħtik dak kollu li għandi!” X’aktarx dan kien ċurkett tat-tieġ li xi għarusa kienet tagħtu lill-għarus tagħha fl-isbaħ u fl-akbar jum ta’ ħajjithom meta bdew l-avventura tal-ħajja miżżewġa flimkien.
Imma għal ftit, ħa ninsew dis-sejba interessanti, nerġgħu nsemmuha fl-aħħar tal-omelija għax illum qegħdin niċċelebraw is-solennita’ ta’ Ġesu’ Kristu sultan tal-ħolqien kollu. Issa li għaddew eluf ta’ snin minn meta nkitbet l-Iskrittura, il-kelma “sultan” ma nużawhiex għax ma baqax pajjiżi mmexxijin minn slaten. Illum nitkellmu minn presidenti, priministri li jmexxu dak il-partit jew il-partit l-ieħor…
Għal din is-sena liturġika Ċ, qegħdin nispiċċawha llum, il-Knisja tippreżentalna lil dan Ġesu’ qed imut imsallab fuq l-għolja tal-Golgota ma’ żewġt irġiel kriminali bħallikieku kien kriminal bħalhom. Għandkom imnejn tistaqsuni u tgħiduli: “Għaliex ġew imsallba?” Forsi nista’ ngħidilkom għax serqu, forsi nista’ ngħidilkom għax qatlu lil xi ħadd, forsi nista’ ngħidlek għax qajmu xi rewwixta kontra r-Rumani li f’dak iż-żmien kienu jmexxu l-Palestina…Ma nafx ngħidilkom.
Pero’ ħa mmorru ftit lura fis-snin, bejn wieħed u ieħor daqs madwar 34 sena qabel din il-kruċifissjoni, l-Anġlu Gabrijel kien deher lil Ommu Marija u qalilha: “Ara, int se tnissel fil-ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesu. Hu jkun kbir, u jkun jissejjaħ Bin l-Għoli. Il-Mulej Alla jagħtih it-tron ta’ David missieru u ma jkunx hemm tmiem għas-saltna tiegħu…” (Luqa 1, 31-33) Hawnhekk lil Marija, qegħda tassisti mbikkija għall-kruċifikazzjoni ta’ Binha, nimmaġinaha tistaqsi u tgħid bejnha u bejn ruħha: “X’sar minnha l-wegħda li kien għamilli l-Anġlu Gabrijel dwar Ġesu’ dak inhar li deherli u kellimni ġewwa Nazaret?! Kien qalli li Ibni Ġesu’ kien se jsaltan għal dejjem u mhux se jkun hemm tmiem għas-saltna tiegħu. Issa qegħdin jagħtuh mewta ta’ kriminal!” Dan meta għal tlett snin sħaħ, kif qal Pietru fid-dar ta’ Kornelju, għadda fit-toroq kollha tal-Palestina jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma mix-xitan, għax Alla kien miegħu. (Atti 10, 38.39) Għal tlett snin sħaħ, (għandna kollox irrekordjat fl-erba’ vanġeli), lil Ġesu’ narawh ifejjaħ ħafna morda, narawh jitma’ eluf ta’ nies b’ħames ħobżiet tax-xgħir u żewġ ħutiet żgħar, narawh jreġġa’ lura għas-sewwa diversi midinbin, narawh saħansitra jqajjem il-mejtin…Imma din importanti: għal min kien ta’ rieda tajba u ma kellux għira għal dak li kien qed jagħmel Ġesu’, barra l-umanita’ tiegħu kien jara fih ukoll id-divinita’. Ġesu’ huwa bniedem imma wkoll Alla fl-istess ħin u dan setgħu jarawh minn dawn l-għeġubijiet li kien jagħmel u anki għax ġieli qalilhom Huwa stess. Per eżempju darba minnhom qed jitkellem mal-appostli u qalilhom: “Kieku għaraftu lili kontu tagħrfu wkoll lil Missieri…” (Ġwanni 14, 7)
Imma minkejja dan kollu, il-Lhud kellhom ħabta jgħalqu għajnejhom u jsoddu widnejhom bħalma forsi ġieli nagħmlu aħna.
Ħa ngħidilkom fatt veru smajtu reċentement f’taħdida li għamel wieħed patri kapuċċin li jaħdem fil-ħabs. Mela fost il-ħabsin kien hemm ħabsi satanist. Dan seraq ostja kien jara fiha wkoll id-divinita’ kif għadni kemm għedtilkom għal dawk, tajbin jew ħżiena, li raw u messew ma’ Ġesu’…Ħa ngħidilkom ikkonsagrata x’għamel dan is-,satanist…Din l-ostja ikkonsagrata tefagħha fl-art, beda jobżoq fuqha u jgħaffiġha taħt saqajh. Hawnhekk, nistgħu ngħidu li mirakulażament, dan is-satanist messitu l-grazzja t’Alla għax beda jistaqsi lilu nnifsu: “Din kif inhi? Qed inkasbar daqshekk lil Ġesu’ u dan Ġesu’ jibqa’ sieket, ma jirritaljax, ma joqtolnix sobtu?” U hawnhekk, il-ħabsi ikkonverta, beda jħobb lil Ġesu’ kemm jiflaħ, ħalla r-reliġjon satanika u sar nisrani, ngħidlu jien “tal-qalba.” Eżattament bħal dak il-ħalliel, smajna dwaru fil-vanġelu li kif ġieli smajt min jgħid: “seraq il-ġenna fl-aħħar ta’ ħajtu”. Beda jitlob u jgħid lil dak li għamel tant ġid u kien qed jiġi msallab innoċentement: “Ġesu’, ftakar fija meta tiġi fis-saltna tiegħek.” Meta rah niedem bis-serjeta’, Ġesu’ qallu: “Tħabbel moħħok xejn…illum tkun fil-ġenna miegħi.”
Ma nafx qattx smaju b’ Dun Ġużepp Cauchi minn San Lawrenz, Għawdex (1900 – 1955) li għex u miet b’fama ta’ qdusija. Dan is-saċerdot Għawdxi bata ħafna, imma kien jikteb ħafna wkoll, u grazzi għal xi devoti tiegħu, dak li kiteb qed jinġabar u qed jiġi publikat f’libretti żgħar. F’wieħed minn dawn il-libretti jismu: il-Milied imqaddes insibu hekk: “Meta l-Maġi ġew mill-bogħod ifittxu lit-tarbija Ġesu’, ma sabux pompa u lussu, lanqas xettri, kuruni u sinjali oħra ta’ maesta’, ma jarawx deheb, għana u sinjali ta’ kobor…jaraw biss sinjali ta’ Bambin minsi, abbandunat minn kulħadd, imdawwar bl-akbar faqar u tbatija. Hu tabilħaqq Re u Re fuq ir-rejiet kollha…” (p.85)
Nispiċċa: matul il-medda tas-snin saru, għadhom isiru u naħseb li se jibqgħu jsiru, ħafna gerrer fejn eluf ta’ sudditi jmutu għal min qed imexxihom. Fil-każ ta’ Ġesu bil-kontra: huwa Ġesu’ Sultan li jmut għas-sudditi tiegħu: imut għal dawk li kienu qegħdin isallbuh, imut għalija u għalik.
Fil-bidu għedtilkom li se nerġa’ nsemmielkom l-istorja ta’ dawk il-bugħaddasa li sabu ċurkett tad-deheb u kien hemm imnaqqxa fuqu qalb u bil-kelmiet: “qegħda nagħtik dak kollu li għandi.” U dawn il-kelmiet nistgħu napplikawhom għal Ġesu’ li jagħtina dak kollu li għandu, jagħtina lilu nnifsu speċjalment fis-sagrament tal-Ewkaristija. U nistaqsi: “Ġesu’ mhux hekk għamel, għadu jagħmel u se jibqa’ jagħmel?” Jagħtina lilu nnifsu kollu kemm hu fis-sagrament tal-Ewkaristija. Ġismu jsir ġisimna! Għalija li għamilni saċerdot, u nixrob mill-kalċi bl-inbid ikkonsagrat Demmu jsir demmi. Naħseb jagħtina l-mejt (insejjaħlu mejt siritwali) noqogħdu naħsbu u nirriflettu fuq dan il-misteru Ewkaristiku.