Fuq l-għatba tal-Avvent

Ħsieb minn Daniel Borg

Iż-żmien tal-Avvent dejjem hu żmien partikulari, żmien fejn Alla qisu jinħeba biex aħna nerġgħu niskopruh mill-ġdid. Hekk kif qegħdin fuq l-għatba ta’ dan iż-żmien qaddis, u daħal dan it-temp xitwi, tħoss bħal mill-ġdid l-id ħelwa ta’ Alla tmellislek.

X’ħin forsi tħoss li Alla nħeba, il-wiċċ ħelu ta’ Alla jixref minn bejn is-sħab, u juri lilu nnifsu lilna. Kif? Fil-ġentilezza tal-oħrajn, fil-ħbiberija sinċiera, fin-natura sabiħa li terġa tieħu l-ħajja, f’ġest ta’ rikonċiljazzjoni, fil-preżenza ta’ nies li juruk imħabba u fiduċja, u anke fit-tifkira ta’ nies li m’għadhomx magħna imma li f’xi mument permezz tal-għemil tagħhom urewna l-wiċċ ħanin ta’ Alla. Hemmhekk hu Alla, u hemmhekk nistgħu nkunu aħna wkoll għall-oħrajn il-preżenza ta’ Alla.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02vnpVVXXM528DPqNqS2HyvYMhCk9gEWjvBwomuxTRqhuSmJPbt2evJvwZokUVAntQl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading