Inkunu qaddejja tal-poplu t’Alla bl-entużjażmu ta’ min iħobb. Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

It-Tlieta, 25 ta’ Novembru 2025: Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna fl-għeluq il-100 sena tal-kanonizzazzjoni ta’ San Ġwann Marija Vianney. Awditorjum Soċjetà tal-MUSEUM, Blata l-Bajda.

Messaġġ mill-Arċisqof Charles J. Scicluna

L-ewwel nett nixtieq irrid nirringrazzja ħafna lis-Soċjetà li stednitna hawnhekk illum fil-kuntest tal-Ġublew tat-Tama biex niċċelebraw ukoll lil dan is-saċerdot qaddis.

Huwa frott ta’ żmienu bħalma aħna frott ta’ żmienna. Sar qaddis fi żmienu. Aħna rridu nsiru qaddisin fi żmienna. Hemm xi ħaġa li tirrikorri fit-talb tiegħu li hija l-kelma ‘imħabba’.

Jalla aħna fil-vokazzjoni li għandna, kull wieħed minnha, inkunu ‘imħabba’: imħabba safja, imħabba totali, imħabba ta’ għotja, imħabba ta’ servizz. U dan nitlob fuqu: li nkunu qaddejja tal-poplu t’Alla bl-entużjażmu ta’ min iħobb, bl-entużjażmu ta’ min ma jfittixx lilu nnifsu imma f’Alla jsib il-ħniena tiegħu u allura jkollu wkoll l-umiltà jħenn.

Li kull wieħed minnha, inkunu ‘imħabba’: imħabba safja, imħabba totali, imħabba ta’ għotja, imħabba ta’ servizz.

Il-kelma li smajna tal-fundatur tagħmel ħafna sens. Hemm ħafna qaddisin fil-ġenna kollu frott tal-ħniena t’Alla.

Dik it-triq tagħna l-aħwa; il-ħniena tiegħu.

✠ Charles Jude Scicluna
Arċisqof ta’ Malta

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading