Nhar il-Ħadd li ġej jibda ż-żmien sabiħ tal-Avvent… u terġa tibda l-Lectio Divina mis-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu!

Ilkoll mistiedna biex nilqgħu din l-istedina ħalli niggustaw is-sbuħija tal-Kelma ta’ Alla… għaliex hi tassew Aħbar Tajba għal kull wieħed u waħda minna!
IL-Lectio Divina tinżamm kull nhar ta’ Ħadd, fis-6.30pm sa Pentecoste (24 ta’ Mejju 2026) – peress li mhux ser ikunu qed jiġu ċċirkolati emails ta’ kull ġimgħa biex ifakkru f’dan l-appuntament, inħeġġukom tieħdu nota ta’ dan!