Għaddiet fuq sena minn meta, bħala frott tal-Mixja Sinodali, il-Knisja tatna d-Dokument Finali tal-Assemblea tal-Isqfijiet li ltaqgħet f’Ottubru 2024. Għalkemm ma kitbux hu, il-Papa Franġisku kien għamel tiegħu kull kelma ta’ dan id-Dokument approvat mill-Isqfijiet mid-dinja kollha.

Aktar minn darba fix-xhur li għaddew ġejna mħeġġa naqraw dan id-Dokument għani li jfisser tassew kif inkunu “Knisja sinodali: komunjoni, parteċipazzjoni, missjoni”.
Issa li l-Knisja f’Malta permezz tal-Pjan Pastorali tagħha qed tirrifletti hija wkoll fuq dawn il-punti, Laikos jixtieq joffrilek ta’ kuljum silta bil-Malti mid-Dokument Finali tas-Sinodu.
Għalhekk mis-Sibt, 29 ta’ Novembru 2025, żur kuljum din il-paġna tal-Laikos … https://www.laikos.org/knisja_sinodali_2024.htm