Dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV fl-Angelus tar-Raba’ Ħadd tal-Avvent

Kitba ta’ Daniel Borg

Il-Vanġelu tal-lum jippreżentalna quddiemna l-figura ta’ San Ġużepp, f’dak il-mument li fih l-anġlu fil-ħolm jurih il-missjoni tiegħu (Mt 1, 18-24). Fl-Angelus il-Papa jgħidilna li il-Vanġelu tal-lum jippreżentalna persuna fraġli u li tista’ tiżbalja, imma fl-istess ħin kuraġġjuża u qawwija fil-fidi.

Għalkemm Mattew jippreżentahulna bħala bniedem “ġust” jiġifieri persuna li kienet tosserva l-liġi tal-Iżraelin u jmur is-sinagoga, iġibulna wkoll quddiemna bħala bniedem mimli umanita’. X’ħin ikun għadu ma jafx il-missjoni tiegħu, hu xorta jiddeċiedi li ma jesponix lil Marija għad-disprezz u l-iskandlu tal-oħrajn. Imma meta sar jaf li l-Iben li kien se jkollha huwa l-Iben ta’ Alla, jaċċetta minkejja l-inċertezzi kollha tiegħu u jafda ruħu f’idejn Alla.

Il-ħniena u l-karita’, l-abbandun għar-rieda ta’ Alla, huma l-virtujiet f’dan ir-raġel ta’ Nazaret, li l-Knisja f’dan ir-raba’ Ħadd tal-Avvent qed tpoġġi quddiemna llum. Dan huma dawk il-virtujiet li għandhom iwassluna biex qalbna, darna u l-familja tagħna jsiru verament dak il-presepju ħaj li jilqa’ lil Ġesu’ fl-oħrajn.

Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02TJobjrSWp7w5NMsDyKhoqpKiV8Mfbd8oPb8uDj7S3vx6NuatQBNUt4yyxFw4x2i6l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading