Talb tal-interċessjoni. Il-Familja Mqaddsa

V … Waqt li nagħtu ġieħ lill-Familja Mqaddsa, inressqu quddiem il-Mulej Ġesù it-talbiet tagħna bl-interċessjoni ta’ Ommu Marija u San Ġużepp.

1. Mulej Ġesù, ħu ħsieb tal-familja tiegħek li hi l-Knisja. Ħarisha u żommha soda fit-tfixkil, biex tkun dejjem aktar xempju ta’ qdusija kif kienet il-familja tiegħek ta’ Nazaret. Nitolbu

2. Dawwal il-mexxejja tal-popli biex jaħdmu għall-ġid veru tal-familji. Ħa jagħrfu li soċjetà b’saħħitha tinbena fuq familji bi prinċipji u valuri tajba. Nitolbu

3. Mulej Ġesù, ħares bi ħniena lejn dawk li jkollhom jitilqu kollox u jfittxu kenn f’pajjiżi oħra minħabba theddid fuq il-ħajja tagħhom u tal-familji tagħhom. Ħa jsibu persuni li jilqgħuhom u joffrulhom kuraġġ u protezzjoni. Nitolbu

4. Agħtina qalb miftuħa għall-proxxmu tagħna fil-bżonn. Ħa nkunu strumenti ta’ paċi fil-familji tagħna u kull fejn inkunu. Nitolbu

V … Mulej Ġesù, li fil-Familja tiegħek ta’ Nazaret sibt il-kenn u l-għożża biex tilħaq il-milja tiegħek, dawwarna b’dik l-istess imħabba biex qatt ma naqtgħu qalbna mit-tfixkil tal-ħajja imma nafdaw dejjem fl-għajnuna tiegħek. Int li tgħix u ssaltan għal dejjem ta’ dejjem.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading