Messaġġ tal-Papa Ljun waqt l-Angelus fl-Epifanija tal-Mulej

SOLENNITÀ TAL-EPIFANIJA TAL-MULEJ
IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Loġġa Ċentrali tal-Bażilika ta’ San Pietru
It-Tlieta, 6 ta’ Jannar, 2026

Għeżież ħuti, il-jum it-tajjeb!

F’dal-perjodu għexna diversi jiem ta’ festa u s-solennità tal-Epifanija, kif jixhed isem il-ġurnata, jurina xinhu li jtina l-ferħ anki fi żminijiet diffiċli.  Infatti, kif tafu, il-kelma “epifanija” tfisser “manifstazzjoni”, u l-ferħ tagħna jitnissel mill-Misteru li ma baqax mistur.  Deheritilna l-ħajja ta’ Alla: bosta drabi u b’ħafna manjieri, imma b’ċarezza definittiva f’Ġesù, hekk issa nafu, minkejja t-s-sofferenzi, lil nistgħu nittamaw.  “Alla jsalva”: m’għandu ebda intenzjoni oħra, ebda isem ieħor.  Ġej min Alla u hi biss l-epifanija ta’ Alla li teħles u ssalva.

L-adorazzjoni tal-Maġi quddiem it-Tfajjel ta’ Betlehem, għalina wkoll tfisser stqarrija li sibna l-vera umanità li fiha tiddi l-glorja t’Alla.  Il-veru ħajja dehret f’Ġesù, il-bniedem ħaj, jiġifieri l-bniedem li ma jeżistix biss għalih innifsu, imma miftuħ u f’komunjoni, li ġġagħalna ngħidu: “kif fis-sema hekkda fl-art” (Mt 6,10).  Il-ħajja divina tinsab f’idejna, dehret, biex twaħħadna mad-dinamiżmu ħellies tagħha li jkeċċi l-biżgħat u jlaqqgħana flimkien fil-paċi.  Hi possibbltà, stedina: il-libertà ma tistax tkun imrażżna.  Iżda x’nistgħu nixtiequ aktar?

Fir-rakkont tal-Evanġelju u fil-presepji tagħna, il-Maġi jippreżentaw rigali prezzjużi lill-Bambin Ġesù: deheb, inċens u mirra (cfr (Mt 2,11).  Mhumiex rigali utli għal-tfajjel, imma jesprimu rieda li tgħinna nrriflettu, issa li wasalna fi tmiem is-Sena tal-Ġublew.  Jagħti ħafna min jagħti kollox.  Niftakru meta Ġesù innota dik l-armla fqira, li tefgħet l-aħħar żewġ ħabbiet li kellha, fit-teżor tat-Tempju (cfr Lq 21,1-4).  Ma nafux x’kellhom il-Maġi li ġew mill-orjent, imma l-fatt li telqu, irriskjaw, l-istess rigali tagħhom juruna li kollox, propju kulma aħna u kulma għandna, għandu jkun offrut lil Ġesù, teżor li m’għandux prezz.  U l-Ġublew kien għalina sejħa għal dil-ġustizzja msejsa fuq il-gratwità: is-sejħa oriġinali tal-preskrizzjonijiet tal-ġublew, li kienu jinkludu sejħa għall-integrazzjoni ta’ għajxien paċifiku, ridistribuzzjoni tal-art u r-riżorsi tagħha, u restawr ta’ “dak li wieħed għandu” u “dak li wieħed hu” skont il-pjanijiet ta’ Alla, li huma akbar minn tagħna.

Għeżież, it-tama li nħabbru, għandha tkun saqajha mal-art: tiġi mis-sema, imma biex hawn isfel tiġġenera storja ġdida.  Fir-rigali tal-Maġi, għalhekk, naraw tixbiha li kull wieħed u waħda minna nistgħu nixxerjaw, li nistgħu ma nagħmluhx tagħna imma naqsmu ma’ ħaddieħior sabiex Ġesù jikber fostna.  Tikber saltnatu, iseħħ kliemu fina, il-barranin u l-avversarji jsiru ħutna, minflok id-diżegwaljanza tidħol l-ekwità, minflok l-industrija tal-gwerra jafferma ruħu l-artiġġjanat tal-paċi.  Bħal nissieġa tat-tama ejjew nimxu lejn il-ġejjieni minn triq oħra (cfr Mt 2,12).

Wara l-Angelus

Għżeież ħuti!

Fil-festa tal-Epifanija, li hi wkoll Il-Jum Dinji tas-Santa Infanzia, irrid insellem u rrodd ħajr lit-tfal u lill-adoloxxenti kollha, li f’bosta nħawi tad-dinja, jitolbu għall-missjunarji u jaħdmu sfiq biex jgħinu lil min hu tamparhom imma anqas sfortunat minnhom.  Grazzi, għeżież ħbieb!

Ħsiebi jdur lejn il-komunitajiet ekkleżjali tal-Orjent, li għada jiċċelebraw il-Milied Imqaddes, skont il-kalendarju ġuljan.  Għeżież ħuti, jalla l-Mulej Ġesù jagħti lilkom u lill-familji tagħkom serenità u paċi!

Insellem b’għożża lilkom ilkoll, fidli minn Ruma u pellegrini ġejjin minn diversi pajjiżi, partikolarment lill-membri tal-Kunsill tal-Presidenza tal-International Rural Catholic Association, bl-isbaħ awguri għall-ħidma tagħom.

Insellem lill-fidili minn Lampedusa flimkien mal-kappillan tagħhom, liż-żgħażagħ tal-Moviment “Tra Noi” u lill-parteċipanti tal-korteo storiku-folkloristiku dwar il-valuri tal-Epifanija li dis-sena l-protagonista tiegħu hi Sqallija.

Insellem lill-pellegrini pollakki u wkoll lill-bosta parteċipanti tal-korteo “tar-Rejiet Maġi” li llum isir f’Varsavja u f’bosna bliet oħra tal-Polonja, u f’Ruma wkoll!

Nawgura lil kulħadd kull ġid għas-sena l-ġdida fid-dawl ta’ Kristu Rxoxt.

Nawgura lil kulħadd il-festa t-tajba!

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading