Glorja u foħħrija lilek nagħtuk, o Ġesù, tassew preżenti fis-Sagrament Imqaddes.
Int il-Ħaruf ta’ Alla, l-Ħobż tal-Anġli…. Int id-Dawl tad-dinja.
O Ġesù, Int ġejt biex tneħħi d-dnubiet tad-dinja, għalhekk nitolbuk, keċċi minn moħħna u minn qlubna, dak id-dlam li qed iżommna milli naraw b’mod l-aktar ċar, il-għoli u l-fond tal-imħabba personali li għandek għalina. (3 sek pawsa)
Dawwalna, o Ġesù, u kattar fina l-fidi. Agħtina tama ċerta u mħabba perfetta, biex ma nċedu qatt għal xi forma ta’ niket jew skoraġġiment.
Nitolbuk, imliena bl-għerf tiegħek, ħalli naraw kollox mill-perspettiva ta’ Alla, biex nimxu fid-dawl tal-verità u l-virtù, skont ma jrid minna il-Missier. (3 sek pawsa)
Fid-dawl tal-imħabba tiegħek, o Sinjur, għallimna ngħixu u nħobbu f’għaqda ma’ xulxin. U bid-Demm prezzjuż tiegħek, naddaf id-dinja mid-dnub kollu, speċjalment lil dawk li l-aktar jeħtieġu l-ħniena tiegħek. (3 sek pawsa)
O Ġesù, jalla l-Qalb Imqaddsa tiegħek fl-Ewkaristija, tkun imfaħħra, adorata u maħbuba, b’imħabba ta’ gratitudni, f’kull mument sa tmiem taż-żmien.
Silenzju/background music 3 min
Innu: ____________
Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann Ġw 1:29-34
F’dak iż-żmien, Ġwanni, ra lil Ġesù riesaq lejh, u qal: “Araw il-Ħaruf ta’ Alla, li jneħħi d-dnub tad-dinja. Dan hu li għalih għedtilkom: ‘Warajja ġej bniedem li hu aqwa minni, għax kien qabli’. Anqas jien stess ma kont nafu, imma jien għalhekk ġejt ngħammed bl-ilma, biex hu jkun mgħarraf lil Iżrael”.
U Ġwanni xehed għalih u qal: “Jiena rajt l-Ispirtu nieżel mis-sema bħal ħamiema u joqgħod fuqu. Tabilħaqq, anqas jien ma kont nafu; imma dak li bagħatni ngħammed bl-ilma, hu stess qalli: ‘Fuq min tara l-Ispirtu jinżel u joqgħod, dak hu li jgħammed bl-Ispirtu s-Santu’. Dan rajtu b’għajnejja, u għalhekk xhedt, dan hu l-Iben ta’ Alla”.
Il-Kelma tal-Mulej
Tifħir lilek Kristu
Silenzju 1min
Ħsieb:
O Ġesù, kemm hi sabiħa x-xhieda li tak Ġwanni l-Battista, meta rak riesaq lejh, li sejjaħlek bit-titlu tant sabiħ: “Il-Ħaruf ta’ Alla”…. Dak li jneħħi d-dnub tad-dinja”. Hawnhekk Ġwanni, qed jiġbor il-missjoni sħiħa ta’ dak li għalih Int għoġbok issir bniedem bħalna. (2 sek pawsa)
Iva, o Mulej, Int il-Ħaruf veru…. mhux bħal dak tal-Antik Testment, li għall-Lhud kien sinjal tal-ħelsien mill-jasar tal-Eġittu. “U lanqas dak tal-qassis, li jmur kuljum fit-tempju biex jaqdi l-ministeru tiegħu, u joffri u jerġa’ joffri l-istess sagrifiċċju, bla ma jista’ qatt ineħħi d-dnubiet” (Lh 10:11). Imma bis-sagrifiċċju tiegħek fuq is-salib, Int issir il-Ħaruf ta’ Alla veru, li tajt ħajtek darba għal dejjem; sagrifiċċju etern u perfett lil Alla l-Missier, biex aħna niksbu l-maħfra tad-dnubietna. (5 sek pawsa)
Ħuti, ejjew f’dan il-mument, npoġġu ħarsitna fuq Ġesù Ewkaristija, u f’qalbna nirringrazzjawh tal-imħabba infinità li għandu għalina. Huwa sar għalina l-Ħaruf veru ta’ Alla, u li permezz tiegħu aħna ġejna salvi. Ġrazzi, O Sinjur, talli tajt ħajtek għalina, biex tħabbibna mal-Missier.
Silenzju 3 min
Xi ġmiel ta’ verità, li l-Iben ta’ Alla, jsir sagrifiċċju għalija, għalikom, biex jifdina minn dnubietna. (3 sek pawsa)
Forsi dan id-diskors illum ma tantx nagħmluh. Ftit nitkellmu fuq id-dnub…. u llum is-sens tad-dnub naqas ħafna. U forsi tajjeb li f’dan il-ħin, inkunu sinċieri magħna nfusna, aħna u qegħdin quddiem Ġesù ħaj u preżenti, u nistaqsu lilna nnfusna fid-dawl tal-istqarrija tal-Battista: Għandna bżonn dan il-Ħaruf, dan is-Salvatur, li jingħata għalina biex ineħħilna dnubietna? (10 sek pawsa)
Persważ, li kull wieħed u waħda minna qed ngħidu: dażgur li għandna bżonnu.
U għalhekk, filwaqt li nistqarru ma’ Ġwanni, li nemmnu f’dan Ġesù, l-Ħaruf ta’ Alla, u nkunu verament dixxipli tiegħu, ejjew inħalluh jittrasformana u jneħħi d-dnubiet tagħna, biex b’hekk nieħdu sehem fil-ħajja u l-imħabba tiegħu, li jwassalna għall-ħelsien sħiħ.
Silenzju/ soft background music 3 min
Kant: ________________
Talbiet tal-Komunitá
Indawwru ħarsitna lejn il-Ħaruf ta’ Alla, kif jgħidilna San Ġwann il-Battista, biex iwassal it-talb tagħna lil Alla l-Missier.
Missier qawwi, agħti l-qawwa lil Knisja tiegħek, biex bħal Ġwanni l-Battista taqdik, billi twassal d-dawl ta’ Ibnek Ġesù, l-Ħaruf tiegħek, li ġie jneħħi d-dnubiet tad-dinja. Nitolbu.
Missier setgħan, mexxi l-qlub ta’ dawk li jiggvernaw, biex fl-għażliet tagħhom ifittxu dejjem ir-rieda tiegħek għall-ġid tal-popli. Nitolbu.
Missier is-sliem, imla bil-grazzja u s-sliem tiegħek, lil dawk li huma ppersegwitati għax isejħu l-Isem Imqaddes ta’ Ibnek Ġesù. Nitolbu.
Missier glorjuż, agħmel li din il-komunità miġbura f’ismek, tkun xhud ta’ Ibnek il-għażiż, fil-ħajja tagħha ta’ kuljum. Nitolbu.
Missier qaddis, imliena bl-ispirtu ta’ gratitudni, biex nagħrfu, li kull ma għandna huwa don minn Alla. Nitolbu.
Missier Sid il-Ħsad, sejjaħ minn fost il-poplu tiegħek, ragħajja skont qalbek. Nitolbu.
Fis-skiet ta’ qalbna, ejjew inressqu lejn il-Mulej, tt-talba personali tagħna.
Tingħata l-Barka Sagramentali:
Dal Misteru