Call for application. Tfajla għaż-żwieġ

Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

Tiftakruhom igħidulna li fl-antik meta xi ġenituri kienu jkollhom xi tifla għaż-żwieġ kienu jagħmlu xi qasrija fit-tieqa bil-fjuri, biex l-ġuvintur li jkunu għaddejjin min dik it-triq jintebħu li hemm tfajla għaż-żwieġ ?

Call for application

Dan l-aħħar meta xi ħadd kien qiegħed ikellimni u jiena esponejt il-problema li l-Knisja u l-Ordni tagħna qegħdin iħabbtu wiċċhom magħha fi żminijietna, jiġifieri nuqqas ta’ żgħażagħ li jitħajru jidħlu patrijiet, sorijiet jew li jsiru saċerdoti, din il-persuna qaltli: ‘intom għala ma toħorġux call for application……

U jiena filwaqt li dħaqt dak il-mument għax qatt ma ħsibt dwar dan b’dawn it-termini, għidt kemm għandha raġun din il-persuna…..

Min hu Dak li qiegħed isejjaħlek biex timxi warajH ?

Kieku min jitħajjar japplika għal din il-post, kellu jistudja min qiegħed jagħmel din is-sejħa jiġifieri l-Missier Etern, liema huma l-kundizjonijiet għal min jimxi f’din it-triq, jiġifieri akkumpanjament personali u kontinwu minn Alla nnifsu, minn Ommu Marija, mil-Qaddisin u mill-Anġli kollha tas-Sema, u kieku min japplika kellu jkun jaf fejn twassal din ir-rabta fuq din l-art ma’ Alla, jiġifieri twassal għall-Intimita’ eterna mat-Tliet Persuni Divini fis-Sema, ibqa’ żgur illi li kieku kull min jiġi msejjaħ għal din it-triq jagħraf dan, fid-dinja kienet tinħoloq problema…. għax kulħadd imbagħad ikun irid jidħol patri, isir soru jew saċerdot.

Nuqqas ta’ esperjenza ta’ Ġesu’

Imma peress li bosta qatt ma tassew daqu lil Alla, huma ftit u ftit wisq dawk li jaqraw din il-call for application in the first place….

Bosta wara li jkunu msejħa, jgħaddsu rashom fil-mobile, jagħlqu widnejhom u jagħmlu ta’ rashom, imbagħad wara li jfattruha igħidulek…. ‘int sew li dħalt patri…….’

Iva imma lilek x’żammek milli tidħol patri jew issir soru ?

Int bħali ma rajtix dik il-qasira li l-Missier Etern ħareġ fuq ix-xefaq tat-tieqa?

Il-problema fondamentali li qegħdin ngħixu fi żmienna hija li Ġesu’ Kristu mhuwiex tassew Alla għalina. Iva fil-Festa niċċelebraw, il-Quddiesa forsi mmorru, nitilgħu nitqarbnu, imma Ġesu’ jibqa’ aljien minn Mars, li forsi jeżisti, imma li jiena qatt ma ltqajt personalment miegħU.

Tistenna li ma tiħxienx ?

Ninżlu arkuptejna quddiem il-bnedmin ta’ din id-dinja u nqisuhom bħala ‘allat’, nfitxxu dejjem dak li hu l-aktar komndu u jagħti l-aktar pjaċir, nqiegħdu lilna nfusna u l-pjaċiri taghna qabel kollox u kulħadd u mbagħad x’tippretendi ?

Jekk jiena niekol u niekol u nixrob luminajjet u alkohol bla kontrol x’tistenna ?

Mhux li niħxien u li l-ħwejjeġ ma jiġunix aktar ?

Mhux li ma nkunx niflaħ aktar nitla t-taraġ u li nogħtor taħt il-piz?

Ġwanni l-Battista għaraf lil Ġesu’

Ġwanni l-Battista mar fid-deżert, għix ħajja iddixxiplinata u kien igħix biss bil-ġradijiet u bl-għasel salvaġġ, imma mbagħad meta l-Ispirtu niżel fuq Ġesu’ taħt forma ta’ ħammiema, ma ntilifx jieħu ritratt tax-xena u jtellagħha fuq fb jew fuq instagram, imma għaraf li dak ir-raġel kien il-Messija li l-bnedmin kienu qegħdin jistennew.

Jekk il-Mulej qiegħed isejjaħlek, tħallix aktar żmien igħaddi, għid IVA ILLUM u tħarisx aktar lura.

Il-ħajja hi wisq qasira biex tkompli tkarkar il-passi tiegħek u milli twieġeb.

Għid iva għas-sejħa ta’ Alla ILLUM.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading