Ħsieb qasir minn Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt l-Angelus
Illum il-Vangelu (Gw 1: 29-34) jitkellem minn Gwanni l-Battista li jirrikonoxxi lil Gesu bhala Messija, u ghalhekk iwarrab biex Gesu jiehu l-post li jixraqlu. Il-Battista kien bniedem mahbub minn nies. Madanakollu ma waqax ghat-tentazzjoni tas-success u l-popolarita’.
Gwanni kien jaf li hu kien gie mibghut biex ihejji t-triq ghall-Mulej. Imma x’hin Gesu gie, hu warrab. U l-Papa fl-Angelus jghidilna li Gwanni hu ta’ ezempju kbir f’dinja li tfittex ghall-approvazzjoni, kunsens u vizibilita’ b’tali mod li wiehed jispicca mjassar biex ilahhaq ma’ idejali u kriterji foloz. U l-Papa jghidilna li l-ferh u d-dinjita taghna ma jiddependux minn dawn l-illuzjonijiet ta’ success u fama, imma mill-fatt li ahna nafu li ahna mahbubin mill-Missier.
Tista’ tara wkoll dan il-hsieb fuq din il-holqa ta’facebook: https://www.facebook.com/share/p/16w9xX5sAL/