VJAĠĠ APOSTOLIKU F’SARAGOZZA
SANTO DOMINGO U PUERTO RICO
ĊELEBRAZZJONI TAL-KELMA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Santo Domingo – Il-Ġimgħa, 12 ta’ Ottubru 1984
Għeżież ħuti fl-episkopat, maħbubin ħuti,
1. F’dan l-istadju olimpiku ta’ Santo Domingo ninsab magħqud magħkom, ħuti isqfijiet ta’ Celam u rappreżentanti ta’ konferenzi episkopali oħra. Hija llum data tassew elokwenti: it-12 ta’ Ottubru.
Kważi ħamsin sena ilu kienet imbdiet f’din l-art l-opra ta’ Kristu – kif smajna fil-Vanġelu ta’ Mattew – afda lill-Knisja tiegħu: l-evanġelizzazzjoni tal-ġnus kollha. It-tħejjija ta’ dan iċ-ċentenarju hija l-mottiv li iltqajna.
Nifraħ, għalhekk, li f’din id-data li tfakkar il-laqgħa bejn żewġ dinjiet (bejn il-kontinent Amerikan u dak Ewropew) il-Papa jista jingħaqad mal-episkopati tal-Knejjes li wasslu l-evanġelizzazzjoni u dik li rċevieta, billi hekk twettqet Knisja waħda u l-istess: dik ta’ Kristu.
B’liema ferħ insellem illum lil din il-Knisja evanġelizzatriċi u evanġelizzata, li f’impuls kbir ta krejattività u żgħożija, kisbet li kważi n-nofs tal-kattolċi kollha tad-dinja jinsabu fl-Amerika Latina! Ta’ din iż-żgħożija apostolika, mimlija tama, trid tkun xhud il-moltitudni ta’ żgħażagħ li jinsabu preżenti f’dan l-istadju. Fihom nara rrapreżentata ż-żgħożija nisranija tal-kontinent: Sliema għalik Knisja żagħżugħa, tama tal-Amerika Latina!
I. Fuq il-passi tal-missjunarji
1. Il-Providenza ġabitni għal darb’oħra fl-artijiet tal-Amerika, ġabitni f’din li kienet imsejħa d-Dinja l-Ġdida
Diġa fl-ewwel vjaġġ tal-pomtifikat tiegħi għidt li ridt ngħaddi minn Santo Domingo, “billi nsegwi r-rotta li, fil-waqt tal-iskoperta tal-kontinent, fasslu l-ewwel evanġelizzaturi” (Ioannis Pauli PP. II, Allocutio ad Reipublicae Praesidem et ad civiles et ecclesiasticas Auctoritates in urbe Dominicopoli habita, die 25 ian. 1979: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II [1979] 124).
Min-naħa tiegħu, l-episkopat Latin amerikan, fid-dokument ta’ Puebla, żamm preżenti l-ġrajja tal-ħames mitt sena tal-evanġelizzazzjoni u l-isfida li din kienet tfisser għall-Knisja f’dan il-kontinent (cf. «Evangelizzazione e religiosità popolare», Puebla, parte II, cap. II, 3.3).
Ukoll waqt il-vjaġġ apostoliku fi Spanja iddikjarajt f’Saragozza li l-ħamrs ċentinarju tal-iskoperta u tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika kien avveniment li l-Knisja ma setgħetx tgħaddi bla ma tiċċelebrah (Ioannis Pauli PP. II, Caesaraugustae, allocutio in honorem Beatae Mariae Virginis habita, 3, die 6 nov. 1982: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, II [1979] 1179).
Imma, fuq kollox, fil-laqgħa li kelli maċ-Ċelam, fil-katidral ta’ Puerto Prince (il-Ħaiti), fix-xahar ta’ Marzu tas-sena l-oħra, għidt. li għandkom tiċċelebraw dan iċ-ċentenarju “b’atteġġjament ta’ gratitudni lejn Alla, għall-vokazzjoni nisranija u kattolika tal-Amerika Latina, u lejn dawk li kienu strumenti ħajja u attivi tal-evanġelizzazzjoni. B’intenzjoni ta’ fedeltà lejn il-passat ta’ fidi tagħkom. B’ħarsa lejn l-isfidi tal-preżent u lejn l-isforzi li qegħdin iseħħu. B’ħarsa lejn il-ġejjieni, biex taraw kif tikkonsolidaw l-opra mibdija”. Opra li kellha tkun evanġelizzazjoni ġdida: ġdida fiż-żelu tagħha, fil-metodi tagħha, fl-espressjoni tagħha” (Ioannis Pauli PP. II, Allocutio in Portu Principis, ad Episcopos Consilii Episcopalis Latino-Americani sodales, habita, III, die 9 mar. 1983: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VI/1 [1983] 698).
Fuq din il-linja ried jimxi ċ-Celam billi riċentament enfasizza li ċ-ċelebrazzjoni taċ-ċentenarju “li rridu nħejju bi snin ta’ antiċipazzjoni, ifisser kemm rikonoxxenza lejn dawk li ħawlu u ttrażmettew il-fidi f’dan il-kontinent, kif ukoll impenn li nżommu u li nkabbru dan il-wirt (CELAM, Messaġġ fl-okkażjoni tal-ħames ċentinarju tal-iskoperta u tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerika Latina).
2. Dawn huma l-intenzjonijiet li spiraw d-deċiżjoni ta’ tħejjija adegwata taċ-ċelebrazzjoni tan-nofs millenju tal-evanġelizzazzjoni. Huma dawn ukoll li mbuttaw lill-Papa biex iwassal s-solidarjetà tal-Knisja ta’ Ruma lil dawn il-Knejjes, biex jagħti impetu bil-preżenza tiegħu lil hekk imsejħa tħejjija, sabiex l-atti mibdija hawn fir-Repubblika Dominikana jikkostitwixxu fil-kontinent kollu l-bidu ta’ kampanja kbira tal-fidi, imqassma f’inizjattivi multipli ta’ evanġelizzazzjoni ġdida waqt in-novena ta’ snin li se ninawguraw illum.
Ma setax il-Papa, li għal ministeru ekkleżjali jeħtieġ fl-ewwel post il-mandat ta’ Kristu li jippridka l-fidi, jonqos milli jagħti l-kontribut personali tiegħu għal tali missjomi, fil-waqt li fih jipproġetta għal porzjon hekk kbir tal-Knisja (l-Amerika Latina kollha) l-iskop ta’ evanġelizzazzjoni ġdida, evanġelizzazzjoni li tkompli u twettaq l-opra tal-ewwel evanġelizzaturi.
II. Ħarsa lejn l-imgħoddi
1. Għal awtokoxjenza aħjar. Biex jiffaċċjaw il-problematika u l-isfidi li l-Knisja għandha quddiemha fejn tidħol l-evanġelizzazzjoni fil-waqt attwali, hija għandha bżonn viżjoni ċara tal-oriġini tagħha u tal-iżvilupp tagħha.
U dan mhux biss għall-interess akkademiku pur jew minħabba n-nostalġija tal-imgħoddi, imma biex issib identità soda propja, biex biex taqbad mal-kurrent ħaj ta’ missjoni u qdusija li jagħti inpetu lill-mixja tagħha, biex tifhem aħjar il-problemi tal-preżent u biex tipproġetta ruħha b’mod iktar rejalistiku lejn il-futur.
Bla ebda dubju, din l-awtokuxjenza puntwali hija prova ta’ maturità ekkleżjali. U jekk inhu minnu li minn dan il-Knisja tislet mottivi ta’ konverżjomi u ta’ fedeltà ikbar għall-Vanġelu, hija tkun tista wkoll tislet tagħlim u qawwa biex tiffaċċja l-ostakli li l-missjoni feddejja tagħha tiltaqà f’kull waqt tal-istorja.
2. Karattru providenzjali tal-iskoperta u tal-evanġelizzazzjoni tal-Amerka. L-ittra tal-Papa Ljun XIII, fl-okkażjoni tal-għeluq tar-rabà ċentinarju tal-intrapriża Kolombjana, titkellem dwar il-pjanijiet tal-Providenza divina li ggwidaw il-“ġrajja li minnha nfisha ikbar u iktar meraviljuża fost il-ġrajjiet umani” u li permezz tal-predikazzjoni tal-fidi ġegħlu tgħaddi moltitudni immensa “għat-tamiet tal-ħajja eterna” (Leonis III, Lettera, del 15 luglio 1892).
Għal dak li jirrigwarda l-aspett uman, il-wasla tal-iskopraturi fi Guanahani tfisser twessiegħ fantastiku tal-fruntieri tal-umanità, l-iskoperta mutwa ta’ żewġ dinjiet, id-dehra tal-ekumena kollha quddiem għajnejn il-bniedem, il-bidu tal-istorja universali fil-proċess ta’ interazzjoni, bil-benefiċċji kollha tiegħu u l-kontradizzjonijiet tiegħu, bid-dwal u bid-dellijiet tiegħu.
Għal dak li jolqot l-aspett evanġelizzatur, immarka tiftiħ missjunarju bla preċedenti li, billi beda mill-peniżola Iberika ta konfigurazzjoni ġdida lill-mappa ekkleżjasli. U dan għamlu f’waqt li l-aġitazzjonijiet reliġjużi fl-Ewropa qanqlu ġlied u viżjonijiet parzjali, li kellhom bżonn artijiet ġodda biex fihom terġa toħroġ il-krejattività tal-fidi.
Kienet it-tifqigħa vigoruża tal-universalità mixtieqa minn Ktristu għall-messaġġ tiegħu, kif għadna kemm qrajna f’San Mattew, Messaġġ li, wara l-Konċilju ta’ Ġerusalem, ippenetra fl-ekumena griega tal-Imperu Ruman, titwettaq fl-evanġelizzazzjoni tal-popli ġermaniċi u slavi (fejn eżerċitaw l-influss tagħhom Agostinu, Benedittu, Ċirillu u Metodju) u jsib il-milja tiegħu fit-twelid tal-Kristjanità fid-Dinja l-Ġdida. Hekk “tefgħu is-sisien tal-kultura latinoamerikana u tas-sottostrat kattoliku rejali tagħha” (Puebla, 412).
3. Dnub u grazzja. Ċerta “leġġenda sewda” li għal ċertu żmien orjentat mhux ftit l-istudji stirjografiċi, ikkonċentrat bil-kbir l-attenzjoni fuq aspetti ta’ vjolenza u ta’ sfruttament li seħħew fis-soċjetà ċivili waqt il-fażi suċċessiva għall-iskoperta. Preġudizzji politiċi, idejoloġiċi u wkoll reliġjużi riedu jippreżentaw biss b’mod negattiv l-istorja tal-Knisja f’dan il-kontinent.
Il-Knisja, għal dak li jirrigwarda lilha, trid tersaq għal dan iċ-ċentinarju bl-umiltà tal-verità, mingġajr trijonfaliżmi u l-inqas modestji foloz; billi żżomm biss mal-verità, biex tiżżi ħajr lil Alla għas-suċċessi u biex tislet mill-iżbalji il-mottivi biex tipproġetta ruħha mġedda lejn il-futur.
Hija ma tridx ma; tagħrafx l-interdipendenza li kien hemm bejn is-salib u x-xabla fil-fażi tal-ewwel penetrazzjoni missjunarja. Imma ma tridx linqas tinsa li l-espansjoni tal-kristjanità iberika ġabet lill-popli l-ġodda id-don inerenti fl-oriġini u fil- ġestazzjoni tal-Ewropas – il-fidi nisranijas fil-kasriga tagġhsa tal-umanità u bil-ħila tagħhs ta’ salvazzjoni, ta’ dinjità u fraternitàè,. Ta’ ġustizzja u mħabba għad-Dinja l-Ġdida.
Dan qanqal l-iskjerament straordinarju missjunarju, fit-trasparenza u fl-inċisivament tal-fidi nisranija, fost il-popli u l-etniċitajiet differenti, il-kulturi u l-lingwi indiġeni.
Il-bnedmin u l-popli tat-taħlit il-ġdid Amerikan kienu ġġenerati wkoll min-novitajiet tal-fidi nusranija. U fil-wiċċ ta’ Sidtna ta’ Guadalupe huma simboliġġjati l-qawwa u s-solidità ta’ dik l-ewwel evanġelizzazzjoni.
Imma minkejja l-viċinanaza eċċessiva jew konfużjoni bejn l-isfera lajka u dik reliġjuża ta’ dik l-epoka, ma kienx hemm assorbiment jew sottomissjoni, u l-leħen tal-Knisja tqanqal sa minn l-ewwel waqt kontra d-dnub.
Fl-intern ta’ soċjetà nklinata biex tara l-benefiċċji materjali li setgħrt tikseb bl-iskjavitù u bl-isfruttament tal-Indjos, tqanqlet il-protesta ċara tal-kuxjenza kritika tal-Vanġelu li tiddenunzja l-inosservanza tal-esiġenzi tad-dinjità u tal-fraternità umana, li għandhom is-sisien tagħhom fil-ħolqien u fil-filjolanza divina tal-bnedmin kollha. Kemm ma kinux il-missjunarji u l-isqfijiuet li ssieltu għall-ġustizzja u kontra l-abbużi tal-konkwistaturi u tal-“encomenderos”! Magħrufa huma l-ismijiet ta’ Antonio Montesinos, Bartolomé de Las Casas, Juan de Zumarraga, Vasco de Quiroga, Juan del Valle, Julián de Garcés, José de Anchieta, José de Acosta, Manuel de Nóbrega, Roque González, Toribio de Mogrovejo u tant oħrajn,
Hekk il-Knisja, quddiem id-dnub tal-bnedmin, inklużi wliedha stess, fittxet li tqiegħed f’akwilibriju dak iż-żmien – bħalma fl-epoki l-oħra – il-grazzja tal-konverżjoni, it-tama tas-salvazzjoni, il-solidarjetà lejn dawk l-indifiżi, l-isforz tal-ħelsien totali.
4. Evangelizzazzjoni u promozzjoni umana. L-attività evanġelizzatriċi, fl-inċidenza soċjali tagħha, ma llimitatx ruħha għaċ-ċaħda tad-dnub tal-bnedmin,
Din qanqlet ukoll dibattitu wiesà tejoloġiku-ġuridiku li, bi Francisco de Vitoria u l-iskola tiegħu ta’ Salamanca, analizzat fil-fond l-aspetti etiċi tal-konkwista u tal-kolonalizzazzjoni. Dan qanqal il-pubblikazzjoni tal-liġijiet għal kura tal-Indios u welled il-prinċipji kbar tad-dritt internazzjonali tal-popli.
Min-naħa tagħhom, fix-xogħol ta’ kuljum ta’ kuntatt immedjat mal-popolazzjoni evanġelizzata, il-missjunarji iffurmaw pajjiżi, bnew djar u knejjes, wasslu l-ilma sa ġewwa ċentri abitati, għallmu u kkultivaw l-art, introduċew koltivazzjonijiet ġodda, qassmu annimali u għodod tax-xogħol, fetħu sptarijiet, ferrxu arti bħal skultura, pittura, orefiċerija, għallmu snajja ġodda, eċċetra.
Maġemb kull knisja telgħet, bħala preokkupazzjoni prijoritarja, skola biex tifforma t-tfal. Min dawn l-isforzi ta’ elevazzjoni umana għad fadal bosta paġni fil-kronaki ta’ Mendieta, Grijalva, Motolinìa, Remesal u oħrajn. B’liema sodisfazzjon jirrakkontaw li isqof wieħed setà jiftaħar bl-għadd ta’ ħames mitt skola fid-dijoċesi tiegħu!
Xejn inqas interess għall-promazzjoni umana fl-artijiet evanġelizzati li wieħed jinnota f’figuri missjunarji kbar, bħal Patri Kino, Fra Junipero Serra, il-Beatu Roque Gonzalez, Santonio Vieira, li tant għamlu biex jelevaw il-livell uman tal-komunitajiet insara ġodda tagħhom.
Fl-istess ħin, jiġu ntrodotti esperjenzi kbar kollettivi ta’ tkabbir uman u ta’ instawrazzjoni iktar profonda tal-kristjaneżmu, f’forom ġodda ta’ ħajja u ta’ soċjalità iktar denji tal-bniedem. Tali kienu il-“villaġġi ospitali” tal-Isqof Vasco de Quiroga, ir-“riduzzjonijiet” jew kolonji missjunarji tal-Franġiskani ir-“riduzzjonijiet” straordinarji tal-ġizwiti fil-Paraguay, u tant opri oħra ta’ karità u ta’ ħniena, ta’ istruzzjoni u ta’ kultura.
Taħt dan l-aspett kulturali, l-evanġelizzaturi kellhom jivvintaw metodi ta’ katekeżi li ma kinux jeżistu, kellhom joħolqu l-“iskejjel tad-duttrina”, jgħallmu tfal u katekisti, biex jegħlbu l-barrieri tal-lingwi. Fuq kollox kellhom iħejju kotba ta’ katekiżmu llustrati li kienu jispjegaw il-fidi, jeleboraw grammatki u jiktbu vokabularji, jużaw il-mezz tal-kelma u tax-xhieda, tal-arti, tad-danza u tal-mużika, tar-rappreżentaszzjonijiet xeniċi tal-Passjoni, F’dan il-qasam eżaltaw ruħhom l-għalliema tajbin bħal Fra Pietru de Gante u oħrajn.
Xhieda parzjali ta’ din l-attività huma – fil-perjodu biss li jkopri is-snin mill 1524 sal-1572 – il-109 opri ta’ biblijografija indiġina li għadhom ikkonservati, minbarra l-bosta oħrajn mitlufa jew mhux stampati: dawn ikopru vokabularji, priedki, kotba ta’ katekiżmju, kotba ta’ ħniena u ta’ ġeneri oħrajn. Dawn huma kontribuzzjonijiet kulturali tal-missjunarji li jixhdu il-padronanza tagħhom ta’ lingwi indiġeni numerużi, l-għarfien tagħhom fil-kamp etnoloġiku u storiku, botaniku u ġejografiku, bijoloġiku u astronomiku, miksuba minħabba t-twettiq tal-missjoni tagħhom. Xhieda wkoll tal-fatt li, wara l-impatt inizjali fost il-kulturi, l-evanġelizzazzjoni għarfet tassumi u tispira l-kulturi indiġeni.
L-istess konċilji u sinodi lokali kultant, flimkien mal-preskrizzjonijiet tagħhom ta’ karattru ekkleżjali, jinkludu klawżoli interessanti ta’ tip kulturali u ta’ promozzjoni umana.
Opra evanġelizzatrċi u promozzjonali li riedet tkompli sa żminijietna, permezz tal-edukazzjoni fl-iskejjel u fl-universitajiet, b’tant inizjattivi soċjali ta’ rġiel u nisa animati mill-ideal evanġeliku. Huma kellhom sa mill-bidu nett kuxjenza ċara – dejjem valida – tal-missjoni tagħhom: li l-evanġelizzazzjoni trid tgħolli l-bniedem, billi ttih qabel kollox il-fidi, is-salvazzjoni fi Ktristu, il-meżżi u l-istruzzjoni biex jiksbuha.Għaliex fqir huwa dak li jonqsuh il-meżżi materjali, imma ferm iktar min ma jagħrafx il-mixja li Alla jindikalu, min ma rċeviex il-grazzja tal-filjolanza addottiva, min jinjora il-mogħdija morali li twassal għad-destin etern feliċi li għalih Alla jsejjaħ lill-bniedem.
5. Kontinent iffirmat mill-fidi kattolika. Data mgħoddija lill-istorja hija li l-ewwel evanġelizzazzjoni indikat b’mod essenzjali l-identita storika-kulturali tal-Amerika Latina (cf. Puebla, 412). Prova ta’ dan hija li l-fidi kattolika ma ġietx sradikata mill-qalb tal-popli tagħha, minkejja il-vojt pastorali maħluq fil-perijodu tal-indipendenza jew tal-ostilità u tal-persekuzzjonijiet suċċessivi.
Dan is-substrat kulturali kattoliku juri fil-fidi migħuxa pjenament, fil-għerf vitali quddiem interrogattivi kbar tal-eżistenza, fil-forom barokki tagħha ta’ reliġjożità, ta’ kontenut trinitarju profond, ta’ devozzjoni lejn il-Passjoni ta’ Kristu u lejn Marija. Aspetti li għandhom jinżammu preżenti sewwa wkoll f’evanġelizzazzjoni mġedda.
Substrat komuni ta matriċi kattolika, ta’ fidi komuni għall-popolazzjonijiet differenti, li diġa wriet il-konsistenza fil-ħila ta’ assimilazzjoni, fl-intern tar-riforma “post-tridentina”, ir-rinnovament tal-Konċilju Vatikan II u l-impulsi maturati f’Medellin u fi Puebla.
Substrat li laħaq qċaċet straordinarji ta’ qdusija fil-figuri tant ażemplari u tant qrib għall-poplu tagħhom bħal Torobio de Mogrovejo, Rosa de Lima, Martin de Porres, Juán Macías, Pedro Claver, Francisco Solano, Luis Beltrán, José de Anchieta, Marianita de Quito, Roque González, Pedro de Bethancur, Miguel Febres Cordero, u oħrajn.
Substrat bil-vitalità u ż-żgħożija innegabli tiegħu, li jfittex forom effikaċi ta’ inseriment fis-soċjetà tallum, li tistenna evanġelizzazzjoni mġedda u mimlija tama, biex tirrivitalizza l-għana propja ta’ fidi u tqanqal enerġiji vigorużi ta’ għeruq profondi nsara, biex tkun kapaċi tibni Amerika Latina ġdida ikkonfermata fil-vokazzjoni nisranija tagħha, ħielsa u fraterna, ġusta u paċifika, fidila lejn Kristu u lejn il-bniedem Latinamerikan.
III. Ħarsa lejn il-futur: il-kontinent tat-tama
1. L-isfidi tal-mument. Fil-kontemplazzjoni tal-panorama li tinfetaħ għall-evanġelizzazzjoni l-ġdida, mhux possibbli li ma tagħrafx id-diffikultajiet li dan ix-xogħol kbir irid jiffaċċja.
L-iskarsezza ta’ ministri kkwalifikati għal tali missjoni tirrapreżenta l-ewwel u jistà jkun l-ikbar, ostaklu.
Is-sekularizzazzjoni tas-soċjetà quddiem tali neċessità tal-għixien tal-valuri radikalment insara, tirrapreżenta diffikulta oħra serja.
Ir-restrizzjonijiet imposti kultant għall-professjoni tal-fidi huma, sfortunatament, fatti li wieħed jiltaqà magħhom f’diversi postijiet.
Il-kontro-testimonjanza ta’ xi nsara inkosistenti jew id-diviżjonijiet ekkleżjali joħolqu skandlu evidenti fil-komunità nisranija.
It-talba urġenti ta’ ġustizzja, mistennija għal tul ta’ żmien żejjed, tinstema minn soċjetà li qiegħda tfittex id-dinjità li jixirqilha.
Il-korruzzjoni fil-ħajja pubblika, il-konflitti armati, l-ispejjeż enormi biex iġibu l-mewt u mhux progress, in-nuqqas ta’ sentiment etiku f’oqsma numerużi, jiżirgħu għejja u jeqirdu l-illużjonijiet ta’ futur aħjar.
Ma dan kollu jiżdiedu ir-rivalitajiet bejn in-nazzjonijiet, imġieba xejn korretta fir-relazzjonijiet internazzjonali u fl-interskambji kummerċjali, li joħolqu eskwilibri ġodda. U issa tippreżenta ruħha l-problema tad-debitu barrani tal-Pajjiżi tat-Tielet Dinja, b’mod partikolari tal-Amerika Latina.
Dan il-fenomenu jistà joħloq kondizzjonijiet ta’ paraliżi soċjali għal żmien indefinit u jistà jikkundanna nazzjonijiet sħaħ għal dejn permanenti b’riperkussjunijiet serji u dan jipprovoka sottożvilupp stabbli. Għal dan il-għan jiġuni f’moħħi l-kliem ippronunzjat matul il-vjaġġ apostoliku tiegħi fl-Isvizzera: “Ukoll id-dinja finanzjarja hija dinja umana, id-dinja tagħna, li ssib ruħha suġġetta għall-kuxjenza tagħna lkoll: ukoll hawn jgħoddu l-prinċipji etiċi” (Ioannis Pauli PP. II, Homilia ad Missam in urbe «Flüeli» habita, 6, die 14 iun. 1984: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, VII/1 [1984] 1762).
Quddiem dawn l-isfidi, hemm bosta problemi li jaħarbu l-possibiltà ta’ azzjoni u għall-missjoni tal-Knisja. Huwa madankollu meħtieġ li din tirdoppja l-isforzi tagħha biex tirrendi preżenti lil Kristu Salvatur, biex tibdel il-qlub permezz ta’ evaġelizzazzjoni mġeddali hija għajn ta’ vitalità nisranija u ta’ tama.
2. Amerika Latina: f’isem il-fedeltà tiegħek lejn Kristu irreżisti lil dawk li jridu jeqirdu l-vokazzjoni tiegħek ta’ tama!
– għat-tentazzjoni ta’ dawk li jridu jinsew il-vokazzjoni nisranija innegabli tiegħek u l-valuri li jfassluha, biex ifittxu mudelli soċjali li jwarrbuha jew li jikkontraduċuha;
– għat-tentazzjoni ta’ dak li jistà jdgħajjef il-komunjoni fil-Knisja bħala sagrament ta’ għaqda u ta’ salvazzjoni, kemm ta dawk li jidejolizzaw il-fidi jew li jippretendu li jibnu “Knisja popolari” li mhix dik ta’ Kristu, kif ukoll ta’ dawk li jippromwovu t-tixrid ta’ setet reliġjużi li ftit li xejngħandhom x’jaqsmu mal-kontenut veru tal-fidi;
– għat-tentazzjoni antikristjana tal-vjolenti li ma jemmnux fid-djalogu u fir-rikonċiljazzjoni, u li jissostitwixxu s-soluzzjonijiet politiċi bil-poter tal-armi jew tal-oppressjoni idejoloġika;
– għas-soluzzjoni tal-ideoloġiji li jippretendu li jissostitwixxu l-viżjoni nisranija bl-idoli tal-poter u tal-vjolenza, tar-rikkezza u tal-pjaċir;
–għall-korruzzjoni tal-ħajja pubblika jew tal-merkanti tad-droga u tal-pornografija li jdgħajfu kull ma jmur il-fibra morali, ir-reżistenza u t-tama tal-popli;
– għall-azzjoni tal-aġenti tan-neo-malthusjaniżmu li jridu jimpurtaw kolonjaliżmu ġdid għall-popli latinoamerikani, billu jdgħajfu l-forza tal-ħajja tagħhom bil-prattiċi kontraċettivi, bl-isterilizzazzjoni, bil-liberalizzazzjoni tal-abort, u billi jwarrbu l-għaqda, l-istabilità u l-fekondità tal-familja;
– għall-egoiżmu tas-“soddisfatti” li jaqbdu ma’ realtà ta’ privileġġ magħmul minn minoranza għanja, waqt li setturi populari vasti jissaportu kondizzjonijiet diffiċli u saħansitra drammatiċi ta’ ħajja f’sitwazzjonijiet ta’ miżerja, ta’ emarġinazzjoni u ta’ oppressjoni;
– għall-interferenzi ta’ potenzi barranin, li jsegwu l-interessi ekonomiċi tagħhom, bħala blokk jew idejoliġiċi, u jirriduċu l-popli fil-qasam ta’ manuvrar għas-servizz tal-istrateġiji propji.
3. Amerika Latina, fidila lejn Kristu, żid u għaraf it-tama tiegħek!
Hawn huma xi għanijiet għal dan il-waqt tiegħek:
– tama ta’ Knisja li, magħquda firmament mal-isqfijiet tagħha (bis-saċerdoti, ir-reiġjużi irġiel u nisa quddiem) tikkonċentra intensament fuq il-missjoni evanġelizzatriċi u li tmexxi l-fidili tagħha għal-limfa vitali tal-kelma ta’ Kristu u għas-sors tal-grazzja tas-sagramenti;
– tama ta’ żieda ulterjuri ta’ vokazzjonijiet saċerdotali u reliġjużi biex twettaq l-evanġelizzazzjoni l-ġdida tal-popli latinoamerikani, li tibda mill-patrimonju għani ta’ veritajiet dwar Kristu, dwar il-Knisja u dwar il-bniedem, ipproklamati fi Puebla;
– tama ta’ Knisja impenjata b’qawwa f’katekeżi sistematika, li twettaq fil-fidili l-evanġelizzazzjoni riċevuta;
– tama taż-żgħażagħ li, milqugħa pjenament u mitmugħa fl-ispirtu tagħhom, jagħtu lill-Knisja, f’kontinent ta’ żgħażagħ, oriżżonti ta’ saħħa ġdida fil-fedeltà lejn Alla u, permezz tiegħu, lill-bniedem;
– tama ta’lajkat kuxjenti u responsabbli, impenjat fil-missjoni ekkleżjali tiegħu u ta’ Sistema tad-dinja skont Alla;
– tama ta’ rikonċiljazzjoni fost il-popli aħwa, billi jwarrbu fil-ġemb il-gwerer u l-vjolenzi; biex jagħrfu lil xulxin fl-għaqda ta’ patria kbira latinoamerikana, ħielsa u għanja, msejsa fuq substrat kulturali u reliġjuż komuni;
– tama tal-gruppi etniċi li jridu jżommu l-identità u l-kultura partikolari tagħhom, bla ma jirrinunzjaw għas-solidarjetà u għall-progress komuni, u li jinħtieġu evanġelizzazzjoni iktar qawwija;
– tama tal-moviment tal-ħaddiema li jissiltu biex ikollhom kondizzjonijiet ta’ ħajja u ta’ xogħol iktar xierqa; tas-setturi intellettwali li jsibu il-valuri etiċi u kulturali tal-popli tagħhom biex iservuhom u jippromotwahom; tax-xjenzjati u tat-tekniċi li jridu jindirizzaw ir-riżorsi tal-għarfien għal-elevazzjoni u għall-progress tal-Amerika Latina.
4. Lejn iċ-ċiviltà tal-imħabba. Iċ-ċentinarju li jmiss tal-iskoperta u tal-ewwel evanġelizzazzjoni isejħilna għal evanġelizzazzjono ġdida tal-Amerika Latina, li tiżviluppa b’iktar qawwa – bħal dik tal-oriġni – potenzjal ta’ qdusija, impuls missjunarju kbir, krejattività vasta fil-kastekeżi, manifestazzjoni fertili ta’ kolleġġjalità u komunjoni, battalja evanġelika għad-dinjità tal-bniedem, biex iġġiegħel igelgel minn ħdan l-Amerika Latina futur kbir ta’ tama.
Dan kollu għandu isem: ċiviltà tal-imħabba. Dan l-isem li diġa Pawlu VI kien indika, isem li jien stess ripetutament semmejt u li jiġbor fih il-messaġġ tal-isqfijiet latinoamerikani fi Puebla, huwa biċċa xogħol enormi ta’ responsabiltà.
Ċiviltà ġdida li diġa hija miktuba fit-twelid stess tal-Amerika Latina; li qiegħda tissawwar f’nofs il-biki u t-tbatijiet; li tistenna il-manifestazzjoni sħiħa tal-qawwa tal-libertà u tal-ħelsien ta’ wlied Alla; li tistà twettaq il-vokazzjoni oriġinarja ta’ Amerika Latina msejħa biex tifforma – kif kien stqarr Pawlu VI diġa fl-1964 – f’“sintesi ġdida u ġenjali l-ispiritwali u t-temporali, l-antik u l-modern, dak li l-oħrajn tawk u l-oraġinalità propja tiegħek”. Fil-qosor: xhieda ta’ “Ċiviltà nisranija għal kollox ġdida” (Pauli VI, Homilia in Petriana basilica habita, die 3 iul. 1966: Insegnamenti di Giovanni Paolo II, IV [1966] 351s.).
IV. Konklużjoni
Ħuti isqfijiet taċ-Celam, żgħażagħ, dominikani u latinoamerikani kollha!
Dawn huma l-għanijiet li lejhom nistieden lill-Knisja tal-Amerika t’Isfel bħala tħejjija għaċ-ċentinarju, li għandu jkun iċ-ċentinarju tal-fidi rinġovanita.
Bil-qawwa tas-salib li llum huwa afdat lill-isqfijiet ta’ kull nazzjon; bil-fjakkola ta’ Kristu f’idejkom mimlijin b’imħabba għall-bnedmin, Pellegrini, Knisja tal-evanġelizzazzjoni l-ġdida. Hekk tistà toħloq tbexbix ekkleżjali ġdid. U kollha kemm aħna nigglorifikaw il-Mulej tal-verità bit-alba li kienu jirreċitaw mas-sebħ in-navigaturi ta’ Kolumbu:
“Ikun imbierek id-dawl
u l-veru salib qaddis
u l-Mulej tal-verità
u t-Trinita qaddisa.
Ikun imbierek is-sebħ
u l-Mulej li jibagħtu.
Ikun imbierek il-jum
u l-Mulej li jibagħtu”. Amen.