Ġwanni Pawlu II f’quddiesa funebri għall-Kardinal Paolo Marella

KONĊELEBRAZZJONI SOLLENNI TAL-QUDDIESA FUNEBRI
BĦALA SUFRAĠJU TAL-KARDINAL PAOLO MARELLA
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
Il-Ħamis, 18 ta’ Ottubru 1984

Dak kollu li jagħtini il-Missier, jiġi għandi; dak li jiġi għandi ma nkeċċihx  ‘il barra” (Ġw 6, 37).

1. Din l-assikurazzjoni rassikuranti tal-Mulej iddawwal ir-riflessjonijiet tagħna u tanima s-sentimenti tagħna fl-att tal-offerta tas-sagrifiċċju ewkaristiku f’sufraġju tal-meqjum u mibki ħuna l-Kardinal Pawlu Marella, li lilu qegħdin nagħtu t-tislima estrema.

“Dak kollu li l-Missier jagħtini, jiġi għandi; dak li jiġi għandi ma nkeċċihx ;il barra”.

Din hija kelma kbira u konsolanti, li żżomm fissi kostantament il-ħsibijiet tagħna fil-għan finali tal-mixja terrena, fil-prospettiva tat-tgħannieqa definittiva mal-Mulej

It-twissija evanġelika biex inkunu lesti għal-laqgħa suprema, hija vvalutata miċ-ċertezza li l-Mulej jistenniena biex jassoċjana mal-bejatitudni bla tmiem.

Aħna ngħixu għalhekk f’tama eżultanti. Dik-it-tama li jipproklama San Pawn b’toni ta’ innu ta’ ferħ –“u din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta’ Alla ssawbet fi qlubna permezz tal-Ispirtu Santu li kien mogħti lilna” (Rm 5, 5).

It-tama tikber u titkabbar fl-għarfien li Alla jħobbna u b’imħabba jakkumpanja l-passi tagħna sal-waqt li fih, li ngħaddu l-passaġġ tal-mewt, u t-tama tagħti postha lill-imħabba totali, li tikkostitwixxi intant l-unika raġuni li nkunu bqajna krejatura fidila, fil-kontemplazzjoni interrotta tal-Ħallieq.

Jekk l-insara kollha huma mistiedna biex jorjentaw bla jaqtgħu ħsibijiet u aspirazzjonijiet għad-dimensjoni eskatoloġika, aħna iktar u b’titoli maġġuri ta’ responsabiltà aħna ministri ta’ Alla, li nkabbru il-fiduċja tas-smigh f’dak il-tragward tat-tislima ħelwa u akkoljenti: “Euge, serve bone et fidelis” (Mt 25, 21).

2. Qaddej twajjeb u fidil kien ħuna l-Karbinal Marella, li lilu kien mogħti d-don ta’ ħajja partikularment twila, li wasset fuq l-għatba tad-disgħinijiet wara sitta u sittin sena ta’ saċerdozju u nofs seklu ta’ episkopat..

Tjubija u fedeltà kienu l-karatteristiċi forsi l-iktar evidenti tal fiżjonomija għanja saċerdotali tiegħu.

Imwieled Ruma, huwa kien jippossiedi l-kwalitajiet inherenti taċ-ċittadini ta’ din l-Alma Urbe, bħall-vivaċità u l-ekwilibriju ntellettwali, l-umoriżmu mbissem u kalm, is-sens tal-universalità; imma fuq kollox u b’mod qawwi l-attakkament sod u ferrieħi għall-fidi kattolika u għal din is-Sedja ta’ Pietru, ipprofessata bi kburija ugwali għas-sempliċità u għall-modestja.

Il-Kardinal Marella jappartieni lil dak il-grupp ta’ saċerdoti li onoraw il-presbiterju Ruman bis-sodizza tal-formazzjoni spiritwali u kulturali  miksuba tas-seminarju dijoċeżan u mqegħda għall-profitt f’xogħlijiet ekkleżjali ta’ mpenn notevoli u responsabiltà.

3. L-eżistenza saċerdotali kollha tiegħu, bl-eċċezzjoni tal-ewwel tliet snin ta’ ministeru parrokkjali, kienet iddedikata għas-servizz tas-Sede apostolika.

Kien itinerarju twil li, mibdi fil-kongregazzjoni tal-Propaganda Fide, wasslu għad-delegazzjoni apostolika f’Washington, u mbagħad, wara permanenza ta’ ħdax-il sena, fil-Ġappun.

Delegat apostoliku f’Tokyo mill-1933 sal-1948, huwa kellu jiffaċċja sitwazzjonijiet delikati l-ewwel fil-qasam nazzjonali, għall-ewwel fażi li kellha x’taqsam mal-espansjoni missjunarja tal-Knisja, imbagħad fil-kontinġenzi iebsin tat-tieni gwerra dinjija. F’dak il-perijodu Monsinjur Marella wettaq b’intelliġenza nstankabbli l-iżvilupp tal-vokazzjonijiet indiġeni u l-azzjoni tal-karità tas-Sede apostolika għall-għajnuna tal-vittmi tal-konflitt, partikolarment tal-priġunieri tal-gwerra.

Fl-1948 kien mibgħut bħala delegat apostoliku fl-Awstralja u ħames snin wara fi Franza bħala nunzju, suċċessur f’din l-aħħar sedja tal-Kardinal Angelo Giuseppe Roncalli, futur Papa Ġwanni XXIII. Il-prudenza u ż-żelu huma d-doti li kkwalifikaw il-ministeru tiegħu ta’ rappreżentant tal-Papa Ruman.

4. L-elevazzjoni tiegħu għall-porpra fil-Konċistorju tal-14 ta’ Diċembru 1959 ħabtet mal-perjodu ta’ tħejjija għall-Konċilju ekumeniku Vatikan II, kapitlu ġdid fis-servizz ekkleżjali tal-mibki porporat.

Infatti huwa kien imsejjaħ biex jippresiedi l-kommissjoni preparatorja “De episcopis et dioecesium regimine” u, wara, għall-istess kummissjoni konċiljari, billi hekk ħa sehem attiv fl-elaborazzjoni ta’ temi mportanti u kkwalifikati tal-ekklesjoloġija u tad-direttivi pastorali tal-Vatikan II.

Fil-waqt tal-istituzzjoni tas-Segretarjat għa-non-insara, Pawlu VI afda d-direzzjoni lill-Kardinal Marella, li, bħala l-ewwel president tal-organiżmu l-ġdid, żidlu l-frott tal-esperjenzi immaturati fl-oqsma ġejografiċi u l-kuntatt dirett b’mentalitajiet differenti.

B’dan il-mod, il-prelat li kien ġera it-toroq tad-dinja fil-Lvant u fil-Punent, żamm uffiċċji delikati fiċ-ċentru tal-kristjanità, fost dawk li  jimmarkaw il-vitalità tal-Knisja fi żmienna.

Imma ma nistgħux ninsew, ma’ ġemb l-inkarigi numerużi tal-Kurja Rumana, il-prestazzjonijiet ġenerużi li l-Kardinal Marella rriserva għal bosta snin għal din il-bażilika patriarkali ta’ San Pietru bħala president tal-Fabbrika u b’mod speċjali bħala arċipriet. Infakkru l-preżenza assidwa tiegħu hawn, li damet sa ma l-kondizzjoniijiet ta’ saħħtu ippermettewlu, u l-ġabra eżemplari tiegħu fit-talb liturġiku, sinjali tal-premuri li kien ikkultiva għat-tempju distint, għassies tat-“tifkira” tal-Prinċep tal-Appostli.

5. Għeżież ħuti!

It-tifkira tal-istadji ewlenin ta’ ħajja li tħaddan ark tant wiesà, tqiegħed fuq ilsienna l-aċċenti tar-rikonoxxenza lill-Mulej, li qanqal u żamm għall-Knisja tiegħu l-persuna tal-maħbub Kardinal Marella. Rikonoxxenza wkoll għalih, qaddej tajjeb u fidil,  għat-tajjeb kollu li  żerà u wettaq fl-għalqa tad-dwieli ta’ Alla: fuq l-orizzont missjunarju, fuq dak tar-rapporti bejn il-Katedra ta’ Pietru u l-Knejjes lokali, fis-settur tar-relazzjonijiet diplomatiċi u f’dak tad-dimensjonijiet pastorali, maħsuba u mgelgla mill-ġrajja konċiljari.

Ruħu li naħsbu li s’issa ppurifikat ruħha mill-fraġilitajiet umani, nafdawha lit-tjubija nfinita tal-Mulej, Ragħaj tar rgħajja, li tiegħu kien xhud qalbieni u kuntent.

Waqt li nżommu f’qalbna l-eżempji ta’ umiltà, dedikazzjoni, affidibiltà li l-għażiż mejjet iħallilna, aħna ndewbu fuq it-tebut tiegħu l-Alleluia tal-qawmien mill-imwiet, billi nħalluh jidwi fl-ispirtu tagħna l-espressjonijiet, għalina familjari, tas-salmista:

“ll-Mulej hu d-dawl u s-salvazzjoni tiegħi, / min n min għandi nibża?  / Il-Mulej huwa l-kenn ta’ ħajti, / quddiem min għandi nitwerwer? / Ħaġa waħda tlabt lill-Mulej, / ħaġa waħda nfittex: / li ngħammar f’dar il-Mulej / tul il-jiem kollha ta’ ħajti / biex nitgħaxxaq bil-ħlewwa tal-Mulej . . .” (Sal 27, 1.4). Amen!

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading