Ġwanni Pawlu II f’quddiesa b’sufraġju għall- Kardinal Slipy

QUDDIESA B’SUFRAĠJU TAL-KARDINAL UKREN JOSYF SLIPYJ
OMELIJA TA’ ĠWANNI PAWLU II
L-Erbgħa, 17 ta’ Ottubru 1984

Ejjew għandi, intom li tinsabu għajjena u magħfusin, u jiena nserraħkom!”.

1. Ninsabu miġburin, għeżież ħuti, biex noffru is-sagrifiċċju tal-quddiesa b’sufraġju għall-Kardinal Josyf Slipyi, erbgħin jum wara mewtu, skont it-tradizzjoni liturġika tal-Knejjes orjentali.

Il-kelma ta’ Kristu, meħudha mill-Vanġelu ta’ Mattew, tissintetizza, wieħed jistà jgħid, l-eżistenza twila u diffiċli tal-maħbub Arċisqof maġġur.

Nafu nfatti kemm hu kien għajjien u nkwetat: imma nafu wkoll li qatt ma naqsu il-konfort ta’ Kristu.  Matul il-viċissitudni twila ta’ kkundannat u mbagħad ta’ eżiljat, dejjem kienet ta’ konfort u ta’ stimulu l-affermazzjoni tal-Imgħallem divin: “Ejjew għandi intom li intom għajjiena u magħfusin!”.

Il-Kardinal Slipyi fi Kristu sab dejjem u unikament ir-rinfreskar biex ikun jistà jkun bniedem ta’ fidi indomitabbli, ragħaj ta’ kuraġġ sod, xhud ta’ fedeltà erojka, personalità eminenti tal-Knisja.

Illum niftakruh b’imħabba partikolari u nitolbu għalih; it-tifkira tiegħu tibqà indelibbli fit-tifkiriet tal-istorja ċivili u reliġjuża u ma nistgħux ninsew il-figura tiegħu axxetika u hjeretika, severa u sollenni; b’nod speċjali ma nistgħu qatt ninsew it-tagħlim li huwa ta b’ħajtu kollha kemm hi.

2. Imwieled fis-17 ta’ Frar 1892 f’Zazdrist, fl-arċidijoċeżi ta’ Lviv, minn familja profondament kattolika, il-Kardinal Slipyi kien ordnat saċerbot fl-1917. Illawrijat fit-tejoloġija f’Innsbruck, ġie Ruma biex jipperfezzjona l-kultura tiegħu fl-Angelicum u fl-Università Gregorjana. Wara li reġa lura fi Lviv fl-1922, kien professor tat-tejoloġija fis-seminarju, waqqaf  u mexxa r-rivista tejoloġika trimestrali “Bohoslovia”, waqt li mbagġad sar rettur tas-seminarju, u fl-1928 l-ewwel rettur tal-Akkademja tat-tejoloġija u president tas-soċjetà xjentifiko-tejoloġika lokali. Billi fl-istess ħin iddedika ruħu għall-attività pastorali, ipparteċipa f’diversi kungressi unjonistiċi u kiteb diversi testi tat-tejoloġija, tal-filosofija, tal-letteratura, tal-istorja, tal-arti u tad-dritt kanoniku. Fl-25 ta’ Novembru 1939 ġie elett fil-Knisja titolari ta’ Serra u nnominat koadjutur bid-dritt ta’ suċċessjoni tal-metropolita Szeptyckyj, li mingħandu rċieva l-konsagrazzjoni episkopali u li fiha laħaq fil-gvern pastorali tal-arċidijoċesi fl-1 ta’ Novembru 1944, waqt li assuma wkoll it-titlu  tal-metropolija ta’ Halyc u ta’ Kamieniec.

Waqt it-tieni gwerra dinjija kellu wkoll iġarrab l-kontroll iebes tat-truppi tal-okkupazzjoni biex jiddefendi b’imħabba u bis-saħħa il-merħla afdata lilu.

Sfortunatament, fl-1945 kellu jintemm l-ewwel perijodu tal-ħajja tal-Kardinal Slipyi, dak bla dubju l-iktar sabiħ u l-iktar mimli sodisfazzjonijiet, minkejja l-ġrajjiet dolorużi tal-gwerra, u jibda l-perijodu tal-persekuzzjoni reliġjuża u tal-kundanni. Infatti, fil-11 ta’ April 1945, huwa ġie arrestat flimkien ma’ erbà isqfijiet oħra u kkundannat għal tminn snin ħabs u xogħol iebes. Hekk beda għalih l-itinerarju doloruż f’diversi kampijiet ta’ priġunerija, flimkien ma’ priġunieri komuni oħra u ma ppersegwitati oħra. Meta għaddew it-tminn snin, ġie mill-ġdid ikkundannat għall-eżilju fis-Siberja, kundanna li ġiet imġedda fl-1957 u mbagħad fl-1962. Hija ħaġa doloruża li nfakkar dan il-kalvarju twil, li bniedem innoċenti, arċisqof metropolitan, personalità ta’ valur kbir, kellu jġarrab minħabba l-fidi nisranija tiegħu! Imma l-verità ma tistax tkun injorata: din tirrendi xhieda lill-fidi bla biżà tal-Kardinal Slipyi u lir-rebħa finali u sikura tal-imħabba. Nafu li matul dawk is-snin ta’ priġunerija u ta’ xogħol iebes, huwa spiss irnexxieli jiċċelebra b’mod sigriet l-Ewkaristija, billi fi Kristu kien isib il-qawwa u l-ferħ li jbati miegħu u għalih, għad-difiża u l-manteniment tal-fidi tal-poplu tiegħu.

Fl-aħħar, fl-1963, wasal għall-Arċisqof Slipyi il-jum mhux mistenni tal-ħelsien. Kif inhu magħruf, Ġwanni XXIII irnexxielu jikseb il-ħelsien tiegħu, u fid 9 ta’ Frar 1963 l-Arċisqof  Josyf Slipyi wasal Ruma, milqugħ b’imħabba kbira. Waqt li kkwota l-Imitazzjoni ta’ Kristu , hekk mar jgħidlu l-predeċessur tiegħi Ġwanni XXIII fl-ewwel laqgħa imqanqla tiegħu: “Felix hora quando Iesus vocat de lacrimis ad gaudium spiritus!” (Imitazione di Cristo, L. II, cap. VIII). Hekk kien beda it-tielet perijodu tal-ħajja tal-Arċisqof ta’ Lviv, bogħod minn Art Twelidu u mid-dijoċesi tiegħu, imma dejjem imħeġġeġ miż-żelu għall-Knisja tiegħu u għall-kompatrijotti tiegħu imxerrda mad-dinja. Fit-23 ta’ Diċembru tal-istess sena, il-Papa Pawlu VI innominah arċisqof maġġur, kwalifika li kienet tagħtih drittijiet u privileġġi jixbħu dawk tal-patrijarki (cf. Orientalium Ecclesiarum, 10). Barra minn dan innominah membru tas-Sagra Kongregazzjoni għall-Knejjes orjentali u, fil-Konċistorju tat-22 ta’ Frar 1965, daħħlu fil-Kulleġġ Kardinalizju.

F’din l-aħħar parti tal-eżistenza tiegħu, il-Kardinal Slipyi żamm iż-żelu u d-dinamiżmu pastorali tiegħu: ħa sehem  b’mod attiv fil-Konċilju Vatikan II; żar id-diversi gruppi ta’ kattolċi Ukrajni imxerrda mal-Ewropa, fl-Istati Uniti, fil-Kanada, fl-Awstralja, ħa ħsieb ix-xjenza tejoloġika billi waqqaf iċ-Ċentru tal- istudji superjuri ta’ San Klement,, biex iżomm ħajja u effettiva t-tradizzjoni glorjuża reliġjuża u kulturali tal-poplu tiegħu; f’Marzu tal-1980 ħa sehem fix-xogħlijiet tas-Sinodu tal-isqfijiet ukrajni kattoliċi.

F’din it-tifkira funebri tal-mibki Kardinal Slipyi kienet meħtieġa talinqas sintesi tal-istadji ewlenin ta’ ħajtu, ukoll jekk il-ġrajja drammatika tal-eżistenza terrena, mimlija bi ġrajjiet impressjonanti, tibqà moħbija fis-sigriet ta’ Alla. Kif għidt ġo Winnipeg, fil-katidral ta’ San Vladimiro u Santa Olga: “Fil-perijodu ta’ diffikulta għall-Knisja kattolika Ukraina, huwa ġarrab sofferenzi u tbatijiet notevoli, imma ma kkrollax; anzi, bħal eroj irreżista b’dinjità”.

3. Mill-eżempju tiegħu jaslilna messaġġ, li jistà jservi lilna li għadna Pellegrini fit-toroq tad-dinja, u lill-Knisja kollha kemm hi; u l-kelma ta’ Alla proposta mill-bosta kitbiet tal-liturġija  jindikawlna l-kontenut u l-applikazzjoni  .

It-tbatija tal-martri, tal-ippersegwitati, tal-eżiljati, tal-emarġinati tqiegħed b’xhieda drammatika li l-kwadru tal-istorja umana huwa kważi dejjem xokk u turment. San Pawl iddikjara li saħansitra l-ħolqien stess – sottomess għall-kaduċità – jokrob u jsofri sallum it-tbatijiet tal-ħlas, u jrabbi t-tama li jkun ukoll meħlus mill-iskjavitu tal-korruzzjoni biex jidħol fil-libertà tal-glorja ta’ wlied Alla. Imma b’mod speċjali, aħna li nippossiedu l-ewwel frott tal-Ispirtu, nokorbu nternament waqt li nistennew il-manifestazzjoni glorjuża ta’ wlied Alla (cf. Rm 8, 10-23). Tali kliem iġegħlna nifhmu r-realtà ta’ firda inizjali, ta’ rifjut – “id-dnub tan-nisel” – li fl-ewwel żewġ krejaturi razzjonali għelbet lill-istess natura umana, tant li qatt mhu se jkun possibbli li neqirdu mid-dinja l-għeruq tal-ħażin u x-xewk kollu tad-dulur.

Imma fit-tama konna salvati! Huwa l-ispirtu stess li jinterċedi għalina bi krib inesprimibbli (cf. Rm 8, 26-27) u jġegħlna nifhmu li jeżisti “proġett providenzjali ta’ salvazzjoni”: Ġesù Kristu, l-Iben ta’Alla, li sar bniedem biex isalvana u  ssottametta ruħu għall-passjoni u l-mewt fuq is-salib biex jassumi l-ħtijiet tagħna u jerġa hekk jagħti lill-umanità l-ħajja soprannaturali. F’nofs l-istorja umana, li hija “storja tas-salvazzjoni”, hemm is-salib tal-Kalvarju, u jidwi l-kliem ta’ Kristu: “Jekk ippersegwitaw lili, għad jippersegwitaw lilkom ukoll” (Ġw 15, 20). “Ħenjin intom meta jippersegwitawkom minħabba fija!” (cf. Mt 5, 11).

Dawn huma l-virtujiet essenzjali – emmnuti fermament mill-Kardinal Slipyi, konvint li, kif kiteb San Pawl, “li t-tbatijiet ta’ issa m’għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina” (Rm 8, 18) – li hemm fih ukoll il-messaġġ fundamentali li bih iħeġġiġna biex ikollna fidi stretta fi Kristu: fidi mdawla, imma sempliċi u konfidenti, li taċċetta l-misteru, bħala konsegwenza loġika tar-rivelazzjoni divina; fidi kuraġġuża u dinamika, imma wkoll ġwejda u serena, għaliex, Gesù jgħid, “il-madmad tiegħi ħelu u t-toqol tiegħi ħafif” (Mt 11,30); fidi li tistà ssofri u tokrob, imma li ma tiġġarrafx, għaliex hija sikura li kbir huwa l-premju fis-smewwiet  (cf. Mt 5,12).

Għeżież ħuti.

Waqt li noffru s-sagrifiċċju qaddis għall-Kardinal Slipyi, aħna se nitolbu għalih, billi nimmeditaw fuq il-fidi erojka tiegħu; se nsejħu lill-Verġni Marija, għall-insara ppersegwitati fis-soċjetà attwali, għal ħutna Ukreni li jgħixu f’pajjiżhom u mxderrdin mad-dinja, għall-umanità kollha, sabiex ilkoll ikunu jistgħu jħossu fl-itinerarju tal-eżistenza tagħhom il-kliem ħelu u rassikuranti ta’ Kristu redentur: “Ejjew għandi, intom ilkoll li tinsabu għajjiena u magħfusin, u jiena nserraħkom!”.

Miġjub għall-Malti minn Emanuel Zarb

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading