Il-Qaddisin huma dejjem attwali. Kitba ta’ Patri Juan De Bono ocd

San Ġwann Bosco

Fl-aħħar jum tax-xahar ta’ Jannar, il-Knisja tiċċelebra lil San Ġwann Bosco, saċeredot Qaddis mill-belt ta’ Turin, li quddiem sitwazjoni xejn feliċi li ra madwaru fi żmien li hu sar saċerdot, xammar il-kmiem u ta l-enerġiji kollha tiegħu biex dawk l-aktar vulnerabbli fis-soċjeta, li l-ekonomija ta’ żmienu kienet qiegħdha tisfrutta (jiġifieri t-tfal), joħroġhom minn dak l-isfruttament, u jerġà jagħtihom id-dinjità li l-ekonomija kienet qiegħdha tisirqilhom.

Ħafna tfixkil mill-establishment ta’ żmienu

Ċertament, San Ġwann Bosco sab ħafna u ħafna tfixkil biex seta’ jwettaq din ir-riforma favur iċ-ċkejken, favur dawk li ma kellhomx vuċi, favur dawk li s-soċjeta kienet tikkunsidra bħala ‘oġġett’, aktar milli bħala ‘persuna b’dinjita’, imma San Ġwann Bosco ma qatax qalbu għax dak li huwa kien qiegħed jagħmel, ma kienx qiegħed jagħmlu biex itella’ l-likes fuq fb, jew biex d-dinja ttih rikonoxximenti umani, imma dak li hu kien imnebbaħ li jagħmel, kien qiegħed jagħmlu għax ra’ tassew il-valur li dawk it-tfal kellhom, id-dinita’ ta’ wlied Alla.

Tista’ torqod meta tara ż-żgħir ikkalpestat ?

Kif seta’ San Ġwann Bosco, jqiegħed rasu fuq l-imħabba u jorqod, meta tant u tant tfal kienu qegħdin jiġu sfruttati mis-soċjeta u mil-mudell ekonomiku tal-belt ta’ Turin li kienet qiegħdha tagħmel progress ekonomiku b’pass mgħaġġel ħafna ?

Kif seta’ San Ġwann Bosco jorqod meta kien jara kif tfal ta’ etajiet ċkjejkna flok imorru l-iskola u jitgħallmu xi sengħa li setgħet tkun ta’ għajnuna ‘l quddiem, kienu kostretti jitilgħu ċ-ċmieni biex inaddfuhom min-nugrufun, ħalli jaqilgħu xi munita biex setgħu jieklu xi ħaġa ?

Mhux tella’ posts fuq fb, imma xammar il-kmiem

U għalhekk, San Ġwann Bosco ġabar lil dawk it-tfal f’oratorju. Kien igħallimhom skola u snajja, kien jitmagħhom, kien iħobbhom bħalma Alla l-Missier iħobb liċ-ċkejknin, u meta jkunu laħqu l-eta’ li jibdew jaħdmu kien hu stess isibilhom impjieg dinjituż.

Kemm oppożizjoni sab San Ġwann Bosco biex dak li fil-qiegħ ta’ qalbu kulħadd jifhem li huwa ‘ovvju’ seta’ jwettqu………

Iqumu l-irwiefen forza tnax kontrih

Kemm qlajjiet intqalu fuq dan is-saċerdot żagħżugħ, kemm tgħajjir qala’, imma l-kumpass ta’ San Ġwann Bosco kien il-Vanġelu u mhux x’taħseb il-maġġoranza…..

Hija l-Knisja u l-Knisja BISS li matul is-sekli kemm ilha mwaqqfa li DEJJEM refgħet tassew liż-żgħir u qiegħditu fuq il-pedestal li fuqu kien qiegħdu Alla l-Imbierek.

Bullying

Illum kulħadd huwa konxju mil-fenomenu tal-bullying.

Kulħadd jaf iżda li min jibbulja (bla ma jinduna), juri/turi bl-għemil tiegħu/tagħha nnifsu li għandu/għandha problema hu/hi nnifisha. Turi b’għemilha li huwa/hija persuna nsikur/nsikura.

Ġesu’ u l-Vanġelu jiġu bullied kontinwament

Lil Ġesu’ nnifsu, it-Tieni Persuna tat-Trinita’, li kif lkoll nafu qatt ma uża l-vjolenza u dejjem tkellem b’mod seren u paċifiku, mhux biss ġie bbuljat, talli rċieva passjoni ħarxa u ssallab fuq salib proprju minħabba l-messaġ li Huwa wassal.

Qablu ġralu hekk Ġwann l-Battista u Profeti oħra.

Wara ġralhom hekk mijiet ta’ eluf ta’ martri.

X’konsolazjoni għalhekk għandu d-dixxiplu ta’ Ġesu’ meta Alla l-Imbierek innfsu jiggarantixxi lil dawn id-dixxipli tal-Vanġelu tallum (Ir-IV Ħadd ta’ matul is-sena): “Henjin dawk li huma ppersegwitati minħabba s-sewwa, għax tagħhom hija s-Saltna tas-Smewwiet. Henjin intom, meta jgħajrukom u jippersegwitawkom
u jaqilgħu kull xorta ta’ ħażen u gideb kontra tagħkom minħabba fija.
Ifirħu u thennew, għax ħlaskom kbir fis-smewwiet” (Mt 5, 11-12).

Ix-xemx tista’ tipprova tgħattiha bl-għarbiel, imma r-raġġi tax-xemx xorta jippenetraw dak l-għarbiel li hu mtaqqab minn kullimkien.

Is-Sależjani f’Malta

Malta kienet imbierka li wlied San Ġwann Bosco kienu preżenti fostna ħmistax-il-sena wara l-mewt ta’ dan il-Qaddis, meta grazzi għal Benefattur Alphons Marija Galea (li kien ra l-opra li kien waqqaf San Ġwann Bosco ġewwa Turin sena qabel dan miet fl-1888) twaqqfet l-ewwel dar tas-Sależjani ġewwa pajjiżna, dik ta’ Saint Patricks ġewwa Tas-Sliema.

Tliet snin wara l-ftuħ ta’ din id-dar, il-komunita kellha l-grazzja li jkollhom iż-żjara tal-ewwel Rettur Maġġuri tal-Kongregazjoni Sależjana, il-Beatu Mikiel Rua.

Illum din il-Kongreggazjoni, li hija mifruxa madwar id-dinja kollha għandha Rettur Maġġuri Għawdxi, Fr Fabio Attard.

San Ġwann Bosco Itlob għalina.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading