RELIKWA TA’ SAN FRANĠISK SE TKUN MEQJUMA F’MALTA
Kitba ta’ Michael Caruana
Ir-relikwa tal-garża wżata biex tixxotta d-demm tal-ferita tal-kustat ta’ San Frangisk se tkun f’Malta bejn it-8 u t-18 ta’ Frar. Din ir-relikwa se tinġieb Malta mill-Patrijiet Franġiskani Konventwali.

Matul dawn is-sbatax-il ġurnata r-relikwa se tkun għall-qima u għat-talb tan-nies f’diversi parroċċi. Ir-relikwa se tkun Burmarrad, Birkirkara, San Pawl il-Baħar, Raħal Ġdid, Santa Venera, il-Mosta, ir-Rabat, l-Isla, il-Qawra, San Ġiljan, il-Belt u Victoria Għawdex.
Fil-postijiet kollha fejn ir-relikwa se tkun għall-qima u għat-talb tan-nies tħejja programm ta’ attivitajiet fost oħrajn għat-tfal, għall-familja, għall-ħaddiema, għall-morda u l-anzjani u għall-komunità Indjana f’Malta,
Minn Settembru 1224 sakemm miet f’Ottubru 1226 San Franġisk kien iġorr f’ġismu s-sinjali tal-passjoni ta’ Ġesù. Is-sinjali kienu tal-imsiemer f’idejh u riġlejh u tal-kustat minfud f’sidru.
Din ir-relikwa hi tal-biċċa ġilda li kienet titqiegħed fuq il-ferita tal-kustat biex tixrob id-demm li tnixxi u biex tipproteġiha mill-ħruxija tal-materjal tas-suf tat-tonka li kien jilbes il-qaddis.
Hi magħrufa bħala r-relikwa tal-ġilda tal-kamoxxa. Il-kamoxxa hi speċi ta’ mogħża tas-selvaġġ li tgħix qalb il-muntanji. Din il-ġilda hi magħrufa għal kemm hi ratba u għall-fatt li tassorbi ħafna.
Ir-relikwarju tal-fidda li fih hi esposta din ir-relikwa għandu minqux fih l-isem tal-Kustodju tas-Sacro Convento, Fra Cornelius Rosa, li ġabar għalih u s-sena 1602. Din ir-relikwa, li jidher li ilha tinżamm fis-Sacro Convento f’Assisi sa mis-seklu ħmistax, illum tinżamm fil-kappella San Nikola fil-bażilka t’isfel ta’ San Franġisk f’Assisi flimkien ma’ relikwi oħra li huma esposti għall-qima tal-pellegrini.
Ta’ interess partikolari fl-attivitajiet li se jsiru f’Malta huma s-summit għat-tfal tal-iskejjel li qed jiġi organizzat b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika fiċ-Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni f’Birkirkara t-Tnejn 9 ta’ Frar fid-9.30am; il-quddiesa għall-anzjani u l-morda fil-parroċċa Kristu Re Raħal Ġdid l-Erbgħa 11 ta’ Frar fl-10am; iż-żjara fid-Dar tal-Kleru Birkirkara s-Sibt 14 ta’ Frar fit-8.30am; il-meditazzjoni mużikali Franġiskana fil-knisja San Franġisk Birkirkara s-Sibt 14 ta’ Frar fis-7.30pm; iż-żjara fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin it-Tlieta 17 ta’ Frar fit-8.15am u ċ-ċelebrazzjoni Ewkaristika għall-aħwa kollha Franġiskani fil-Monasteru Santa Klara San Ġiljan it-Tlieta 17 ta’ Frar fis-7pm.
Il-quddiesa għall-morda fil-knisja San Franġisk Victoria Għawdex it-Tnejn 16 ta’ Frar fid-9am se tkun iċċelebrata mill-Isqof Anton Teuma u l-quddiesa f’għeluq iż-żjara tar-relikwa ta’ San Franġisk f’Malta fil-kon-kattidral San Ġwann il-Belt l-Erbgħa 18 ta’ Frar fis-6pm se tkun konċelerata mill-Arċisqof Charles Scicluna.
PROGRAMM ŻJARA RELIKWA
TA’ SAN FRANĠISK TA’ ASSISI F’MALTA
8-18 TA’ FRAR 2026
IL-ĦADD 8 TA’ FRAR
Parroċċa Qalb bla Tebgħa ta’ Marija, BURMARRAD
5.30am It-talba tar-Rużarju
6.00am Quddiesa
6.45am L-Uffiċċju tal-Qari
9.30am It-Tifħir ta’ Sbiħ il-Jum
10.00am Quddiesa Solenni bl-omelija għat-tfal
Il-knisja tibqa’ miftuħa għat-talb sa nofsinhar.
Filgħaxija l-knisja tiftaħ fis-6.00pm
6.30pm L-Għasar (It-Talba ta’ filgħaxija)
7.00pm Quddiesa
Qabel kull quddiesa jintwera filmat qasir b’tagħrif dwar ir-relikwa.
IT-TNEJN 9 TA’ FRAR
Attivitá Skejjel b’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika
Post: ĊAK, Birkirkara
A call to renew our common home: Saint Francis’ vision
EkoSkola 14th Young People’s Summit
09:00am Registration
09:30am Welcome address by Fr Paul Darmanin, Provincial Vicar of the Franciscan Conventuals and Director of Ċentru Animazzjoni u Komunikazzjoni
09:35am Information about the relic
09.40am Brief explanation about the procedure to be adopted
09.45am Workshop sessions
11:00am Lunch break (participants to bring their own packed lunches)
12.00am Presentation and approval of the Declaration
12.30am Conclusion of the Summit and veneration of the relic
Parroċċa Marija Addolorata, SAN PAWL IL-BAĦAR
5.30pmWasla tar-Relikwa u jingħad l-Għasar
6.00pm Quddiesa fil-Knisja Parrokkjali bis-sehem tal-Kor Parrokkjali
7.30pm Quddiesa mill-Komunità Indjana
IT-TLIETA 10 TA’ FRAR
Parroċċa Marija Addolorata, SAN PAWL IL-BAĦAR
7.00am Quddiesa animata mis-Sorijiet Agostinjani
9.00am Quddiesa għat-tfal bil-kant mill-grupp “L-Għolja ta’ Sijon”.
11.00am Quddiesa bl-Ingliż bil-kant minn Simone Vella
3.00pm Quddiesa mill-Komunità Indjana
5.00pm Quddiesa Kkonċelebrata u mmexxija minn Mons. Joseph Zammit
7.30pm Ċelebrazzjoni Liturġika mmexxija mill-Patrijiet
L-ERBGĦA 11 TA’ FRAR
Jum il-Morda
10.00am Quddiesa bis-sehem tal-morda u l-anzjani. Parroċċa Kristu Re, PAOLA
6.30pm Liberation Mass. Parroċċa Santa Venera, STA VENERA. Tixxandar diretta fuq UTV u fuq Xejk
IL-ĦAMIS 12 TA’ FRAR
Pax et Bonum, IL-MOSTA
Ir-relikwa tasal fit-8.00am
9.00am quddiesa konċelebrata flimkien mal-patrijiet li soltu jqaddsu fid-dar u wara tibqa’ għall-qima u t-talb privat tan-nies sa nofsinhar.
Knisja San Franġisk, RABAT (Malta)
5.00pm Ir-Relikwa titqiegħed għall-qima fil-knisja
5.30pm Kuruna Franġiskana
6.15pm Konċelebrazzjoni flimkien mal-Arċipriet tal-Bażilka ta’ San Pawl u s-saċerdoti u r-reliġjużi tar-Rabat
7.00pm L-Uffiċċju tal-Qari tal-festa ta’ San Franġisk u nagħlqu b’ċelebrazzjoni ewkaristika u Barka Sagramentali.
IL-ĠIMGĦA 13 TA’ FRAR
Knisja tal-Lunzjata u San Duminku, Il-BIRGU
7.00am L-Uffiċċju Divin ta’ San Franġisk
7.30am Quddiesa votiva ta’ San Franġisk u wara riflessjoni fuq ir-relazzjoni ta’ San Franġisk u San Duminku.
Parroċċa Marija Bambina, L-ISLA
9.15am tasal ir-Relikwa fi-Bażilika, Kolleġġjata u Santwarju ta’ Marija Bambina
10.00am Quddiesa għat-tfal bil-priedka fuq San Franġisk mill-Arċipriet l-Kan. Robin Camilleri
10.45am ir-Relikwa tkun esposta quddiem ix-xhieha mirakoluża ta’ Ġesu’ Redentur sal-12pm
4.15pm ir-Relikwa tkun esposta quddiem ix-xhieha mirakoluża ta’ Ġesu’ Redentur
5.00pm mument ta’ qalb
6.00pm Quddiesa Solenni mistiedna il-parroċċi u r-reliġjużi tal-Kottonera. Fl-aħħar l-Arċipriet jippreżenta donazzjoni lil Provinċjal sabiex tgħin għaċ-ċelebrazzjonijiet tat-800 sena.
IS-SIBT 14 TA’ FRAR
Dar tal-Kleru, BIRKIRKARA
8.30am Tasal ir-Relikwa fil-Kappella għal qima u talb privat
9.30am Quddiesa
Wara r-Relikwa tibqa’ fil-Kappella għall-qima u talb privat sa nofsinhar
Knisja San Franġisk, BIRKIRKARA
6.00pm: Ċelebrazzjoni Franġiskana
6.30pm: Quddiesa Solenni bis-sehem tal-Parroċċi u l-komunitajiet kollha Karkariżi
7.30pm: Meditazzjoni Mużikali Franġiskana
Soprani – Francesca Aquilina, Daniela Briffa
Tenur – Mark Edward Grima
Baxx – Albert Buttigieg
Orgni – Dr. Hugo Aguis Muscat
Direttur – P. Robert Calleja OFM Conv.
IL-ĦADD 15 TA’ FRAR
Parroċċa San Franġisk, IL-QAWRA
8.00am Quddiesa
9.30am Quddiesa għat-tfal u l-familji tagħhom
11.00am Mass in English
12.00pm Mass for the Indian Syromalabar Community
6.30pm Quddiesa ikkonċelebrata
IT-TNEJN 16 TA’ FRAR
Knisja San Franġisk, VICTORIA Għawdex
9.00am Quddiesa għall-morda. Jiċċelebra l-E.T. l-Isqof Anton Teuma
5.45pm Rużarju
6.15pm Kurunella ta’ San Franġisk
6.30pm Quddiesa Konċelebrata bil-parteċipazzjoni tal-Komunitajiet Franġiskani ġewwa Għawdex
7.30pm Quddiesa mill-Komunità Indjana tar-Rit Syromalabar
IT-TLIETA 17 TA’ FRAR
Faċilità Korrettiva Kordin, PAOLA
8.15am Tasal ir-Relikwa
9.00am Quddiesa
Monasteru Santa Klara, SAN ĠILJAN
6.30pm Tasal ir-Relikwa fil-Kappella tal-Monasteru
7.00pm Ċelebrazzjoni Ewkaristika minn W.R. Provinċjal Ivan Scicluna OFMCap. Mistiedna l-aħwa kollha Franġiskani.
8.00pm Ir-Relikwa titieħed fil-Monasteru għal ftit waqtiet ta’ talb privat mill-Klarissi
L-ERBGĦA 18 TA’ FRAR
Knisja San Franġisk, VALLETTA
* Qrar illum se jkun bejn 7.00am u 1.00pm
7.00am Quddiesa bit-tqeghid tal-irmied.
9.15am Via Sagra Franġiskana. Imexxi l-Gwardjan Fra Ġorġ Micallef OFM Conv bis-sehem tal-Ordni Franġiskan Sekular.
10.00am Quddiesa Solenni bit-tqeghid tal-irmied. Imexxi l-Eċċellenza Tieghu Mons. George Frendo O.P Arċisqof Emeritus tal-Albanija, bis-sehem tal-Komunita tal-Patrijiet flimkien mar-Retturi u l-Kappillani tal-Parroċċi u l-Knejjes tal-Belt u l-Furjana
12.00pm Talb ta’ Nofs il-Jum (Ora Media)
12.35pm Quddiesa għall-ħaddiema. Imexxi Fr. Victor Paul Farrugia. Janimaw din il-Quddiesa l-Grupp ‘’It-Triq’’.
* Wara Nofs inhar il-Knisja tibqa miftuha għat-talb privat
4.00pm Talb tal-Għasar u Barka Sagramentali.
Kon-Katidral ta’ San Ġwann, VALLETTA
6.00pm Quddies Pontifikali mill-E.T. Mons. Charles Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Quddiesa bir-rit tat-tqegħid tal-Irmied f’għeluq iż-Żjara tar-Relikwa ta’ San Franġisk f’Malta.