Min kienet Etty Hillesum li semma l-Papa?

Nhar il-Ħadd 9 ta’ Marzu 2026, li kien it-Tielet Ħadd tar-Randan waqt il-messaġġ tiegħu tal-Angelus, il-Papa Ljun XIV għamel referenza għal Etty Hillesum u d-djarju tagħha.

Etty kienet mara Lhudija Olandiża li saret magħrufa għad-djarji u l-ittri profondi tagħha u li hija kitbet matul it-Tieni Ġwerra Dinjija, meta l-Olanda kienet taħt l-okkupazzjoni Nażista.

Hija twildet fl-1914 f’Middelburg. Studjat il-liġi u l-lingwi f’Amsterdam. Imma fl-1941 meta kien għad kellha biss 17 sena, bdiet il-persekuzzjoni Nażista kontra l-Lhud, u kien hemm li hija bdiet tikteb djarju personali fejn irrakkuntat il-ħsibijiet, il-biżgħat u t-tfittxija spiritwali li kienet għaddejja minnu.

Aktar tard kienet meħuda fil-kamp ta’ Westerbork. Dan kien post ta’ detenzjoni Nazista fl-Olanda bl-iskop ewlieni li jżomm maqfula fih Lhud, Roma, u oħrajn, sakemm dawn jkunu deportati lejn kampijiet ta’ konċentrament fl-Ewropa tal-Lvant, fejn huma jkunu maqtula. Kien hemm li Etty Hillesum bdiet tgħin volontarjament fost id-detenuti l-oħra.

Fil-kitbiet tagħha hija ddeskriviet il-kundizzjonijiet diffiċli li kien hemm fil-kamp. Minkejja s-sitwazzjoni terribbli li kien hemm, hija għamelet ħilitha biex iżżomm fiha u fl-oħrajn it-tama u umanità. Hemm hija kitbet ukoll riflessjonijiet spiritwali profondi dwar Alla, il-ħajja u t-tbatija

Fl-1943 ġiet deportata lejn Auschwitz-Birkenau, fejn mietet ftit wara li waslet, fl-età ta’ 29 sena.

Id-djarji tagħha kienu ppubblikati wara l-gwerra fil-ktieb, “An Interrupted Life”.

Illum hija meqjusa bħala vuċi importanti mill-Olokawst u eżempju ta’ reżiljenza spiritwali u umanità f’żmien ta’ barbariżmu.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading