Verġni u Duttur tal-Knisja
Marie-Francoise-Therese Martin twieldet fit-2 ta’ Jannar, 1873, f’Alencon, Franza. Kienet l-iżgħar fost disa’ aħwa, erbgħa minnhom mietu żgħar, il-ħamsa l-oħra li kienu bniet, waħda wara l-oħra, daħlu sorijiet, tlieta minnhom, fosthom Tereża, mal-Karmelitani. Missierha kellu daqxejn ta’ negozju tal-ġojjelli u ommha kienet taħdem il-bizzilla.

Santa Tereża dikjara Duttur tal-Knisja
Ittra Appostolika tal-Papa Ġwanni Pawlu II tiddikjara lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u tal-Wiċċ Imqaddes bħala Duttur tal-Knisja Universali. 19/10/1997
Storja ta’ Ruħ. Noti minn Patri Juan De Bono ocd

F’din l-istorja ta’ ruħ, minn Santa Tereża tal-Bambin Ġesù, aħna nilmħu x’kapaċi joħloq Alla meta l-bniedem jintelaq f’idejH. Tereża kienet bħalna, imma fiha kellha tbaqabaq qalb li taf tħobb, u li għax tassew kienet taf tħobb, ma setgħetx tħobb bil-biċċiet, jew safejn jaqbel lilha. kompli …
Tama f’Alla u tama fil-bniedem
Tama f’Alla u tama fil-bniedem
Fl-1 ta’ Ottubru l-Knisja tiċċelebra lil Santa Tereża tal-Bambin Ġesu’ u tal-Wiċċ Imqaddes, tfajla li mietet fl-1897, u li ġiet iddikjarata Qaddisa fl-1925.
Aktar dwar Santa Tereża tal-Bambin Ġesù u tal-Wiċċ Imqaddes …

