Qari mill-Ittra ta’ San Franġisk ta’ Assisi miktuba lill-Insara kollha

(EpFid II,2-5.11-15.18-21.32-40.45.47-50.87-88)

Hienja u mberkin dawk li jħobbu lil Alla

Bħala qaddej ta’ kulħadd, jiena fid-dmir li naqdi lil kulħadd u li nqassam lil kulħadd il-kliem kollha fwieħa tal-Mulej tiegħi. Għaldaqstant, billi jiena naf li ma nistax inżurkom wieħed wieħed, minħabba li jiena marid u minħabba d-dgħufija ta’ ġismi, jiena qtajtha li permezz ta’ din l-ittra u messaġġ tiegħi, nerġa’ nwasslilkom il-kliem tal-Mulej tagħna Ġesù Kristu, li hu l-Verb tal-Missier, u li nagħtikom il-kliem tal-Ispirtu s-Santu, li huma spirtu u ħajja.

ARA AKTAR