V… Kristu Ġesù, l-Irxoxt, juri lilu nnifsu lilna, jagħtina l-paċi tiegħu u jistedinna nemmnu. B’qalbna mimlija fiduċja, ejjew induru lejn il-Missier u nitolbuh: Mulej, isma’ t-talba tagħna.
1. Nitolbu għall-Knisja biex imġedda bil-qawwa tal-Evanġelju tħabbar bil-ferħ il-qawmien ta’ Kristu mill-imwiet u ġġib it-tama lid-dinja kollha. Nitolbu
2. Nitolbu għal kull min għandu awtorità politika sabiex mimlija bl-għerf tiegħek jagħrfu jieħdu deċiżjonijiet b’integrità, u b’umiltà jfittxu dejjem il-ġid komuni. Nitolbu
3. Nitolbu għall-morda, għal dawk li qegħdin isofru, għall-foqra u għal dawk kollha li jħossuhom abbandunati sabiex iħossu l-preżenza ta’ Kristu Rxoxt u jsibu l-faraġ, il-fejqan u t-tama mġedda fil-wegħda tal-ħajja ta’ dejjem. Nitolbu
4. Nitolbu biex, fuq l-eżempju ta’ Tumas, negħlbu d-dubji u l-biżgħat tagħna, billi nagħrfu l-preżenza ħajja ta’ Ġesù fostna u nsiru strumenti tal-paċi u tal-imħabba ħanina tiegħu għal ħutna. Nitolbu
V… O Missier Twajjeb, li fl-Għid ta’ Ibnek ftaħtilna l-bibien tal-ħajja ta’ dejjem, nitolbuk tisma’ u taċċetta t-talb li qegħdin nagħmlulek f’dan il-jum. Bi Kristu Sidna.