Talb tal-interċessjoni. Is-7 Ħadd tal-Għid u Tlugħ il-Mulej fis-Sema

Talb tal-interċessjoni

V… Fiduċjużi fil-wegħda li Ġesù għamlilna li sa jkun dejjem magħna u li sa jwassalna għall-ferħ tas-Sema, ejjew induru lejH u nippreżentawlu t-talb tagħna.

1. Għall-Knisja biex tagħti xhieda tal-Evanġelju b’kuraġġ u mingħajr biżà, u twettaq il-missjoni ta’ Kristu li tagħmel dixxipli mill-ġnus kollha. Nitolbu

2. Għall-mexxejja tad-dinja biex jippruvaw dejjem jaġixxu bil-ġustizzja u l-għerf u, mmexxija mill-Ispirtu, iġibu t-tama lil dawk li qegħdin ibatu minn kunflitti differenti. Nitolbu

3. Għal kull min għandu qalbu maqtugħa biex, kif id-dixxipli kienu assigurati mill-preżenza tal-Ispirtu, huma wkoll isibu faraġ fil-wegħda ta’ Kristu li qatt ma hu se jabbandunahom. Nitolbu

4. Għall-komunità tagħna biex inżommu qlubna u moħħna ffissati fis-Sema waqt li naħdmu b’fedeltà biex nittrasformaw id-dinja tagħna f’post ta’ mħabba u ġustizzja. Nitolbu

V… O Alla li tista’ kollox, Int li għollejt lil Ibnek fuq il-lemin tiegħek, isma’ t-talb tagħna, u agħtina li aħna, li nħarsu ʹl quddiem biex naqsmu l-glorja Tiegħu, nistgħu nagħtu xhieda tal-imħabba Tiegħu fid-dinja. Bi Kristu Sidna.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading