Żmien ta’ mistrieħ
Żmien is-sajf.
Żmien ta’ ftit ħin ta’ mistrieħ.
Malta tintela aktar mis-soltu bit-turisti mid-dinja kollha li jiġu jistrieħu fuq din il-blata mbierka bix-xemx, b’baħar mill-isbaħ, storja kull fejn tħares u popolazjoni li tilqgħek.
Il-Maltin ifittxu ftit mistrieħ. Min jitla’ xi jiem Għawdex, min isiefer, min forsi jmur ftit sal-baħar, imma ntant, il-mument li tiġi lura mil-mument tal-mistrieħ tiegħek, id-diffikultajiet li kellek fuq il-platt se ssibhom għadhom hemm, anki jekk forsi tħossok mimli b’aktar enerġija biex tiffaċjhom.

Se jasal stadju li fih se jingħalaq is-separju tal-ħajja, u ma jerġax jinfetaħ
Imma f’xi stadju fil-ħajja, se jasal il-mument li s-separju jagħlaq fuq ħajjitna u nispiċċaw parti minn storja. Il-ġisem ma jkunx għadu kesaħ li l-ulied ma jisparawx għand Nutar u jitolbuh ifittex item ir-riċerki ħalli jinqasam il-ġid, u r-rota tibqa’ ddur. Tassew li kif ngħidu bil-Malti, frott il-bieżel igawdih l-għażżien.
Imma x’ikun ġara minn dik il-persuna li tkun ħalliet id-dinja ?
Ohhhhhhhh il-mument li dik il-persuna tagħlaq għajnejha dik il-persuna tibda tgħix GĦAL DEJJEM għal dak li għaliha ġiet maħluqa, jew tgawdija għal dejjem, jew dannazjoni għal dejjem.
Alla hu tassew ħanin, imma Alla hu anki ġust, u allura int tistenna li min sal-aħħar baqa’ jirrifjuta l-grazzja ta’ Alla, min sal-aħħar baqa’ ma jagħmilx il-homework, int tistenna li se jgħaddi mill-eżami !!!!! Int tistenna li min baqa’ sal-aħħar ma biddilx il-fanal miksur, il-karozza se tgħaddi mil-VRT ?
Maħluqin minn Alla biex nirritornaw għandU
Il-ħajja wara li mmutu qisha bħal dik il-karozza li fl-aħħar tinxtara minn xi ħadd u jibda jużaha għal bżonnijiet li tassew ġiet immanifatturata fil-fabbrika għalija. Il-ħajja qisha bħal dak is-sellum li jibda fl-aħħar jintuża minn min jixtrih biex jilħaq xi ħaġa fil-għoli. Il-ħajja qishu dak il-mobile li tibda tużah biex iċċempel, jew biex taqra jew tibgħat xi messaġ.
Insomma AĦNA ĠEJNA MAĦLUQA MINN ALLA BIEX NGĦIXU MIEGĦU GĦAL DEJJEM.
Aħna ġejna maħluqa biex nagħrfu, naqdu u nservu lil Alla u wara din il-ħajja mmorru ngawduH għal kemm hi twila l-eternita’.
NISTGĦU QATT NIMMAĠINAW XI TFISSER ETERNITA’ ?
Santa Tereża ta’ Ġesu’ kienet spiss tirrepeti l-kliem: ‘għal dejjem, għal dejjem, għal dejjem’.
Huwa għal kollox irrilevanti li d-dinja tkun taf min int, u li tibqa’ tissemma wara li tmut
Xi wħud jagħmlu minn kollox biex jibqgħu jissemmew, imma who cares x’jaħsbu l-oħrajn dwari wara li mmut, u to be honest lanqas sakemm għadni fuq din l-art ma jinteressani xin-nies jaħsbu dwari.
WHO CARES ?
Min jgħollik mgħola s-smewwiet, u min jitsmak ta’ tapit, IMMA DAK LI JGĦODD LI TKUN MAĦBUB MINN DAK LI MINNU ĠEJT MAĦLUQ U LI MIEGĦU SE TQATTA L-ETERNITA’.
Issa billi d-dinja tagħtik it-titlu ta’ ‘Professur’, x’se jbiddillek lilek f’ħajtek ?
La ssejjaħlek ‘professur’, tippretendi li int aktar ‘bravu’ minn dawk li d-dinja ma tirrikonnoxihomx bħala ‘professuri’, u ħafna drabi meta tisma lil dawn li d-dinja tirrikonoxxihom bħala ‘Professuri’, aktar tintebaħ kemm tassew jista’ jkunu bravi fil-kamp li jkunu studjaw, imma li mbagħad ma jkunux jafu dak li l-aktar hu meħtieġ li kull bniedem ikun jaf.
Il-VERU għerf
Il-VERU GĦERF JIKKONSISTI LI TINTEBAĦ LI INT KREJATURA MAĦLUWA MINN ALLA U LI XI DARBA MSEJJAĦ BIEX TINGĦAQD MIEGĦU GĦAL DEJJEM.
U addio titli mbagħad……..
Tmur tfittex marid l-isptar li meta kien iżgħar ikun professur jew personalita’ ta’ ċertu mportantza, u addio titli meta tmur issaqsi għalihom, għax fir-reception kull ma jkollhom bżonn huwa biss il-kunjom u l-isem tal-persuna u min fejn hi. Addio titli !!!!!!!!
Ara ma tkunx INGANNAT
Kemm kellu raġun San Ġorġ Preca li jitkellem fuq l-INGANN.
Iva l-bniedem spiss ikun ingannat, u how sad li ssib ruħek ingannat fl-aħħar ta’ ħajtek meta tkunx tista’ ddawwar l-arloġġ lura!!!!!
fIis-sajf IVA STRIEĦ, imma FTAKAR THAT LIFE IS NOT JUSTTTTTTTTTT NOW.
HEMM ĦAJJA LI MA TINTEMM QATT, u ISSA HUWA ŻMIEN LI TĦEJJI GĦAL DIK IL-ĦAJJA.