Il-Provinċja Tereżjana qiegħdha toffri B’XEJN u b’PARKING PROVDUT ġewwa s-Sala Madonna tal-Karmnu (Triq il-Wied, B’Kara) sett ta’ sitt konferenzi dwar il-Qaddis Mistiku San Ġwann tas-Salib. Il-jiem ikunu dejjem is-Sibt u l-ħin se jkun bejn id-9.30 u l-10.30 ta’ filgħodu.
Id-dati għal dawn il-konferenzi huma dawn …
Il-ħames tapep huma dawn:
- Introduzjoni Ġenerali (11 ta’ Lulju)
- I tappa Rumanzi u Poemi (8 ta’ Awissu)
- II tappa Telgħa tal-Għolja tal-Karmelu, Purifikazjoni Attiva (19 ta’ Settembru)
- III tappa Lejl Mudlam, Purifikazjoni Passiva (10 ta’ Ottubru)
- IV tappa Kantiku Spiritwali, L-ewwel laqgħa ma’ Alla u ż-żwieġ spiraitwali (14 ta’ Novembru).
- V tappa Fjamma Ħajja ta’ mħabba, Alla u l-bniedem jgħixu bħala entita’ waħda (5 ta’ Diċembru)
Nittamaw li narawkom.