Il-Mirakli Ewkaristiċi (106)

minn Manwel Cutajar

L-Aspetti differenti fit-Tagħlim tal-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja u dak tad-Dutturi tal-Knisja dwar il-Mirakli Ewkaristiċi (2)

Wara li fl-artiklu preċedenti (Nru.105) tkellimna dwar dak li xi whud mill-Missirijiet tal-Knisja Kattolika qalu jew kitbu u għallmu dwar il-Mirakli Ewkaristiċi issa se nkomplu nipprofondux ftit aktar dwar min kienu dawn il-Missirijiet u (anki l-Ommijiet tal-Knisja), kif ukoll min kienu d-Dutturi tal-Knisja li ġew sekli wara fI-Istorja tal-Kristjaneżimu tal-Punent u dik tal-Kristjaneżmu tal-Lvant.

Kemm il-Missirijiet tal-Knisja (bil-Latin Sancti Ecclesiae Patres jew kif insejħulhom ukoll (is-Santi Padri) kifukoll id-Dutturi tal-Knisja (bil-Latin Sancti Ecclesiae Doctores) ikkonsidraw, talbu lil Alla u mmeditajaw,u kitbu dwar il-Mirakli Ewkaristiċi li dawn mhumiex sempliċement “wirjiet misterjużi u mirakolużi”, iżda huma mezzi spiritwali u konfermazzjonijiet teoloġiċi tal-Preżenza reali ta’ Ġesù Kristu fl-Ewkaristija, u fuq kollox Grazzji u għajnuniet Spiritwali ta’ Alla kontra d-dubji u n-nuqqas ta’ Fidi ta’ xi whud mill-bnedmin fl-Ewkaristija.

Dawn il-Missirijiet u Dutturi tal-Knisja studjaw, kitbu dwar il-Mirakli Ewkaristiċi u, xi whud saħansitra esperjenzawhom ukoll personalment, primarjament permezz tal-Kontemplazzjoni spiritwali, biblika, teoloġika, filosofika u fil-kuntest storiku u ta’ żminijiethom.

Fid-dawl ta’ dan kollu ċertament l-approċċ ta’ dawn il-Missirijiiet u Dutturi tal-Knisja seta’ kien, u fil-fatt hekk kien, differenti, imma dejjem fl-ambitu u l-limitital-Tradizzjoni Appostolika u tad-Duttrina u Dommi tal-Knisja Kattolika.

Id-differenzi bażikament jinsabu fil-kuntest storiku u l-iżvilupp teoloġiku tagħhom. Hekk, filwaqt li Il-Missirijiet tal-Knisja primarjament iddefendew ir-realtà tal-Preżenza fiżika ta’ Kristu fl-Ewkaristija kontra l-ereżiji bikrin, id-Dutturi tal-Knisja żviluppaw il-qafas filosofiku-teoloġu u sistematiku (bħat-Transubstanzjazzjoni) tal-Ewkaristija li jirregola kif il-Knisja fehmet u għadha tifhem il-Mirakli Ewkaristiċi llum.

Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja (ċ. 100–800 AD)

Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja Kattolika Oċċidentali ( tal-Punent) u dik Orjentali (tal-Lvant) huma kittieba tal-Knisja Nisranija bikrija. Dwar l-Ewkaristija, l-enfasi primarja tagħhom ma kinitx l-aktar fuq l-investigazzjoni ta’ dehriet mirakolużi fiżiċi (bħal Ostji kkonsagrati li jnixxu id-Demm minnhom, u dehriet oħra simili ), iżda fuq l-affermazzjoni fit-Twemmin tagħhom u tal-Knisja Kattolika li l-Ewkaristija hija tabilħaqq il-Ġisem u d-Demm ta’ Sidna Ġesù Kristu, bir-Ruħ u d-Divinità Tiegħu.

Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja kitbu primarjament biex jiġġieldu l-Gnostiċiżmu u d-Doċetiżmu—ereżiji li kienu jsostnu li Ġesù ma kellux Ġisem fiżiku reali, u tant ereżijiet oħra matul is-sekli bikrin tal-Kristjaniżmu. Dawn il-Missirijiet u l-Ommijiet qiesu l-Mirakli Ewkaristiċi l-ewwel u qabel kollox bħala esperjenzi Spiritwali u Mistiċi li jippermetti Alla għall-ġid spiritwali tal-bnedmin.

  •  

L-Approċċ Patristiku

Dawn il-Missirijiet u l-Ommijiet iffukaw fuq it-trasformazzjoni sagramentali u n-nutriment spiritwali tar-ruħ. Huma affermaw il-Preżenza reali ta’ Kristu fl-Ewkaristija permezz tal-Fidi u l-Iskrittura, u ġeneralment raw il-Liturġija Ewkaristika, b’mod speċjali ċ-Ċelebrazzjoni tal-Quddiesa bħala l-Miraklu Ewkaristiku Primarju, ewlieni u kontinwu.

 Meta ddokumentaw il-Mirakli Ewkaristiċi, ħafna drabi kienu dwar viżjonijiet mistiċi jew ġrajjiet reali u mirakolużi li jsaħħu l-Fidi profonda u jegħlbu d-diffkultajiet ta’ nuqqas ta’ Fidi fl-Ewkarsitija Divina.

Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja (Approċċ Spiritwali u Mistiku):


Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-bidu ffokaw ħafna fuq ir-realtà spiritwali u l-Misteru tal-Fidi. Huma qiesu l-Mirakli Ewkaristiċi bħala żvelar u proklamazzjoni pubblika ta’ dak kollu li diġà kien qed iseħħ kuljum b’mod inviżibbli f’kull Quddiesa li tiġi ċċelebrata kuljum fid-dinja.

Il-Padri tad-Deżert (madwar is-seklu 4): Il-monaċi bikrin kienu fost l-ewwel li ddokumentaw Mirakli Ewkaristiċi biex jirribattu, jgħallmu u jneħħu d-dubji, u d-dikjarazzjonijiet żbaljata u eretiċi kontra il-verità Dommatika tal-Preżenza reali ta’ Sidna Ġesù Kristu fl-Ewkaristija.

Il-Missirijiet u l-Ommijiet tal-Knisja għallmu li l-ħobż u l-inbid Ewkaristiku waqt il-Konsagrazzjoni jsiru realment il-Ġisem u d-Demm ta’ Ġesù Kristu, bir-Ruħ u d-Divinità Tiegħu, u enfasizzaw it-trasformazzjoni spiritwali u reali (it-Transubstanzjazzjoni) li titma’ u ssaħħaħ spiritwalment lill-fidili Nsara fiż-żminijiet bikrin tal-Kristjaneżmu li kienu jirċievu l-Ewkaristija.

Filwaqt li l-Knisja Nisranija bikrija hija tradizzjonalment magħrufa għal il-“Missirijiet tal-Knisja”, is-Santi Padri, irġiel għorrief u qaddisin tagħha (it-teologi u l-isqfijiet awtorevoli tat-Tieni sar-Raba’ sekli AD), l-Era Patristika kienet iffurmata wkoll minn nisa qaddisa, għorrief u influwenti ferm bit-tagħlim u l-ħajja spiritwali tagħhom fil-Knisja Nisranija u Kattolika kemm Oċċidentali kif ukoll Orjentali .

Dawn xi n-nisa whud minnhom kienu jissejħu l-Ommijiet tad-Deżert (jew Ammas) għax id-devozzjoni teoloġika tagħhom, il-pedamenti monastiċi, u l-gwida spiritwali tagħhom poġġew is-sisien essenzjali għad-Duttrina, u l-axxetiżmu Kattoliku u Nisrani.

(Nota: L-Ommijiet tad-Deżert kienu magħrufa bħala Ammas (“ommijiet spiritwali”), komparabbli mal-Missirijiet tad-Deżert (Abbas), minħabba r-rispett li kisbu bħala għalliema u diretturi spiritwali.Il-kelma Griega ἀμμάς ( ammás, li tfisser “omm” jew “infermiera”) hija kelma tat-trabi ta’ oriġini imitattiva, x’aktarx derivata minn lingwaġġ universali tat-trabi jew mislufa mill-Aramajk ( ʾimmā ) minħabba d-dehra tard tagħha fit-testi.

 Tifsira u Użu

Definizzjoni Ewlenija: Użata bħala terminu affettiva għal “omm,” “mamà,” jew “infermiera/infermiera mxarrba” fil-Grieg Antik u Koine.Jidhru wkoll bħala ἀμμά ( ammá ) u ἀμμία ( ammía )).

Hawnhekk se nsemmu whud minn dawn Ommijiet tal-Knisja.

L-Ommijiet Ewlenin tal-Era Patristika:

 ● Santa Perpetwa (ċ.182-203 AD) Mara nobbli prominenti ta’ Kartaġni. Hija msejħa “Omm tal-Knisja” minħabba l-martirju tagħha, li pprovda xhieda teoloġika għanja li saħħet is-sisien tal-Knisja Nisranija bikrija. Id-djarju tagħha, miktub waqt li kienet qed tistenna l-eżekuzzjoni tal-martirju tagħha, huwa wieħed mill-eqdem testi li għadhom jeżistu miktuba minn mara Nisranija.

 ● Sant’ Emmelija (ċ. 305–374): Omm ta’ tliet mexxejja ewlenin tal-Knisja: San Bażilju l-Kbir, San Girgor ta’ Nissa, u San Pietru ta’ Sebaste. Hija kkonvertiet il-proprjetà tal-familja tagħha f’komunità monastika kbira, u serviet bħala l-omm spiritwali tagħha u tat eżempju ta’ kif ommijiet Kristjani għandhom jmexxu bl-eżempju tagħhom.

 ● Santa Melania x-Xwejħa (ċ. 324-410 AD):Armla prominenti li użat il-ġid tagħha biex tivvjaġġa madwar l-Imperu Ruman. Hija msejħa “Omm tal-Knisja” għat-tagħlim u l-evanġelizzazzjoni estensivi tagħha, kif ukoll għat-twaqqif ta’ monasteru prominenti fuq il-Muntanja taż-Żebbuġ f’Ġerusalemm

 ● Santa Marċella (ċ. 325–410): Mara aristokratika Rumana li kkonvertiet il-palazz tagħha fuq l-Għolja Aventina f’monasteru u ċentru ta’ studju bibliku

● Santa Makrina ż-Żgħira (ċ. 327–379):Oħt il-kbira tat-teologi famużi Bażilju l-Kbir u Girgor ta’ Nissa. Hija msejħa “Omm tal-Knisja” għax ittrasformat il-proprjetà tal-familja tagħha f’waħda mill-ewwel komunitajiet monastiċi, billi ggwidat il-formazzjoni spiritwali u teoloġika ta’ ħutha.

● Santa Monika (ċ. 331–387 AD): Omm Santu Wistin ta’ Ippona. Hija meqjuma bħala omm spiritwali minħabba t-talb persistenti tagħha u l-gwida teoloġika li eventwalment wasslu lil Wistin għall-Kristjaneżmu. Santu Wistin iddokumenta sew id-diskussjonijiet filosofiċi u spiritwali tiegħu ma’ ommu fil- Konfessjonijiet tiegħu

Santa Maria tal-Eġittu (ċ. 344-421AD), li mirakolożament mxiet fuq wiċċ ix-xmara Ġordan biex tasal sa ħdejn patri Zosimus biex tirċievi mingħandu l-Ewkaristija, kif għidna f’artiklu preċidenti.

● Santa Pawla (ċ. 347–404): Armla Rumana għanja li marret toqgħod Betlehem. Hija waqqfet u ffinanzjat żewġ monasteri—wieħed għall-irġiel u ieħor għan-nisa—u pprovdiet is-sistema ta’ appoġġ u l-ambjent vitali fejn San Ġiromu temm it-traduzzjoni tiegħu tal-Bibbja Vulgata Latina.

● Santa Olimpja ta’ Kostantinopli (ċ.368–408): Djakonessa għanja u kollaboratriċi mill-qrib ta’ San Ġwann Krisostomu. Hija użat il-ġid personali tagħha biex twaqqaf monasteri, orfanatrofji, u sptarijiet, u kienet iċċelebrata għall-appoġġ sod tagħha għall-fidi ortodossa matul żminijiet ta’ persekuzzjonijiet.

Dawn l-Ommijiet tal-Knisja kienu magħrufa wkoll bħala:

 ● Fundattriċi Monastiċi: li stabbilew l-ewwel komunitajiet monastiċi, u ħolqu ċentri għat-talb, għall-istudju u r-riflessjoni teoloġika.

 ● Gwidi Spiritwali: Ħafna minnhom kienu diretturi spiritwali.

 ● Ommijiet tad-Deżert tal-Eġittu (bħal Ammas Syncletica) rikonoxxuti ferm għall-għerf profond u l-pariri spiritwali tagħhom.

 ● Ommijiet tal-Missirijiet tal-Knisja: Nisa bħal Santa Monika (omm Santu Wistin) u Santa Anthousa (omm San Ġwanni Krisostomu) huma meqjuma għall-impatt profond tagħhom fuq il-konverżjonijiet u l-ministeri ta’ wliedhom.

 ● Difensuri tal-Fidi: Santa Perpetua (martri tat-tielet seklu) tat xhieda qawwija u fundamentali tal-Fidi Nisranija fid-dawl tal-persekuzzjoni Rumana, u saħħet il-Knisja Nisranija bikrija.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading