Talb tal-interċessjoni. It-18-il Ħadd matul is-Sena

V… Fil-Kelma li tħabbret lilna llum, il-Mulej fakkarna li hu l-veru ħobż tal-ħajja tagħna. Imqawwijin b’dan ir-rigal ewkaristiku, noffrulu t-talb tagħna.

1. Agħti, Mulej, il-qawwa lir-ragħajja li inti qegħedt f’ismek biex ikomplu jħarsu l-Knisja tiegħek. Nitolbu

2. Agħti, Mulej, l-għerf lil dawk li ġew mogħtija t-tmexxija f’idejhom biex jirrispettaw lil kull persuna fit-totalità tagħha. Nitolbu

3. Agħti, Mulej, lill-ħaddiema kollha s-saħħa biex bix-xogħol tagħhom ikomplu jibnu soċjetà li tilqa’ lil kulħadd fiha. Nitolbu

4. Agħti, Mulej, l-Ewkaristija lilna li llum inġbarna biex inqimuk, biex ħajjitna dejjem tkun ta’ servizz għall-ħutna l-bnedmin. Nitolbu

V… Inroddulek ħajr Mulej, talli tajtna lilek innifsek fl-Ewkaristija mqaddsa biex b’hekk aħna nkunu nistgħu nġorruk kull fejn immorru. Bi Kristu Sidna

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading