Din hija talba sabiħa u profonda li għandna fit-tradizzjoni Injazjana. Insibuha fl-Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju ta’ Loyola u tesprimi l-qofol tal-mixja spiritwali ta’ min jixtieq jgħix f’unjoni sħiħa ma’ Alla.

Permezz tagħha, il-bniedem joffri lil Alla l-memorja, il-fehma u r-rieda, filwaqt li jagħraf li kull ma għandu hu don li rċieva mingħand il-Mulej.
Is-Suscipe mhijiex sempliċement talba ta’ ċaħda, iżda att ta’ fiduċja u mħabba, li bih il-persuna tħalli lil Alla jmexxi ħajjitha skont ir-rieda tiegħu. Hija talba li għada sal-lum għajn ta’ ispirazzjoni għal dawk kollha li jfittxu relazzjoni aktar profondi ma’ Alla, b’impenn akbar biex jaqduh fil-ħajja tagħhom ta’ kuljum.
Talba bil-Latin
Suscipe, Domine, universam meam libertatem.
Accipe memoriam, intellectum, atque voluntatem omnem.
Quidquid habeo vel possideo mihi largitus es; id Tibi totum restituo, ac Tuae prorsus voluntati trado gubernandum.
Amorem Tui solum cum gratia Tua mihi dones, et dives sum satis, nec aliud quidquam ultra posco.
Amen.
6 ta’ Awwissu 2026
Ara wkoll dwar … Eżerċizzi Spiritwali ta’ San Injazju ta’ Loyola
Talba sabiha tassew. Hija bbazata fuq il-kuncett tal-“Prekarjeta`”, jigifieri, li persuna tintelaq kompletament f’idejn Alla.