L-Impatt tal-Knisja fuq il-Letteratura (2)

Il-kontribut tal-Knisja Kattolika fl-istorja

Kitba ta’ Joe Galea

Fl-artiklu ta’ qabel dan, semmejna l-kibiet kbar ta’ Santu Wistin, fosthom bħal-‘L-Istqarrijiet’ u ‘Il-Belt ta’ Alla’.

Fost ħwejjeġ oħra, Santu Wistin jgħid li mhix innoċenza li wieħed li hu għani ħafna u għandu funtana ta’ ħalib dejjem ġej, anzi jfur, ma jaħmilx ieħor li m’għandu xejn u li jista’ jsostni ruħu biss bl-ikel li jirċievi. Santu Wistin jgħid li dawn in-nuqqasijiet jibqgħu jsiru għax għalkemm huma ħaġa ħażina jintesew maż-żmien. Imma għalkemm jitħalltu ma’ ġrajjiet oħra, m’għandhomx jiġu tollerati meta wieħed jinduna bihom, issa li qed jikber. Santu Wistin qisu jqiegħed taħt mikroskopju t-tfulija tiegħu u kompla jimmaġina meta jara l-imġieba xejn tajba tat-tfal ta’ madwaru.

L-“Istqarrijiet” hu meqjus bħala xogħol modern. Fis-seklu 20 kien hemm min imitah imma ħadd mar tajjeb daqsu. Għadu jinbiegħ f’kopji iktar minn bijografiji ta’ awturi oħra. Saru ħafna edizzjonijiet u l-e-books tiegħu huma bla għadd.

L-‘Istqarrijiet’ hu l-istorja ta’ Santu Wistin innifsu. Daħal fil-fond ta’ ruħu u allura aħna naraw lil ruħu f’dan ix-xogħol. Il-ktieb illum għadu jagħmel konverżjonijiet, avolja 16-il seklu wara.

Dawl fid-dlam

Anke fis-Snin tad-Dlam, fl-Ewropa tal-Punent kien hemm xrar ta’ ġenji li jidhru fid-dlam. U fejn insibuhom, naraw li huma dejjem Insara. Qisu ma kienx hemm wisgħa għal-kitba x’inkien ieħor.

Il-Venerabbli Beda hu wieħed minn dawn ix-xrar. Kien monaku Ingliż minn Northumbria, monaku edukat b’mod straordinarju għal żmienu. Kien jaf il-Grieg u l-Latin, li jagħmluh wieħed mill-ftit fost l-iskulari tal-Grieg fl-Ewropa tal-Punent. Għamel traduzzjonijiet tal-Misssirijiet Griegi tal-Knisja. Kiteb ukoll xogħol ta’ teoloġija.

L-ikbar sforz ta’ Beda kien l-“Istorja Ekkleżjastika tan-Nazzjoni Ingliż”, l-ewwel storja tal-Ingilterra, li spiċċaha fis-731. F’Beda naraw l-istil Latin komparat ma wħud tal-aqwa kitbiet taż-żmien klassiku, u organizza l-istorja tiegħu b’mod intelliġenti u rrakkontaha b’mod interessanti u li jiġbed l-attenzjoni. Hu xogħol ta’ storja eċċezzjonali għal kull epoka.

Fi żmien Charlemagne (Karlu Manju) kien hemm qawmien fil-kitba klassika. Kien żmien li ġab għadd ta’ kittieba tajbin. Forsi l-aqwa kien il-ħabib kbir ta’ Charlemagne Eginhard, jew Einhard, li kiteb il-“Ħajja ta’ Charlemagne”, li tħabbatha mal-aqwa bijografiji klassiċi ta’ nies kbar. Eginhard kien edukat f’monasteru, għalkemm ma kienx patri. Fil-fatt iżżewweġ, għalkemm hu u martu ddedikaw ruħhom ‘il quddiem għal żwieġ ta’ ċelibat.

Charlemagne, re tal-Franki, 748-814

‘Il quddiem naslu għaż-żmien ta’ Albertu l-Kbir u Tumas t’Akwinu, meta ftit mill aktar ħsibijiet profondi ġew espressi f’lingwaġġ li hu mudell ta’ ċarezza għall-filosfi fejn jidħlu mistoqsijiet difiċli. Tumas t’Akwinu hu magħruf għall-filosofija u x-xjenza imma tajjeb ngħidu li kien ta’ ħila fil-proża ta’ tagħlim kif ukoll fil-poeżija liturġika.

S’hawnhekk, il-letteratura kollha tal-Ewropa tal-Punent, għajr ftit eċċezzjonijiet, kienet prodotta mill-Knisja jew minn nies viċini ħafna tal-Knisja. Imma forsi l-aktar interessanti li naraw x’ġara meta l-letteratura sekulari bdiet tikkompeti għall-attenzjoni.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading