Kontijiet fil-bank. L-aqwa lbies. Aktar ġugarelli… Dejjem aktar. U b’hekk id-dinja tistabbilixxi min hu speċjali u min mhux. Hu messaġġ li l-ulied qed jisimgħu kuljum. Imma dan mhuwiex il-messaġġ ta’ Alla. Il-verità ta’ Alla hi sempliċi u ma tinbidel qatt: “Ma jgħoddx dak li għandek, imma dak li int.” U din hi verità li Pulcinello, il-Wemmick simpatku, jisma’ u jerġa’ jisma’ mingħand Eli, il-ħallieq tiegħu. Hu messaġġ li tajjeb naqsmuh mal-oħrajn.
Din il-power point presentation INTI TIEGĦI hi l-istorja fil-ktieb ta’ Max Lucado, li jaqdi fil-knisja ta’ Oak Hill Church of Christ, ta’ San Antonio, Texas. It-tpenġijiet tal-ktieb huma mill-pittur Sergio Martinez, mill-Belt tal-Messiku.
