Lumen Christi Publications flimkien ma’ Għimmanu-El Għaqda Presepisti Għajnsielem qed tieħu l-inizjattiva li għal dan il-Milied tippubblika ktieb għat-tfal dwar San Franġisk u l-Ewwel Presepju, anki biex tfakkar kif jixraq it-800 sena mill-mewt ta’ dan il-Qaddis kbir li kellu mħabba tant kbira lejn l-Inkarnazzjoni.

Illum it-tfal jirċievu rigali ta’ kull xorti, imma forsi ktieb ma għadux l-ewwel ħaġa li tiġina ġo moħħna! Safrattant, jibqa’ wieħed mill-aktar rigali sbieħ li nistgħu nagħtuhom, ħabib li jibqa’ magħhom. Għalhekk, jekk tixtieq taħseb minn qabel għal xi rigali lit-tfal tal-Parroċċa tiegħek dan il-Milied, dan il-ktieb jista’ jkun ir-rigal ideali!
Qed noffru l-possibbiltà li wieħed jibbukkja l-kopji tiegħu minn qabel. Għal numri kbar nistgħu anki nagħtu skont speċjali. Wara l-25 ta’ Novembru, il-ktieb ikun għall-bejgħ għall-prezz ta’ €10 (jew €20 b’qoxra iebsa).
Għal aktar informazzjoni ibgħat email fuq lumenchristipublications@churchingozo.mt