Ċelebrazzjonijiet liturġiċi mmexxija mill-Arċisqof fil-jiem tal-Għid

30/03/2026: L-Arċisqof Charles Scicluna jistieden lill-Insara biex jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet marbuta mal-jiem tat-Tridu tal-Għid li matulhom il-Knisja Kattolika tfakkar il-passjoni, il-mewt u l-qawmien ta’ Sidna Ġesù Kristu. F’dawn il-jiem qaddisa, l-Arċisqof se jippresiedi ċ-ċelebrazzjonijiet li se jsiru fil-Konkatidral ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta. 

aktar