Minn fejn gejja l-kelma “Madonna”

DOMANDA

Nixtieq inkun naf main fejn gejja l-kelma Madonna ghax nahseb li hemm hafna tifsiriet jekk taqsam il-kelma. Ma Donna. (Godwin Ciantar, 4 ta’ Ġunju 2015)

TWEĠIBA minn Joe Farrugia

Il-kelma, “Madonna” ġejja mil-Latin, “Mea Domina” u dan kien titolu ta’ unur u rispett li kienu jagħtu lin-nisa ta’ ċerta pożizzjoni. Fit-Taljan juzaw “Mia Signora”. Fil-Franċiz insibu “Madame”. Biż-żmien it-titolu (mhux isem) beda jkun użat biss b’sinjal ta’ rispett u qima, għall-Verġni Marija Omm Ġesù.

Sintendi l-kelma ma nsibuha mkien fil-Bibbja, u minħabba dan xi persuni minn denominazzjonijiet insara oħra jikkritakaw lilna l-kattoliċi għaliex nużaw ukoll din il-Kelma għall-Ommna Marija.

Personalment inħoss li l-kelma mhix daqstant maqtuha mill-Evanġelju għaliex għalkemm “Madonna” mhix biblika, madankollu “donna” li fit-Taljan tfisser “mara” tfakkarni fil-Mara li nsibu msemmija darbtejn fl-Evanġelju skont San Ġwann; l-ewwel darba fit-Tieġ ta’ Kana, u t-tieni darba fuq il-Kalvarju, fejn Kristu nnifsu lil Ommu jsejħilha “Mara”.

Bla dubju ta’ xejn dan ma kienx xi nuqqas ta’ rispett minn Ġesù lejn Ommu, imma kliemu jfakkarna f’dik il-Mara li Alla jwiegħed fil-Ġnien ta’ Eden, meta qal lix-xitan, “Inqajjem gwerra bejnek u bejn il-Mara, bejn in-nisel tiegħek u n-nisel tagħha, u Huwa jisħaqlek rasek”.

Dik il-wegħda tal-Missier bdiet it-twettieq attwali tagħha malli Ġesù beda l-ħajja publika tiegħu u allura fit-Tieġ ta’ Kana fejn wettaq l-ewwel miraklu u bdiet l-ewwel komunità nisranija għax “id-dixxipli emmnu fih”. Sabet il-milja tagħha l-opra tal-Fidwa mwettqa minn Ġesù bil-passjoni, il-mewt u l-qawmien tiegħu mill-imwiet. Fiż-żewġ mumenti kienet preżenti b’mod attiv, “il-Mara”, Marija Omm Ġesù u Ommna. (4 ta’ Ġunju 2015)

Dwar il-Kotba Dewterokanoniċi

DOMANDA

Nixtieq nistaqsi liema ktieb gie klassificat mill knisja Kattolika bhala dewterokanonici? Grazzi hafna. (Rosemarie Magru, 17 ta’ April 2015)

TWEĠIBA minn Dun Pawl Sciberras

Tajjeb li qabel nagħti tweġiba għad-domanda tiegħek, għall-benefiċju tal-qarrejja ġenerali, nagħti tifsira tal-kelma dewterokanoniċi. Il-kelma kanoniċi, ġejja mill-Ġrieg kanon mil-Lhudi qaneh, li tfisser qasba (kanna) tal-kejl u tfisser virga li tkejjel biha. Fis-sens bibliku tfisser il-ġabra jew lista tal-kotba magħrufin u aċċettati mill-Knisja bħal Kotba Ispirati.

Hemm il-kotba msejjħa protokanoniċi li dejjem kienu magħrufin u aċċettati bħala Ispirati. Imbagħad hemm oħrajn magħrufa bħala dewterokanoniċi li f’xi żmien, fost il-Kattoliċi stess (fis-seklu II u III) kien hemm xi dubju dwarhom jekk humiex Ispirati, imma li ġew aċċettati bħala kanoniċi iktar tard. Huma għalhekk imsejħa “dewtero”kanoniċi għax daħlu mat-tieni (dewtero) grupp. Dawn huwa:
Mit-Tesment il-Qadim – Tobija, Ġuditta, Makkabin 1 u 2, Baruk, L-Ittra ta’ Ġeremija, l-Ekkleżjastiku (jew Bin Sirak), u xi siltiet mill-Kotba ta’ Ester u ta’ Danjel.
Mit-Testment il-Ġdid – L-Ittra lil-Lhud, l-Ittra ta’ Ġakbu, It- Ittra ta’ Pietru , It-2 u 3 Ittra ta’ Ġwanni, l-Ittra ta’ Ġuda, u l-Apokalissa ta’ San Ġwann.

Bid-definizzjoni tal-Konċilju ta’ Trentu (1546) dawn kienu ġew aċċettati wkoll fil-lista ta’ Kotba Ispirati. Imma dawk li ġew aċċettati bħala kanoniċi wara l-oħrajn fit-Testment il-Ġdid ġew aċċettati fil-kanoni tal-Bibbja Protestanta (flimkien mal-Kanoni iqsar Lhudi għall-kotba tat-Testment il-Qadim). Il-kotba dewterokanoniċi tat-Testment il-Qadim ma ġewx aċċettati mill-Protestanti u baqgħu magħrufa bħala Apokrifi (“moħbija”). Din hi r-raġuni għaliex il-Bibbji Protestanti huma iqsar minn dawk Kattoliċi.

Il-moviment ekumeniku wassal liż-żewġ kurrenti biex jippublikaw flimkien Bibbji Interkonfessjonali, fejn il-kotba tal-Bibbja meqjusa Apokrifi mill-Protestanti jiġi publikati għalihom bejn it-Testment il-Qadim u t-Testment il-Ġdid. (17 ta’ April 2015)

Bibbja bħala application (għal mobile/tablets).

DOMANDA

Nixtieq nistaqsi jek hemmx xi possibilita li xi darba ikolna Bibbja bhala application (ghal mobile/tablets). Tkun utli hafna fejn nkunu nistu ngoru il-kelma ta’ Alla kulimkien. Hemm applications b lingwi differenti fosthom b’lingliz izda jien personali nixtieq kiku jkolna wahda bil-malti fejn inkunu nistu nifmuwa ahjar.  Grazzi. (Kyle, 17 ta’ Frar 2015)

TWEĠIBA

Bhalissa qeghdin f’konsultazzjoni dwar dan, ghaliex bosta persuni staqsew ghaliha. Nittama li ma ndumux daqs kemm ilna. Grazzi tal-interess. Itlob ghalina.  joe

DOMANDA

Nixtieq nistaqsi dwar it-tifsira tal kelma ‘Apokrifa’. Xi tfisser ezatt? Ma nahsibx li ghanda x’taqsam mal-kotba li m’humiex spirati mill-Ispirtu Santu, jigifieri mal- kelma Apokrifi.  Grazzi hafna.  (S. Borg, 28 ta’ Meju 2014)

TWEĠIBA minn Dun Pawl Sciberras

Il-kelma “Apokrifa” hija kelma ohra uzata minflok il-kelma “Apokrifi”. “Apokrifa” gejja mill-Ingliz (The Apocrypha), waqt li “Apokrifi” gejja mit-Taljan (I libri apocrifi). Il-kelma tfisser ‘mohbija’, ‘sigrieti’, jew ‘oskuri’ mill-verb Grieg apokruptein, tahbi ghal kollox, . Minhabba l-kontenut taghhom jew il-fatt li nibtu jew inkitbu minn crieki jew gruppi aktarx sigrieti u mohbija jew inkella esklussivisti, bdew jissejhu propju kitbiet apokrifi u ma gewx accettati fil-lista tal-kotba li jaghmlu l-Bibbja (imsejha l-Kanoni tal-Bibbja) ghax ma kinux meqjusa bhala ispirati. Dan minhabba li wiehed mill-kriterji mill-aktar importanti li fuqhom il-Komunita’ li temmen tal-Knisja kien propju li l-kitbiet riedu jkunu uzati b’mod mill-aktar wiesa’ mill-komunitajiet insara.
Fil-kanoni tal-Bibbja Kattolika u dik Ortodossa hemm xi kotba, bhal Tobit, Guditta, Bin Sirak u l-Kotba tal-Makkabej, li mhumiex accettati fil-kanoni Lhudi u Protestant. Il-Protestanti jsejhu dawn il-kotba Apokrifi; il-Kattolici jsejhulhom Dewterokanonici (jigifieri dahlu fil-kanoni aktar tard mill-ohrajn).  (28 ta’ Mejju 2014)

Dwar miżuri suġġeriti mis-Sinodu li ma twettqux

DOMANDA

Ma nistax nifhem il-ghala diversi mizuri suggeriti mis-Sinodu tad-Djocesi taghna li ntemm ftit snin ilu, ma gewx imwettqa fil-prattika, jew almenu ppruvati. Qed nifhem, nghidu ahna, ghal dak is-suggeriment fid-Dokument dwar il-Lajci, li jsir programm ta’ formazzjoni ghall-adulti, bil-mezzi kollha li ghandna,inkluza l-media, jew mizuri biex jintlahqu dawk li nqatghu mill-prattika religjuza. Veru li z-zmien hu difficli, imma jekk mhu se nahsbu u nahdmu (bil-mezzi li ghandna), nistghu immutu.  (Joe Camilleri, 17 ta’ Awwissu 2012)

Mal-kumment li bghatt nixtieq inzid li inizjattiva bhal din tkun tajba li tibda fis-sena tal-fidi, jew almenu nibdew nahdmu fuqha, b’mod specjali bl-uzu ta’ Il-Katekizmu tal-Knisja Kattolika u l-Youcat, haga li tant qed tinsisti fuqha l-Knisja specjalment il-Papa.  (Joe Camilleri, 17 ta’ Awwissu 2012)

TWEĠIBA minn Fr Mark Sultana

Grazzi hafna tal-kummenti.

L-Istitut ta’ Formazzjoni Pastorali li twaqqaf wara s-Sinodu, skont ir-rieda tas-Sinodu Djocesan, qieghed jorganizza kull sena diversi korsijiet ta’ formazzjoni ghall-adulti.

Tistghu issibu l-informazzjoni dwar dawn il-korsjiet fuq http://www.maltapfi.org/courses/ Forsi l-kors li l-aktar jghodd bhala risposta ghal din it-tip ta’ domanda hu l-kors fl-Evanglizazzjoni. Hemm ukoll il-kors fil-Missjologija li jista’ jinteressa. U kif tistghu taraw hemm bosta korsijiet ohra li kollha huma intenzjonati li jghinu lill-partecipanti jikbru fil-fidi, minbarra li joffru tahrig specjalizzat biex il-partecipanti ikunu jistghu jaghmlu hidma pastorali f’qasam specifiku.

Tajjeb nghid li jkun hemm madwar 220 persuna li ssegwi dawn il-korsijiet f’kull hin (xi korsjiet huma twal sitt xhur, ohrajn sena, ohrajn sentejn jew tlieta jew sahansitra erba’).

Barra minn hekk l-IFP se jipprova joffri materjal online dwar aspetti differenti tal-mixja tal-fidi taghna u dwar domandi frekwenti li jsiru. Dwar l-uzu tal-YouCat il-kumment l-iehor tas-Sur Camilleri), naf li, ghas-sena tal-fidi, is-Sghajtar se jsir isir kors propju dwar il-Kredu.  (22 ta’ Awwissu 2012)

———-

Fil-Laikos (http://www.laikos.org) hemm lista ta’ diversi korsijiet ta’ formazzjoni li qed isiru minn numru ta’ entitajiet differenti fi hdan il-Knisja f’Malta. Cert li din mhix kompleta ghaliex naf li bosta parrocci u ghaqdiet/movimenti jorganizzaw laqghat u korsijiet ta’ formazzjoni ohra. (joe)

Missalin ghat-tfal

DOMANDA
Huwa inkuraġġanti li waqt il-Quddiesa diversi jużaw il-missalin ta’ kuljum. Min jaf kieku jsir missalin għat-tfal, għall-ħdud u għall-festi? Wieħed jista’ jieħu l-mudell tal-missalin li juzaw Franza, li fih il-qari, stampi, spjega ta’ xi kliem fl-istess qari u logħob marbut mat-tema li tkun. Fl-istess ħin hu għodda ta’ katekeżi. Hu missalin prattiku, kif wieħed jinnota fil-liturġija ta’ Ħadd il-Palm, li l-qari tal-Passjoni hu wieħed qasir, biex jintuża fejn issir Quddiesa immirata għat-tfal.
(Joe Galea 2 ta’ April 2012)

TWEĠIBA minn Dun Jesmond Manicaro

L-idea hi sabiha ħafna. Il-problema hi n-nuqqas ta’ riżorsi umani biex jaħdmu fuq proġett bħal dan li jinvolvi grupp ta’ nies li kwazi jaħdmu full time. Nieħu gost nisma aktar kummenti dwar dan. (2 ta’ April 2012)

Tisma’ u ssegwi
Skond il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, il-Liturġija hi l-”azzjoni ta’ Kristu sħiħ”. (KKK) Hija ”l-komunita’ kollha, il-Ġisem ta’ Kristu mar-Ras tiegħu”, jiġifieri ”l-poplu qaddis ta’ Alla”, li tiċċelebra. Għalhekk irid ikun hemm ”tisħib ħaj u attiv tal-fidili”. Minbarra l-lajċi li jintgħażlu biex jieħdu sehem fil-qari taċ-ċelebrazzjonijiet, hemm il-ġemgħa li, jew ikollhom il-messalin, jew isegwu fuq il-fuljetti li tipprovdi l-knisja jew kappella li tkun. Imma għad hawn min hu kontra din il-prattika. Veru li l-kelma t’Alla hi biex tismagħha, u mhux biex issegwiha, kif jirraġunaw xi wħud u ma jaċċettawx li fiċ-ċelebrazzjonijiet li jmexxu huma, in-nies ma jingħatawx l-opportunita’ li jsegwu fuq dawn il-fuljetti? Ftit spjega dwar dan tgħin għal iktar ”għaqda” li hi mixtieqa mill-veru sens tal-Liturġija. (Joe Galea, 7 ta’ April 2012)

Naqbel ħafna ma’ li kiteb is-Sur Joe Galea dwar il-Missalin …

Naqbel ħafna ma’ li kiteb is-Sur Joe Galea dwar il-Missalin għat-tfal. Kull meta nkun il-quddies mat-tifla tiegħi dejjem nispiċċa ninduna li ma tkun qed tifhem xejn milli jkun qed jingħad mill-qassisin għax jużaw forsi xi ftit kliem tqil ghall-eta’ ta’ 8 snin. Nieħu gost jekk isir xi ħaġa dwar dan. Tislijiet.  (Fifi Bugeja,  11 ta’ Lulju 2012)