Proġett Laudato si’ mill-Knisja fil-Bangladesh

Siġra minn kull Kattoliku fil-Bangladesh

Il-Knisja fil-Bangladesh daħlet għal proġett li jwieġeb għall-enċiklika LAUDATO SI’ tal-Papa Franġisku. L-400,000 Kattoliku tal-pajjiż ġew mistiedna biex jiżirgħu siġra biex juru l-kura tagħhom lejn l-ambjent. Fil-pajjiż sabiħ tal-Bangladesh, l-Isqfijiet Kattoliċi ħadu din l-inizjattiva fil-5 anniversarju tal-LAUDATO SI’. L-Arċisqof Emeritu ta’ Dhaka, il-Kardinal D’Rozario, żera’ 3 siġar bħala simbolu tal-kleru u r-reliġjużi, tal-komunità Kattolika u tal-istess Isqfijiet. 

AKTAR