Il-kotra tal-ħut (l-1 parti)

Mill-Vanġeli ta’ wara l-Għid

Ir-rakkont fi Ġwanni u f’Luqa

Fil-Vanġeli ta’ wara l-Għid, naqraw ir-rakkont tas-Sajda Mirakuluża li, skond San Luqa saret fil-bidu tal-ħajja pubblika ta’ Ġesu’. Ir-rakkont ta’ Luqa hu meta Ġesu’ sejjaħ lill-ewwel dixxipli. Ra żewġ dgħajjes weqfin ħdejn xatt l-għadira. Ma kienu qabdu xejn. Għall-kelma tiegħu, Pietru w sħabu tefgħu ix-xbiek u qabdu tant ħut li x-xibka kienet se tinqasam. Imbagħad qamu u marru warajh. Il-Vanġelu ta’ Ġwanni jirrakkonta laqgħa li kellu Ġesu’, wara li qam mill-mewt, ma’ seba’ dixxipli – Pietru, Tumas, Natanael, Ġwanni, Ġakbu u tnejn oħra – fix-xatt ta’ l-Għadira ta’ Tiberija. Dan ir-rakkont insibuh fl-aħħar kapitlu, 21, li jiġi wara l-ewwel egħluq ta’ dan il-Vanġelu, meta Ġwanni jgħid li hemm ħafna mirakli oħra li ‘mhumiex miktubin f’dan il-ktieb. Allura jidher xi ħaġa miżjuda, forsi mid-dixxipli ta’ Ġwanni li ħadmu biex jiġbru t-tifkiriet tiegħu. Continue reading “Il-kotra tal-ħut (l-1 parti)”