‘KNISJA ELFEJN’ TIPPUBBLIKA STUDJI F’ĠIEĦ L-ISQOF ĠORĠ FRENDO OP
Kitba ta’ Michael Caruana
L-aħħar ħarġa tar-rivista Knisja elfejn tippubblika studji ta’ diversi Dumnikani f’ġieħ l-Isqof Ġorġ Frendo OP. Fl-istemma tal-Arċisqof Emeritu Ġorġ Frendo, isemmi l-editorjal, insibu l-kliem “Ir-Ragħaj, ħa jisma’ leħen in-nagħaġ”. Kliem li hu mnebbaħ mill-kliem ta’ Ġesù meta jqabbel lilu nnifsu mar-Ragħaj it-tajjeb u jlissen “Jien ir-ragħaj it-tajjeb; jien nagħraf in-nagħaġ tiegħi u n-nagħaġ tiegħi jagħrfu lili bħalma l-Missier jagħraf lili u jien nagħraf lill-Missier u għan-nagħaġ tiegħi nagħti ħajti” (Ġw 10:14-15).
Aktar