Pass ieħor storiku fil-mixja Ekumenika

Publikat fid-DAWL FRANGISKAN, Ottubru 2016
Minn Patri Silvestru Bonavia OFM cap

Ix-xahar ta’ Ottubru 2016 ser jimmarka jum ieħor storiku kbir fil-ħidma ekumenika tal-Knisja Kattolika mal-knejjes u komunitajiet insara l-oħra. Għall-ewwel darba, Papa Franġisku ser jieħu sehem f’ċelebrazzjoni fil-bidu tas-sena tifkira tal-500 sena mill-bidu tar-Riforma Luterana fis-seklu sittax. Iċ-ċelebrazzjoni ser issir flimkien bejn il-Knisja Kattolika u l-Federazzjoni Internazzjonali Luterana (FIL), b’kumitat organiżżattiv wieħed, fl-aħħar jum ta’ dan ix-xahar. Din ser tkun l-ewwel darba li din it-tifkira ser issir flimkien u wisq aktar li l-Papa nnifsu ser jieħu sehem. Il-31 ta’ Ottubru huwa l-anniversarju eżatt meta Martinu Luteru dendel il-95 teżi tiegħu, jiġifieri stqarrijiet, li kienu qed iħabbtuh f’moħħu u f’qalbu u f’ruħu dwar l-Iskrittura u l-Knisja u l-istrutturi tagħha. Continue reading “Pass ieħor storiku fil-mixja Ekumenika”