Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja, fl-Ewwel Ġimgħa tal-Qalb ta’ Ġesù, fil-Fontana

Il-Ġimgħa, 6 ta’ April 2018: Omelija tal-E.T. Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea u l-Mongolja, fl-okkażjoni tal-Ewwel Ġimgħa tal-Qalb ta’ Ġesù, fis-Santwarju parrokkjali tal-Qalb ta’ Ġesù, il-Fontana.

Librett tal-Ordinazzjoni Episkopali ta’ Monsinjur Alfred Xuereb

1_0_779997Is-Sibt 17 ta’ Marzu 2018:  L-Uffiċċju taċ-Ċelebrazzjonijiet Liturġiċi tal-Papa ppublika l-Librett tal-Ordinazzjoni Episkopali tas-Saċerdot Għawdxi Mons. Alfred Xuereb li ser titmexxa mill-Papa Franġisku nnifsu fil-Bażilika ta’ San Pietru nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu li taħbat ukoll is-Solennità ta’ San Ġużepp.   Flimkien ma’ Mons. Xuereb, il-Papa ser jordna wkoll lil Mons. Waldermar Stanislaw Sommertag mill-Polonja u lil Mons. Josè Avelino Bettencourt minn ta’ Ottawa, l-Kanada.  Iċ-Ċelebrazzjoni tal-Ordinazzjoni ser tkun trasmessa direttament fuq il-Laikos … http://www.laikos.org/tvl-vat.php

Ara l-librett sħiħ tal-Ordinazzjoni minn hawn … libretto-san-giuseppe-ordinazione-episcopale

Il-Bolla tal-ħatra ta’ Mons. Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof

Il-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018:  Wara li fis-26 ta’ Frar li għadda, f’dan is-sit konna diġà ppublikajna t-test bil-Malti tal-bolla pontifiċja li biha l-Q.T. il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb Arċisqof u Nunzju Appostoliku, issa qed nippublikaw ukoll il-verżjonijiet uffiċjali tat-test kemm bil-Latin u kemm bil-Malti.  Monsinjur Xuereb ser jasal fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta nhar it-Tlieta, 26 ta’ Marzu fil-11.15pm, minn fejn wara f’nofsinhar jagħti konfrenza stampa.

Ara test tal-bolla tal-ħatra bil-Latin u bil-Malti … Bolla Ħatra ta’ Mons. Alfred Xuereb

Timbru postali kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb

It-Timbru Kommemorattiv tal-Maltapost - 17.03.2018Il-Ġimgħa16 ta’ Marzu 2018: Għada s-Sibt, il-Maltapost plc sa toħroġ Timbru kommemorattiv fl-okkażjoni tal-Konsagrazzjoni episkopali ta’ Mons. Alfred Xuereb, li jista’ jinkiseb mill-Fergħa Postali fil-Belt Victoria, jew anki fuq Kartolina kommemorattiva ppubblikata mis-Soċjetà Filatelika Għawdxija bil-kollaborazzjoni tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ. Għal aktar tagħrif għandu jsir kuntatt mas-Sur Anthony Grech fuq l-email linton3@maltanet.net.

Żjara f’Għawdex ta’ Mons. Alfred Xuereb, Nunzju Appostoliku fil-Korea ta’ Isfel u l-Mongolja

l-arc48bisqof-mons-alfred-xuereb-2.jpegIl-Ġimgħa 16 ta’ Marzu 2018:  L-Uffiċċju Komunikazzjoni tal-Kurja tal-Isqof f’Għawdex għadu kif ippublika il-programm taż-żjara f’Għawdex li ser jagħmel l-E.T. Monsinjur Alfred Xuereb, Numzju Appostoliku fil-Korea ta’ Isfel u l-Mongolja. Monsinjur Xuereb ser ikun ordnat Isqof mill-Papa Franġisku nnifsu nhar it-Tnejn 19 ta’ Marzu.  L-ordinazzjoni li ser issir fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan u ser tkun trasmessa diretta fuq din il-paġna tal-Laikos … http://www.laikos.org/tvl-vat.php

Ara aktar dettalji tal-programm … Programm tal-Ordinazzjoni ta’ Mons. Alfred Xuereb

Il-Bolla li permezz tagħha il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof

FRANĠISKU, ISQOF, QADDEJ TAL-QADDEJJA TA’ ALLA, lil maħbub iben tagħna ALFRED XUEREB, saċerdot mill-kleru tad-djoċesi ta’ Għawdex, Prelat tal-Unur tagħna u Segretarju Ġenerali għall-affarijiet ekonomiċi, maħtur Nunzju Appostoliku għall-Korea u l-Mongolia u fl-istess waqt maħtur Arċisqof titulari ta’ Amanthea, saħħa u Barka Appostolika. Continue reading “Il-Bolla li permezz tagħha il-Papa Franġisku ħatar lil Monsinjur Alfred Xuereb bħala Nunzju u Arċisqof”

L-Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill Arċisqof-elett, Monsinjur Alfred Xuereb

It-Tnejn, 26 ta’ Frar 2018: L‑Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill‑Arċisqof-elett, Mons. Alfred Xuereb, għall‑ħatra mill‑Papa Franġisku ta’ Nunzju Appostoliku fil‑Korea ta’ Isfel u l-Mongolja. L‑Arċidjoċesi ta’ Malta tingħaqad mad‑Djoċesi ta’ Għawdex fit‑talb għall‑Arċisqof-elett biex il‑Mulej jagħtih l‑għajnuna f’din il‑missjoni ġdida tiegħu. Continue reading “L-Arċidjocesi ta’ Malta tifraħ lill Arċisqof-elett, Monsinjur Alfred Xuereb”