Messaġġ tal-Papa Ljun XIV fl-Angelus tal-25 Ħadd tas-Sena A

IL-PAPA LJUN XIV

ANGELUS

Pjazza San Pietru
Il-Ħadd 20 ta’ Settembru, 2026

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Fil-liturġija tal-lum, il-Mulej, permezz ta’ fomm il-profeta Iżaija, itina raġuni kbira għat-tama; jgħidilna li l-fehmiet tiegħu m’humiex il-fehmiet tagħna u li t-triqat tiegħu mhumiex it-triqat tagħna (Iż 55,8).  Tassew, il-pjanijiet ta’ Alla huma infinitament akbar u, ejja ngħiduha wkoll, aktar “umani” minn dawk li aħna l-bnedmin, imtebbgħin bid-dnub, nistgħu nfasslu u nwettqu. Għaldaqstant dan hu l-appell ċertament attwali tal-profeta: Ħa jħalli triqtu l-midneb, u l-bniedem il-ħażin fehmietu; ħa jerġa’ lura għand il-Mulej għax hu ħanin u jaħfer (vv. 6-7).

Fl-Evanġelju, il-parabboli jiddeskrivu n-novitajiet li Alla għandu mħejjija għalina iżda li ġeneralment jiżvelaw ukoll ir-reżistenza li dejjem lesti li nagħmlu lill-ġustizzja tant ġeneruża u lil imħabba ferm akbar. Illum, partikolarment, nisimgħu ir-rakkont tal-ħaddiema msejħin biex jaħdmu fl-għalqa tad-dwieli (cfr Mt 20,1-16), min, għal ġurnata sħiħa, min, għal xi ftit siegħat biss u min, kważi fi nżul ix-xemx. Iżda l-qofol tal-parabbola hu l-ħin li fih isir il-ħlas, meta s-sid iżomm kelmtu mal-ħaddiema tal-ewwel siegħa u jtihom dak li kien miftiehem, iżda jridhom jaraw il-qalb tajba tiegħu, u quddiem għajnejhom, lil tal-aħħar jittrattahom bl-istess mod.

AQRA AKTAR