Messaġġ tal-Papa Ljun XIV fir-Regina Caeli tat-Tlugħ il-Mulej fis-Sema

IL-PAPA LJUN XIV
REGINA CAELI
Pjazza San Pietru
Tlugħ il-Mulej fis-Sema – 7 Ħadd tal-Għid,

17 ta’ Mejju, 2026

Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!

Ħafna pajjiżi fid-dinja, illum qed jiċċelebraw is-Solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Mulej.
Ix-xbieha ta’ Ġesù li – kif jgħid it-test bibliku (cfr Atti 1:1-11) – li jinqata’ mill-art u jitla’ lejn is-Sema, tista’ ġġagħalna nħarsu lejn dan il-Misteru bħala ġrajja mbiegħda.  Il-fatti mhumiex hekk.  Infatti, aħna marbutin ma’ Ġesù bħala membri mar-ras, f’ġisem wieħed, u t-tlugħ tiegħu fis-sema jiġbed miegħu lilna wkoll lejn il-komunjoni sħiħa mal-Missier.  Dwar dan, Santu Wistin jgħid: “Il-fatt li r-ras tintrefa’ ‘l fuq ifisser tama għall-membri (l-oħra tal-ġisem)” (Sermo 265, 1.2).

Aktar