Il-Papa Ljun XIV dwar Lumen Ġentium. Knisja pellegrina fl-istorja lejn pajjiżna tas-Sema (8)

LJUN XIV
UDJENZA ĠENERALI
Pjazza San Pietru
L-Erbgħa 6 ta’ Mejju 2026

Id-Dokumenti tal-Konċilju Vatikan II. Il-Kostituzzjoni dommatika Lumen gentium. 8. Il-Knisja, pellegrina fl-istorja lejn pajjiżna tas-Sema

Ħuti, l-għodwa t-tajba u merħba!

Illum ejjew nieqfu fuq parti mill-kapitlu VII tal-Kostituzzjoni tal-Konċilju Vatikan II fuq il-Knisja, u nimmeditaw fuq karatteristika li tikkwalifikah: id-dimensjoni eskatoloġika. Fil-fatt, il-Knisja timxi f’din l-istorja fuq din l-art dejjem orjentata lejn id-destinazzjoni finali, li hi s-Sema pajjiżna. Hi dimensjoni essenzjali li, madankollu, spiss nittraskurawha jew nimminizzawha, għax aħna wisq ikkonċentrati fuq dak li hu immedjatament viżibbli jew fuq id-dinamiċi l-aktar konkreti tal-ħajja tal-komunità Nisranija.

Aktar