Il-Papa Ljun XIV dwar il-Mewt ta’ Ġesù. Udjenza Ġenerali

LJUN XIV
UDJENZA ĠENERALI
Pjazza San Pietru
L-Erbgħa 10 ta’ Settembru 2025

Ċiklu ta’ Katekeżi – Ġublew 2025. Ġesù Kristu t-tama tagħna. III. L-Għid ta’ Ġesù.6. Il-mewt. “Ġesù għajjat għajta kbira u radd ruħu” (Mk 15:37)

Għeżież ħuti,

l-għodwa t-tajba u grazzi tal-preżenza tagħkom, xhieda mill-isbaħ!

Illum qed nikkontemplaw il-qofol tal-ħajja ta’ Ġesù f’din id-dinja: il-mewt tiegħu fuq is-salib. Il-Vanġeli jagħtuna dettall prezzjuż ħafna, li jixraq li jiġi kkontemplat bl-intelliġenza tal-fidi. Fuq is-salib, Ġesù ma jmutx fis-skiet. Ma jintefiex ftit ftit, bħal dawl li jikkonsma, imma jħalli l-ħajja b’għajta: “Ġesù għajjat għajta kbira u radd ruħu” (Mk 15:37). Dik l-għajta tiġbor kollox: tbatija, abbandun, fidi, offerta. Mhuwiex sempliċiment il-leħen ta’ ġisem li qed iċedi, imma s-sinjal aħħari ta’ ħajja li tingħata.

Aktar