IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Pjazza San Pietru
It-Tieni Ħadd tar-Randan, 1 ta’ Marzu, 2026
Għeżież ħuti, il-Ħadd it-tajjeb!
Illum, l-Evanġelju tal-liturġija jpinġielna ikona mimlija dawl, bir-rakkont tat-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (cfr Mt 17,1-9). Biex jippreżentahielna, l-Evanġelista jbill il-pinna tiegħu fil-memorja tal-Appostli u jpinġi lil Kristu bejn Mosè u Elija. Il-Verb magħmul bniedem jinsab bejn il-Liġi u l-Profezija: Hu li hu l-Għerf ħaj li jwassal għall-milja kull kelma divina. Kulma Alla ordna u nebbaħ bih lill-bnedmin isib manifestazzjoni sħiħa u definittva f’Ġesù.
Aktar