21 ta’ Lulju. Lezzjoni II: San Lawrenz ta’ Brindisi, Sacerdot u Duttur tal-Knisja
Tifkira
Twieled fl-1559; daħal mal-patrijiet Kapuċċini u, barra minn ħafna dmirijiet oħra, għallem it-teoloġija lil ħutu r-reliġjużi. Ġera l-Ewropa kollha jippriedka bla heda: kelmtu kienet tqanqal. Kiteb ukoll bosta kotba biex ifisser dejjem aħjar il-fidi. Miet f’Lisbona fl-1619.
Fl-Uffiċċju tal-qari
LEZZJONI II
Qari mid-diskorsi ta’ San Lawrenz ta’ Brindisi, saċerdot.
Il-predikazzjoni hija uffiċċju appostoliku
Aħna, u wkoll l-anġli tas-sema u l-ispirti qaddisa, ġejna maħluqa f’sura xbieha ta’ Alla, u għalhekk ilkoll neħtieġu l-ħobż tal-grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu u ta’ l-imħabba ta’ Alla. Continue reading “Lezzjoni II: San Lawrenz ta’ Brindisi”