Tgħid f’pajjiżna hawn min jidħol għal inizjattivi bħal din li tfakkarna kif aktar mill-ġenn tal-kummerċjaliżmu sfrenat hemm spirtu ġenwin ta’ Milied veru?
Iktbilna! Napprezzaw l-opinjoni tiegħek!
Tgħid f’pajjiżna hawn min jidħol għal inizjattivi bħal din li tfakkarna kif aktar mill-ġenn tal-kummerċjaliżmu sfrenat hemm spirtu ġenwin ta’ Milied veru?
Iktbilna! Napprezzaw l-opinjoni tiegħek!
Inħossni bejn ħalltejn kif se nesprimi ruħi b’mod ġenwin dwar dan is-suġġett. Jiena nemmen li kull persuna, temmen jew ma temminx, tħoss fil-fond ta’ qalbha, dak i-sentiment, li jiddistingwi l-ferħ intern mill-pjaċir tas-sensi.
Inħossni persważ li kull neguzjant, wara li jgħaddi l-istaġun tal-Milied u jara x’daħal bi qliegħ f’dawn iż-żmenijiet, iħoss ċerta sudisfazzjon, iħoss ċerta pjaċir li rnexxilu jagħmel bagatella ġmiela. Iżda l-mistoqsija mportanti hi: Bil-qligħ kollu li għamel huwa jħossu kuntent, iħossu il-ferħ?
Mhux qed nirreferi għall-ferħ tal-ibleh, li taqlagħlhu għajnu u jifraħ. Le, il-ferħ ġenwin, is-sudisfazzjon li wera mħabbtu ġenwinament, ma’ min għandu bżonn, li fehem li bix-xogħol, bil-professjoni tiegħu, ħataf l-okkażżjoni biex ixerred ‘L-Aħbar it-Tajba’; li Kristu twieled f’nofsna biex napprezzaw imħabbtu li xettel fina, li għamilna nies ta’ min iħobbna għax Huwa poġġa mħabbtu fina, li ġie biex jifdina. Appostolat jista’ jsir minn kulħadd, irrespettivament ix-xogħol li jagħmel.
Nagħmlu daqxejn ta’ mistoqsija li tikxef il-verita, tikxef is-sewwa. Għal liema raġuni il-Milied huwa msejjaħ minn ħafna bħala Festa tat-tfal? Għax hija l-Festa tal-Imħabba; u aħna f’uliedna nroxxu imħabbitna kollha, akkost li nbatu u noqogħdu nieqsa mill-bżonnijiet tagħna personali, wkoll fil-Milied. U għaliex it-tfal għadhom (nittama f’Alla) japprezzaw dik l-imħabba ġenwina li nuruhom b’kull att (mhux neċessarjament b’rigali kbar u li jiswew ħafna). Għaliex fit-tfal żagħar għad hemm l-innoċenza.
Mhux ta’ b’xejn Kristu qalilna li s-Saltna tas-Sema hija għaċ-ċkejknin u għal dawk li huma bħalhom. Għax fl-innoċenza ma hemmx qerq, m’hemmx ħażen, m’hemmx egoiżmu. Għalhekk ngħid kemm konna mberkin meta fi żminijiet oħra konna nbatu, nistinkaw biex inferrħu t-tfal bil-presepji żagħar, bil-bambini.
Kemm issib illum ħwienet li jbiegħu dawn l-oġġetti li jfakkruna fl-għożża tat-Twelid ta’ Kristu. Illum kollox sar artifiċjali, qed infittxu S-SIĠRA, iżda għax mitlufin fil-foresta m’aħniex naraw IS-SIĠRA.
Jien ngħid li kull knisja għandha jkun hemm presepju li jfakkarna f’din il-ġrajja. Nemmen li jekk il-kappillan ikun onest miegħu innifsu, f’kull raħal issib artisti li kapaċi jagħtu l-idejat. U dan għandu jintrama biex jiġbed l-attenzjoni u mhux nagħmlu tliet statwi b’setting miżeru, biex sempliċiment ngħidu armajna presepju.
Kelli x-xorti nidħol ġewwa knisja fi triqti lejn il-Mellieħa, u kif dħalt din il-knisja li niffrekwentaw fis-sajf, ħassejtni qiesni dħalt fil-ġenna bl-atmosfera li rajt, dwal u kuluri kkontrollati li ħolqu atmosfera ta’ mħabba, ta’ ferħ, tħossok trid tibqa’ hemm. Hekk għandhom jagħmlu kull knisja f’Malta. Aħna rridu nibdew.
Kieku kull wieħed minna jiddeċiedi li ma jixtrix aktar kartolini tal-Milied (sic) li ma jkollhomx ix-xbiha tat-Twelid ta’ Ġesu, tal-ħwienet jieħdu l-messaġġ. Nistenna li kull saċerdot għandu jwassal dan il-messaġġ, iva, minn fuq l-altar, fuq kollox aħna suppost li qed infakkru t-Twelid Ta’ Kristu.
Fl-iskejjel, hekk imsejjħa tal-Knisja, għaliex m’għandhiex tintbagħat ċirkulari fejn tħeġġeġ li jintrama presepju, jew Bambin mixgħul, li jitolbu t-tfal (anke permezz ta’ kompetizzjoni bejniethom) li joħolqu huma stess kartolini tal-Milied bit-Twelid ta’Ġesu. Hemm ħafna idejat, iżda kultant naħseb li l-apatija li l-kultura li qed ngħixu fiha qed iżżarmana u tagħmilna għażżenin. Nemmen ukoll li ħafna qed jitkaxkar ma’ din il-mewġa.
Dan jgħodd ukoll għal dawk il-clubs, ċentri tal-knisja, billi sempliċiment jagħmlu poster kbir fejn jidher, jew banner fit-triq (kif isir għal xi bazaar) bil-messaġġ ċar: FIL-MILIED INFAKKRU T-TWELID TA’ ĠESU FOSTNA – NIFIRĦU).
Imberkin dawk l-Oqsma tal-MUSEUM li għadhom iżommu ħaj l-ispirtu veru , u li beda S.Ġorġ Preca, bil-Purċissjoni tal-Bambin. Nippretendi li kull Parroċċa li tonfoq l-eluf għall-Festa Titulari, għandha taħseb biex it-Twelid ta’Kristu tagħtih importanza ħafna aktar mill-festa ta’ kwalunkwe qaddis jew qaddisa. Trid nies li kapaċi jagħtu l-idejat.
Matul ix-xhur ta’Novembru u Diċembru, il-Laqgħat kollha li jsiru mill-ħafna Għaqdiet Reliġjużi, madwar Malta, għandhom jikkonċentraw fuq il-messaġġ veru, u s-sinifikat veru tal-festa tal-Milied, l-istess kull Omelija li jkun xi jkun il-Messaġġ tal-Vanġelu tal-Ħadd, għandu jidħol dan il-Messaġġ, li fuq kollox jista’ jissemma wkoll waqt il-Ġimgħa Mqaddsa.
B’hekk biss nistgħu nissensibilizzaw lill-poplu u nittama, li bl-għajnuna t’Alla jiftaħ għajnejh u jibda japprezza dak li ġabilna Ġesu Tarbija bit-Twelid Tiegħu fostna.
Dak huwa li fil-hajja tal-illum hu li rridu naghmlu la l-poplu ma jigix hu irridu mmorru ahna. Sidna Gesu lill- Apostli ma qallhomx morru l-knisja u joghqodu jistenew li-poplu jigi – imma xandru il-kliema. Illum tant ahna ghaljenati garanzija li hafna mill-familja anqas biss jahsbu fuq hwejjeg ta’ Alla ghax ghalihom dan huwa hela ta’ hin. Taf meta jigu f’sesijhom meta tinqala xi problema serja. Nawgura li G’esu Bambin jitwieled fil-font ta’ qalbna. Hemm bzonn ukoll li mmorru ahna infixxu lil-poplu ta’ Alla sabiex nghinu lil poplu jarf bejn Ferh U pjacir